Legislature:
Category:
Reset
Active:

liċenzja tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif wara dak li ġie mħabbar fil-budget fir-rigward tal-liċenzja tat-TV xorta waħda ħarġu kontijiet għas-sena 2012, jiġifieri. r-renwal hija għal Diċembru 2011 sa Diċembru 2012? Fil-budget ma ntqalx li mis-sena d-dieħla din il-liċenzja mhux se tinġabar aktar?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru tal-Finanzi.

G.Command — fizzjal bir-rank ta' Kaptan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jispjega għalfejn ġie stazzjonat fil-G. Command fizzjal bir-rank ta’ Kaptan, fejn diġà hemm fizzjal ieħor bir-rank ta’ Maġġur, in charge tas-suldanti li hemm stazzjonati Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Aktar kmieni din is-sena l-preżenza militari tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Għawdex żdiedet b’mod konsiderevoli bl-iskjerament ta’ Patrol Boat f’din il-gżira fuq bażi permanenti. B’riżultat ta’ dan, infurmat li kellhom jiġu stazzjonati tlett ‘crews’ ġodda u addizzjonali fl-istess gżira li jinkludu kemm suldati u uffiċjali bla kummissjoni sabiex iħaddmu l-istess patrol boat minn Għawdex fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa. B’riżultat ta’ dan l-iskjerament, il-‘G Command’ assumiet xogħol addizzjonali u kien għalhekk li ġie assenjat Kaptan f’din it-taqsima.

Enemalta — Grad ta' Service Despatcher

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar ir-riżultat tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li hija impjegata mal-Korporazzjoni Enemalta u li applikat għall-post ta' Service Despatcher fil-Korporazzjoni? Jista' jgħid għaliex din il-persuna ma ġietx aċċettata meta għandha kwalifiki oltre minn dawk mitluba u saħansitra aċċettat li tinżel fil-grad u dan minħabba s-sitwazzjoni tal-familja tagħha?

Response (FENECH, TONIO)

Ix-xogħol ta’ service despatcher ma jirrikjedix li wieħed iwieġeb it-telefon u jagħmel xogħol ta’ customer care biss, iżda jinkludi koordinazzjoni ta’ xogħolijiet li jiġu mitluba normalment wara l-ħin tax-xogħol, bi żmien stipulat jew ikun xogħol ta’ emerġenza li tkun trid titlesta immedjatament. Sabiex wieħed jagħmel dan ix-xogħol, bilfors li l-kandidat irid ikollu esperjenza u tagħrif tekniku fl-apparat u għodda differenti li tintuża fil-Korporazzjoni Enemalta. Ninsab infurmat ukoll li fl-opinjoni tal-Bord tal-Għażla, ħadd mill-kandidati ma laħaq il-livell neċessarju sabiex jaħdmu dan it-tip ta’ xogħol ta’ natura importanti u sensittiva, u għal din ir-raġuni ma ntgħażel ħadd mill-applikanti.
Leg 11 PQ #30393 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — histoloġies test

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ilhom ma jsiru histologies test fil-laboratorju tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Għaliex dawn qed jintbagħtu biex isiru fl-Isptar Mater Dei f'Malta? Kemm idum biex jasal ir-riżultat mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Meta se jerġgħu jibdew dawn it-testijiet fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-kampjuni għall-Istoloġija jintbagħtu Malta kuljum u jiġu proċessati fl-Isptar Mater Dei. Ir-riżultati tal-Istoloġija ma jdumux iktar minn dawk li jkunu ttieħdu Malta stess u dawn huma aċċessibbli mill-Isptar Għawdex immedjatament wara li jkunu lesti għax is-sistemi tal-Informatika tal-Laboratorju huma konnesssi mal-Isptar Għawdex.
Leg 11 PQ #30395 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — CT Scans

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru CT Scans mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li n-numru ta' CT Scans li saru mill-1 ta' Jannar 2011 sal-lum (21 ta' Novembru 2011) fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex huwa ta' 1081.
Leg 11 PQ #30396 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — tindif f'ċerti areas

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex ċerti areas fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex mhux qed isir tindif fihom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li t-tindif fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed isir b'mod regolari.
Leg 11 PQ #30397 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptarijiet — sodod miksurin

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm sodod miksurin u għalkemm għadhom qed jintużaw m'għadhomx tajbin għall-użu fis-sala tar-rġiel, fis-sala tan-nisa fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fl-isptar mentali, fis-swali tax-xjuħ irġiel u fid-dar Sant' Anna? Meta se jinbidlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li hemm xi sodod li qed jintużaw u li dawn m'għadhomx tajbin għall-użu.
Leg 11 PQ #30398 Sitting 414 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Servizz tal-helicopter bejn l-Isptar Mater Dei u Sptar Ġenerali t'Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid, jekk il-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn is-servizz tal-helicopter biex jiġu trasferiti mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex għall-Isptar Mater Dei għall-kura, hux qed isibu problema?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li ma jirriżultax li qatt kien hemm xi problemi biex pazjenti f'każi ta' emerġenza jiġu trasferiti bil-ħelikopter.

Dipartiment tas-Saħħa — assistant psychologists

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-assistant psychologists li kellhom jibdew jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa fis-7 ta' Novembru 2011, għadhom ma ġewx imsejħa biex jibdew? Jista' jgħid għaliex il-kuntratt għadu ma ġiex iffirmat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi sejħa għal assistant psychologists mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #30382 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — anastetisti

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29400, tista' l-Ministru tgħid meta ħarġet is-sejħa biex jiġi ngaġġat l-anastetista residenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? F'liema stadju waslet din is-sejħa? Kemm applikaw? Jekk is-sejħa għalqitx? Jekk f'każ ta' emerġenza l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ikunx moqdi b'anastetist wieħed? U jekk tikkunsidrax li s-sejħa għandha tkun għal żewġ anastetisti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li s-sejħa għall-anastetisti ser tkun pubblikata fi żmien qasir. Bis-servizz eżistenti u b'din iż-żieda l-Isptar Ġenerali t'Għawdex ser ikun moqdi aħjar.
Leg 11 PQ #30384 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — raba tissaqqa bl-ilma tal-vit

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29399, tista' l-Ministru tgħid għaliex ir-raba' li hemm fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jissaqqa bl-ilma tal-vit?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li r-raba' fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex qed jissaqqa b'ilma mhux tal-vit.
Leg 11 PQ #30386 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Triq Għajn Qatet - gate - sticker tal-persuni b'diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29397, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li għandhom permess mingħand il-management ta' l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li jgħaddu mill-gate tan-naħa ta' isfel għal Triq Għajn Qatet bil-karozza? Persuni li għandhom l-isticker maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità li jkunu jridu jużaw din il-gate bil-karozza, għandhom dritt jagħmlu dan jekk jippreżentaw il-karta tal-identità speċjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità lil min ikun fil-gate?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-persuni li għandhom permess mingħand il-management tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex li jgħaddu minn din il-gate partikolari huma Tobba u Konsulenti, is-supplier tal-canteen tal-isptar (meta jkun hemm bżonn iġorr supplies għal canteen), il-Friends of the Sick and Elderly Gozo (meta jkun hemm bżonn iġorru supplies għal ġos-swali) u ambulanzi fuq emerġenzi. Fil-preżent persuni li għandhom l-isticker maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ma għandhomx dritt jgħaddu minn din il-gate.
Leg 11 PQ #30387 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — permess mingħand il-managament għall-gate ta' Triq Għajn Qatet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29397, tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li għandhom permess mingħand il-management tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li jgħaddu mill-gate tan-naħa ta' isfel għal Triq Għajn Qatet bil-karozza?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 30386.
Leg 11 PQ #30389 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali t'Għawdex — impjegati fil-gates - health assistants u cleaners

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29396, tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fil-gates tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex li huma fil-gradi ta' health assistants u cleaners? Kemm ilhom jagħmlu xogħol mal-gates tal-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm 8 impjegati fil-grad ta' Health Assistant u li ilhom jagħmlu xogħol mal-gates minn dawn id-dati segwenti: 1985, 1988, 1990, 1991, 1997, 2000, 2004, 2006 u 4 impjegati oħra li huma 2 Operatives, 1 Hospital Auxiliary, 1 General Hand. Dawn ilhom jagħmlu xogħol mal-gates minn dawn id-dati segwenti: 2009, 2008 u 2007.
Leg 11 PQ #30391 Sitting 413 2011-11-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Dipartiment tal-Casualty u Emerġenza tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex — Data Protection Unit - Computer Centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-computer centre tad-Data Protection Unit sar taħt id-Dipartiment tal-Casualty u Emerġenza tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Tikkonsidra li dan għandu jinstablu post aktar addattat barra l-bini tal-Isptar u li din il-kamra terġa' tibda tintuża għall-bżonnijiet tal-isptar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-computer centre m'għandu x'jaqsam xejn mad-Data Protection Unit imma hu direttament relatat mas-sistemi IHIS (Integrated Health Information Systems) u sistemi oħra relatati mal-Informatika.

Birgu — Kumpless Aċċess - persuni li jmorru jirreġistraw għax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuni li jmorru jirreġistraw għax-xogħol fil-Kumpless Aċċess ġewwa l-Birgu qed jirreġistraw fil-bitħa, u qed jagħmlu ħin twil esposti għall-elementi ta' barra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Inħasset il-ħtieġa li jiżdiedu s-servizzi fil-komunità tal-Kottonera. Dan hu proġett ta’ titjib tal-faċilitajiet għan-nies fl-istess komunità. Peress li l-ispazju tal-uffiċċji huwa wieħed limitat jidher li l-aħjar soluzzjoni hi li l-magna tar-reġistrar tiġi allokata f’post li ma jkunx ta’ interfrenza għal servizzi fuq bażi individwali u personalizzati li jingħataw lil-individwi. Din il-magna ġiet mwaħħla ġol-vojt ta’ bieb fl-istess bini li ma jintużax. Wieħed għandu jifhem li l-bini huwa wieħed skjedat mill-awtoritajiet konċernati. Għalkemm il-proċess tar-reġistrar isir effetivament fil-miftuħ, l-istess ċentru tal-korporazzjoni dejjem jibqa bil-bieb miftuħ biex jopera s-servizzi l-oħra kollha li jingħataw. Jekk persuna tħoss li għandha tibqa fl-istess centru sakemm jasal il-waqt li tirreġistra mhux ser issib problema li tagħmel dan. Barra minn hekk fuq l-istess magna hemm tinda fissa li hi madwar 5 jew 6 piedi wiesgħa u madwar 40 pied twila.

Ħal Luqa — Karozza tal-linja diretta għall-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-karozza tal-linja diretta minn Ħal Luqa għall-Isptar Mater Dei qed tniżżel il-passiġġieri ħdejn l-Università u mhux qrib l-entratura prinċipali tal-Isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-karozzi diretti minn Ħal Luqa lejn l-Isptar Mater Dei jieqfu ħdejn il-bieb ta’ wara tal-isptar minflok quddiem il-bieb ta’ quddiem minħabba li l-infrastruttura ta’ quddiem l-entratura prinċipali tal-isptar ma tiflaħx għall-karozzi tal-linja kollha li hemm diretti lejn l-isptar. Dan minħabba l-fatt li bin-network il-ġdid jidħlu madwar 60 xarabank fis-siegħa fejn qabel, bin-network l-antik kienu jidħlu biss madwar 18-il xarabank. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed tevalwa l-possibilitajiet kollha mal- management tal-isptar u mal-operatur sabiex ikompli jittejjeb l-aċċess għall-isptar għall-utenti tat-Trasport Pubbliku.

Ħal Luqa — abbuż ta' droga fil-playing field

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-playing field li hemm f'Ħal Luqa tkun imħarsa minn abbuż tad-droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel u se tkompli tagħmel spezzjonijiet fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

pjan għal persuni b'diżabilità li jmutulhom il-ġeneturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu l-gvern dwar x'se jiġri minn persuni b'diżabilità wara l-mewt tal-ġenituri tagħhom u/jew carers oħra tagħhom? B'liema mod il-gvern se jindirizza din il-problema li ilha s-snin tqum għad-diskussjoni fil-fora tad-diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għan tal-Aġenzija SAPPORT huwa li taħdem ma’ persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom sabiex tassigura li jkollhom il-mezzi, opportunitajiet u servizzi sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod komplet fil-ħajja fil-komunità. B’dan il-għan l-aġenzija toffri servizzi ta’ sapport fil-komunità li jinkludu assistenza personali, interventi soċjali, servizzi ta’ riżorsi u servizzi ta’ ħidma soċjali. L-Aġenzija għandha wkoll residenzi fil-komunità li joffru akkomodazzjoni permanenti għall-persuni b’diżabilità. Dawn jinkludu r-residenza Vajrita f'Marsaskala, Villino Maria fl-Imtarfa, id-djar residenzjali fil-Fgura u f’Ħal Kirkop, u Dar Andrew ġo Bormla li kienet l-aħħar residenza li nfetħet. Apparti minn dawn ir-residenzi, l-aġenzija tamministra wkoll postijiet residenzjali mħallsa minn fondi pubbliċi ġewwa Dar Arka, Għawdex, Dar Il-Wens u Dar Pirotta f’Birkirkara. L-għan hu li b’mod gradwali dawn ir-residenzi jkomplu jiżdiedu. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità tagħti importanza kbira lil għixien Indipendenti għall-persuni b’diżabilita u din is-sena qed isir proċess ta’ konsultazzjoni u riċerka dwar dan is-suggett.

Sptar Mater Dei — testijiet tan-nervituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux isiru testijiet tan-nervituri fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, kemm hemm fil-waiting list? Jekk le, x'qed jagħmel il-Ministeru biex isolvi l-problema?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tispeċifika għal liema testijiet tan-nervituri partikolari qiegħda tirreferi għalihom f’din il-mistoqsija parlamentari.