Legislature:
Category:
Reset
Active:

appuntament għall-gastroscopy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif u għaliex pazjenta li ġiet riferuta mit-tabib tal-familja tagħha, b'suspett li għandha barxa li tnixxi d-demm u anke marret privatament għand speċjalista, ingħatat appuntament biex tagħmel gastroscopy għal April 2013?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħti iktar dettalji dwar il-pazjenta li qiegħed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari.

Ċentri tas-Saħħa — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fiċ-ċentri tas-saħħa? Min huma skont iċ-ċentru tas-saħħa? Kemm saru risk assessments f'kull ċentru tas-saħħa? F'liema oqsma ta' xogħol saru risk assessments f'kull ċentru tas-saħħa? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed skont kull ċentru tas-saħħa? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol skont kull ċentru tas-saħħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-kaz taċ-Ċentri tas-saħħa, ir-rwol ta' health and safety officer huwa moqdi minn Health and Safety Coordinator, li qed jaġixxi għan-nom tas-Senior General Practitioner. li huwa l-persuna responsabbli miċ-Ċentri tas-Saħħa.għal dak li għandu x'jaqsam id-day to day running. Dan il-Health and Safety Coordinator huwa nkarigat mit-twettiq tal-eżerċizzju tal-evalwar tar-riskju, li sar bil-parteċipazzjoni sħiħa tal- Workers Health and Safety Representatives. F'dan l-eżerċizzju hemm ukoll l-involviment sħiħ tal-ħaddiema. Dan sar fil-każ taċ-Ċentri tas-Saħħa kollha. Qabel twettqu r-risk assessments, kemm il-Health and Safety Coordinator, kif ukoll il-Workers Health and Safety Representatives ingħataw taħriġ kif għandu jsir dan l-eżerċizzju. L-aħħar eżerċizzju sar f'Jannar 2011, iżda r-risk assessment huwa proċess kontinwu li jista’ jitbiddel jekk jitbiddlu ċ-ċirkustanzi jew jinqalgħu riskji ġodda. Fil-preżent għaddej il-proċess biex jinħatru Health and Safety Co-ordinator u żewġ health and safety representatives ġodda.
Leg 11 PQ #31142 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — informazzjoni dwar risk assessment

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Min huma? Kemm hemm risk assessments lesti u f'liema oqsma ta' xogħol? Liema huma dawk l-oqsma ta' xogħol li għadhom mhumiex risk assessed?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jimxu ma' protocols u policies li d-Diviżjoni tas-Saħħa toħroġ minn żmien għal żmien, liema policies jiġu addattati għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Barra minn hekk, l-Amministrazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex toħroġ ukoll policies u protocols speċifikament għall-Isptar fejn jidħlu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u pazjenti fl-imsemmi sptar.
Leg 11 PQ #31223 Sitting 437 2012-01-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO PRECA To: Ministeru għal Għawdex

Direttorat tat-Turizmu u Żvilupp Ekonomiku — applikazzjoni għal post ta' policy analyst

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sejħa għall-applikazzjoni għal post ta' policy analyst fid-Direttorat tat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku fil-Ministeru għal Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post ta' policy analyst fid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku ġie assenjat bi trasferiment fuq bażi ta' secondment minn entità pubblika oħra.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar id-dipartiment tad-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jgħid: [a] kemm hija l-medja ta' stennija ta' appuntamenti new cases fid-dipartiment tad-dijabete fl-Isptar Mater Dei; [b] kemm huwa n-numru ta' pazjenti li qed jistennew appuntament għas-sena 2012 fl-istess dipartiment; u [ċ] meta huwa l-aħħar appuntament li ngħata, jiġifieri għal liema data?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-informazzjoni miġbura fit-22 ta’ Diċembru 2011, mill-booking system tal-Out-patient Module tal-Patient Administration System, l-medja ta' stennija ta' appuntamenti New Cases fid-Dipartiment tad-Dijabete fl-Isptar Mater Dei hija ta’ 160 ġurnata. In-numru ta' pazjenti li qed jistennew appuntament għas-sena 2012 fl-istess dipartiment huwa ta’ 829. L-aħħar appuntament li ngħata huwa għat-12 ta’ Lulju 2012.

Service Dispatchers għall-Korporazzjoni EneMalta

Question

B'referenza għall-mistoqsija u t-tweġiba preċedenti dwar il-ħatra ta' service dispatchers għall-Korporazzjoni EneMalta, jidher li hemm inkorrettezzi għaliex din l-applikazzjoni kienet tgħid speċifikament li l-messaggiera se jingħataw prijorità, jista' l-Ministru jgħid kif messaġġier li m'għandux esperjenza ta' dan ix-xogħol intqal li se jingħata prijorità, meta fit-tweġiba tiegħu, issemmiet l-esperjenza? Ladarba l-kandidati bilfors kellu jkollhom esperjenza, jista' jgħid messaġġier x'esperjenza għandu? Is-service despatchers preżenti x'esperjenza kellhom fil-passat? Dawn ma ngħatawx it-taħriġ? X'esperjenza jista' jkollhom dawk li ntbagħtu permezz tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Filwaqt li l-applikazzjoni kienet tgħid li: 'Applicants:- [a] must be in possession of a valid driving licence; [b] must be computer literate and [c] will be submitted to a written examination designed to assess their ability to express themselves in Maltese and in English and only those who qualify from this examination will be called for an interview related to the duties of this grade.'; jiġifieri l-esperjenza ma kenitx mitluba; għaliex allura persuna li għandha ħames snin esperjenza ta' dan ix-xogħol, għax kienet taghmlu qabel, minn call centre privat u minn call centre tal-Korporazzjoni Enemalta stess, u l-kwalifiki kollha mitluba, ma ġietx magħżula għal dan il-post?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fir-rigward tal-proċess tal-għażla għall-pożizzjonijiet ta’ Service Dispatchers fil-Korporazzjoni Enemalta, hemm ftehim bejn il-Korporazzjoni u l-General Workers’ Union illi l-ewwel preferenza għandha tingħata lil messaġġiera. Skond il-Ftehim Kollettiv tal-Korporazzjoni, għal kull sejħa għall-applikazzjonijiet, għandu jkun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. F’dan il-każ intlaħaq qbil bejn iż-żewġ partijiet li m’għandu jinbidel xejn mill-applikazzjoni ta’ Service Dispatchers li kienet ħarġet qabel din. Ninsab infurmat ukoll li fil-passat meta kienet ħarġet qabel din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kien hemm applikanti li ma kienux għaddew u b’inizjattiva tagħhom stess tgħallmu iktar fuq dan ix-xogħol sabiex meta reġgħet ħarġet l-istess sejħa għall-applikazzjonijiet, dawn setgħu jerġgħu japplikaw u joqogħdu għall-proċess tal-għażla. Fir-rigward tal-mistoqsija preżentata fuq kandidati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, nikkonferma li l-ebda kandidat min din il-Korporzzjoni qatt ma ġie kkunsidrat għal din il-pożizzjoni. Il-persuna msemmija mill-interpellant, li kellha ħames snin esperjenza ta’ Customer Care twieġeb it-telefon u tagħti numri tad-Direttorju lill-klijenti huwa xogħol li avolja importanti, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala ta’ relevanza għan-natura ta’ xogħol tas- Service Dispatchers , li għandhom ir-responsabbilta’ li jiggwidaw kemm sezzjonijiet oħrajn interni fuq ħsarat u talbiet għal xogħol ieħor tekniku, kif ukoll li jiggwidaw lill-klijenti individwali fit-talbiet speċifiċi li huma jkunu qed jagħmlu, li jinkludi ukoll li joffru għajnuna mill-ewwel sabiex isolvu xi ħsarat huma stess minn fuq it-telefon. Bir-rispett kollu, wieħed irid jikkonsidra li dawn it-talbiet li jsiru lis- Service Dispatchers huma normalment affarijiet ta’ natura urġenti, teknikament iddetaljati u mhux sakemm wieħed jgħaddi messaġġ. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni Enemalta terġa’ tiddikjara li ħadd mill-kandidati li ppreżentaw rwieħhom għall-proċess tal-għażla ma laħaq il-livell neċessarju sabiex jaħdmu f’dan it-tip ta’ xogħol ta’ natura importanti u sensittiva, u għal din ir-raġuni ma ntgħażel ħadd mill-applikanti għall-pożizzjonijiet ta’ Service Dispatcher .

Residenza San Vincenz de Paul — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fir-Residenza San Vinċenż de Paul? Min huma? Kemm saru risk assessments fir-residenza? Ta' liema areas ta' xoghol saru dawn ir-risk assessments?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — informazzjoni dwar risk assessments

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health and safety officers fl-Isptar Mater Dei? Min huma? Kemm hemm risk assessments in place? Għal liema qasam ta' xogħol? Kemm fadal risk assessments xi jsiru?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemmd Health & Safety Officer wiehed fl-Isptar Mater Dei fil-grad ta’ Senior Inspector (Health and Safety). Sal-lum ġew evalwati r-riskji f’Area 1 u 2 tad-Dipartiment tal-Emerġenza, fis-Central Delivery Suite u fis-sezzsjonijiet diversi tal-Medical Imaging Department – fil-każ tal-aħhar attivita’, l-eżerċizzju ta’ risk assessment sar b’konnessjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni skont l-Avviż Legali 44/2003. Qed ikompli l-eżerċizzju tal-evalwar tar-riskji assoċjat ma’ kull attivita’ ta’ xogħol li ssir fl-isptar.

Sptar Sir Paul Boffa — informazzjoni dwar risk assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Sir Paul Boffa? Min huma? Kemm saru risk assessments? Ta' liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm Health & Safety Officer wieħed ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa u li dan għandu grad ta’ Senior Inspector (Health and Safety). Sal-lum gew evalwati ir-riskji assoċjati mal-istores ta’ kull sezzjoni, riskji ta’ nar, u riskji assoċjati mal-użu ta’ radjoterapija – fil-każ tal-aħħar attivita, l-eżercizzju ta’ risk assessment sar b’konnessjoni mal-proċess ta’ notifikazzjoni skont l-Avviż Legali 44/2003. Beda x-xogħol tal-evalwar tar-riskji assoċjat ma’ kull attivita’ ta’ xogħol li ssir fl-isptar.

Sptar Karen Grech — health & safety officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Karen Grech? Min huma? Kemm saru risk assessments? Ta' liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — informazzjoni dwar risk assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm health & safety officers fl-Isptar Monte Carmeli? Min huma? Kemm saru risk assessments? F'liema oqsma ta' xogħol saru? Hemm oqsma ta' xogħol li għadhom ma ġewx risk assessed? Liema huma dawn l-oqsma ta' xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-iSptar Monte Carmeli m’għandu l-ebda Health and Safety Officer skont il-kwalifiki mitluba minn dan il-grad, iżda hemm Workers’ Health & Safety Representative, kif ukoll Fire Safety Officer. S’issa saru numru ta’ risk assessments li jinkludu: 1. Fire Risk Assessment 2. Clinical Risk Assessment 3. Risk Assessment fuq Sala Partikolari 4. Community Services Risk Assessment 5. Risk Assessment f’Dipartiment Partikolari 6. Electrical Installations Risk Assessment f’zewgt iswali partikolari Ir- risk assessments imsemmija hawn fuq, li jinkludu assessments ta’ riskji kemm ta’ natura klinika kif ukoll riskji oħrajn, ikopru l-oqsma l-aktar kritiċi tal-isptar, kemm dawk kliniċi kif ukoll tas- support services . Dawn ir- risk assessments saru bil-parteċipazzjoni tal-ħaddiema nfushom. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwar ta’ riskji ta’ attivitajiet oħra ta’ xogħol.

Awtoritá tat-Turiżmu għal Għawdex

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li għandha tinħoloq Awtoritá tat-Turiżmu għal Għawdex komposta minn Għawdxin li joqogħdu f`Għawdex u li jkunu jafu bil-problemi tal-Gżira?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Gvern qies diversi metodi ta kif jaqdi bl-aħjar mod l-interessi tat-turiżmu f’Għawdex. Il-gvern jemmen li s-sistema preżenti, li permezz tagħha: - Għawdex hija rappreżentata fuq il-bord tal-MTA; - Hemm unit dedikata fl-Awtorità tat-Turiżmu li xogħolha hu li tippromovi lil Għawdex; - Hemm Direttorat għat-Turiżmu u żvilupp ekonomiku fi ħdan il-Ministeru t’Għawdex. Hija l-aktar sistema effiċjenti biex tkabbar t-turiżmu f’Għawdex.

Kumpaniji li jagħtu servizz ta' carers

Question

Jista' l-Prim Ministru tgħid jekk tafx li hemm kumpaniji li jagħtu servizz ta' carers, anke lill-Gvern, li qed iħaddmu carers b'56 siegħa fil-ġimgħa u ma jingħatawx la overtime għas-sigħat fuq l-40 siegħa u anqas xi forma oħra ta' kumpens? Jista' jgħid jekk id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali hux konxju ta' dan? Jekk huwa konxju għaliex qiegħed jittollera din l-esplojtazzjoni ta' ħaddiema? Jekk mhux konxju, jekk għamilx inspections biex jassigura li ma jkunx hemm din l-esplojtazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19450/11/1, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija li ħareġ il-gvern f’1843. Kopja ta’ din l-istqarrija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MTA — Media Consulta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Media Consulta ingħatatx xi xogħol matul is-sena 2010 mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk fl-affermattiv, x'xogħol ingħatat u kemm tħallset biex għamlet dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li skont il-kuntratt , matul is-sena 2010 lil Media Consulta thallsu dawn l-ammonti Servizz ta’ PR fil-Belġju € 16,898 Retainer fee € 408,273.42

Ħal Qormi — Triq il-Ġnien - ġnien abbandunat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġnejna li hemm wara l-Blokk 9 u 10 fi Triq il-Ġnien, Ħal Qormi u li hija proprjetà tal-gvern, qed titħalla fi stat ta' abbandun bil-konsegwenza li qed jinxteħet ħmieġ u żibel ieħor u siġar li kibru żżejjed għad-dannu ta' kulmin joqgħod fl-akkwata?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li wara r-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23198, il-kerrej ta’ din il-ġnejna baqa’ ma żammx mal-kundizzjoni tal-Ftehim tal-Kirja li tgħid li dan is-sit irid jiżamm fi stat tajjeb. Għaldaqstant, id-Dipartiment ħa passi biex jittermina l-kirja. Intant qed isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex din il-ġnejna terġa toħroġ għal-kiri permezz ta’ sejħa għall-offerti.

Dipartiment tas-Saħħa — uniformi tal-messaġġiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-messaġġiera li hemm fid-Dipartiment tas-Saħħa, ma ngħatawx uniformi? Meta kien l-aħħar li dawn il-messaġġiera ngħataw uniformi? Jekk se jingħataw uniformi, meta se tingħatalhom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment konċernat wasal fi tmiem tal-proċess meħtieġ biex fil-jiem li ġejjin tingħata l-uniformi tax-xitwa lill-messaġġiera li huma intitolati għaliha.

Ħamrun — Triq Schembri - toroq minn pedestrians

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta hijiex konxja tal-periklu li jeżisti fil-junction li tiġi bejn Triq Schembri kantuniera ma' Triq Mountbatten fil-Ħamrun, fejn hemm ir-roundabout u dan għaliex f'din il-junction isir ħafna qsim tat-toroq minn pedestrians, partikolarment minn studenti li jattendu l-iskejjel fl-akkwata? Jista' jgħid jekk Transport Malta hux qed taħseb li tagħmel faċilitajiet biex il-qsim tat-toroq isir mingħajr periklu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tagħha lil Transport Malta.

MEPA — impjant ta' riċiklaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'permessi għandha mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-kumpanija li għamlet impjant tar-riċiklaġġ ġewwa r-raħal tal-Imqabba, qrib l-ajruport?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji biex tkun tista twieġeb aħjar din il-mistoqsija, bħal min huwa l-applikant u n-numru tal-applikazzjoni peress li kien hemm iżjed minn applikazzjoni waħda għal riċiklaġġ fl-istess lokalità.