Ċimiterju tal-Addolorata — Organizzazzjoni tal-Oqbra - fdalijiet li jinġabru f'kaxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx istruzzjonijiet sabiex l-organizzazzjoni tal-oqbra tinbidel, jiġifieri, qabel il-fdalijiet li kienu jinġabru f'kaxxa kienu jitqiegħdu fil-parti ta' fuq tal-qabar u issa jidher li nbidlet din il-prassi u l-fdalijiet fil-kaxxxi qed jitqiegħdu fil-parti t'isfel tal-oqbra? Jekk inbidlet din il-prassi min ta l-istruzzjonijiet biex isir dan u għaliex? Jekk ma ngħatawx struzzjonijiet, għaliex qed jitħalla li ssir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta jgħaddu sentejn mid-data tad-difna, il-fdalijiet jistgħu jitpoġġew ġo reċipjent ipprovdut mis-sid tal-qabar u s-sid jista` jiddeċiedi li jżomm il-fdalijiet fl-istess qabar. L-oqbra mhumiew mibnijin biex parti minnhom tintuża bħala ossarju u għalhekk ir-riċipjenti jitpoġġew fil-parti l-aktar konvenjenti ġol-qabar. Dan il-proċess isir skont kif jitlobu l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Għaldaqstant ir-reċipjenti għandhom jibqgħu fil-qabar u m’għandhomx jinqalgħu barra minn ġol qabar biex issir xi difna peress li dan imur kontra l-artiklu 142 tal-istess Kodiċi li jgħid li ‘Ħadd ma jista’ jaqla’ mejtin mill-oqbra mingħajr permess tal-Pulizija.’ Ma saret l-ebda bidla f’din il-prassi f’dawn l-aħħar snin
Sptar Ġenerali t'Għawdex — overtime li għadu ma tħallasx
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ħlas tal-overtime għax-xogħol li sar u qed isir fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex ilu minn Frar 2012 ma jitħallas? Meta se jitħallas? Kemm hemm flus pendenti li għandhom jitħallsu? Kemm hemm impjegati milquta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħlasijiet pendenti sa Settembru 2012 jammontaw għal €204,856 u l-impjegati konċernati huma 158. Dawn l-ammonti ser jitħallsu dalwaqt.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33572 u 34816 rispettivament dwar xogħol li qiegħed jagħmel ex ufficjal pubbliku li rtira sena u seba’ xhur ilu mill-gradi tan-nursing li deher qiegħed iqassam il-mediċini f'paġna 3 ta' ktejjeb maħruġ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità bl-isem 'Minn Qalbna... Għalik', jista' l-Ministru jikkonforma jekk ir-responsabbiltajiet u obbligi delegati lil dan l-individwu bħala uffiċjali pubbliku irtirat humiex marbuta strettament ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse skont ma tipprovdi d-delega ta' ċerti setgħat dwar is-servizz pubbliku mogħtija mill-Prim Ministru fl-4 ta' April 2009 bil-għan li jittaffa n-nuqqas akut ta' ħaddiema kwalifikati fil-qasam tan-nursing? Fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-Ministru qal li qed jaghti dan l-individwu fit-tħejjija tan-night shelter ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? F’dan ir-rigward, jista' jikkonferma jekk dan l-individwu fil-verità qattx wettaq xogħol ta’ koordinazzjoni tas-servizzi għan-nies li jgħixu fil-komunità kif wkoll assessments kliniċi tal-anzjani li jgħixu fil-komunità kif jingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33572? Jista' jgħid jekk dan l-individwu minflok għamilx xogħol ta’ sorveljanza fuq siti ta’ kostruzzjoni li m’għandu x’jaqsmu xejn mar-responsabbiltajiet u obbligi marbuta ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse? Jista' jgħid jekk dan l-aħħar dan l-individwu kienx involut f’każ ta’ vjolenza fiżika ma’ ħaddiem tal-kostruzzjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-individwu ġie mitlub biex jagħmel xogħol ta’ koordinazzjoni kemm fin-night shelter kif ukoll ġewwa waħda mis-swali tar-Residenza ta’ San Viċenz de Paul. F’facilitajiet bħal dawn huwa kruċjali li jkun hemm nursing input, dan biex jingħata servizz adekwat ta’ kura.
Ma jirrizultax li l-individwu kien involut f’argument ma ħaddiem tal-kostruzzjoni. Kien hemm argument ma s
upervisor
li dwaru sar rapport lill-pulizija.
B’referenza għat-tweġieba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 34714 mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, jista' l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki f'livell Universitarju ta’ Ċertifikat u Diploma, f'livell Universitarju ta' Grad ta' Baċċellerat, Master u Dottorat, jew f'xi forma oħra, kienu ġew sottomessi mit-tliet kandidati rispettivi li qagħdu għall-intervista silettiva għall-mili ta’ post fuq bażi temporanja dahar ma’ dahar ta’ Manager Nursing Services mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, liema post ir-riżultat tal-intervista silettiva għall-mili tiegħu kien ġie ppubblikat mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku nhar il-Ħamis, 3 ta' Mejju 2012, u kien jaqa' taħt ir-Regolament 3(b)(4)(a) tal-Avviż Legali 239/2008 dwar Kuntratti ta' Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss u riklamat mill-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika permezz PAHRO Circular No 3/2012 datata t-13 ta' Jannar 2012? Barra minnhekk kemm kellu snin ta’ esperjenza kull wieħed mit-tliet kandidati rispettivi fil-grad ta’ Departmental Nursing Manager li minnu kienu ġew mistiedena l-applikazzjonijiet għall-mili tal-post imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-impjegati fis-settur tas-saħħa li jaħdmu mal-pazjent u jservu l-ikel, għandhomx food handlers' license? Jekk għandhom, din qed tiġi aġġornata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorvelja hemm fuq korsijiet li jingħataw għal food handler's license?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull min jipprovdi l-kors irid ikun approvat mill-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel u din l-approvazzjoni tingħata wara li jiġi sottomess kemm il-materjal li ser jintuża fil-kors kif ukoll il-curriculum vitae.
Dawk li jipprovdu l-kors huma wkoll obbligati sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-post ta’ fejn qed isir kull kors sabiex jekk il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel jidrilha li jkun neċessarju, jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji. Kien hemm drabi fejn ġew innutati irregolaritajiet u ġiet meħuda azzjoni saħansitra kien hemm min ġie sospiż milli jipprovdi dawn il-korsijiet.
Ninsab infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser titħabbar emenda għall-Avviż Legali 178/2001 liema emenda ser tibdel ir-responsabbilita` tal-eżami minn fuq min jipprovdi l-kors għal fuq il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel liema emenda hija mportanti sabiex tiġi eliminata l-possibilita` ta’ irregolorajiet li kien hemm fil-passat kif ukoll sabiex ikun hemm aktar uniformita`.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37309 u jgħid għaliex Transport Malta għadha ma ħaditx azzjoni dwar il-periklu li hemm fit-trejqa fl-area magħrufa bħala ta' Parak fil-limiti tas-Siġġiewi, liema trejqa saritilha ħsarat kbar bil-maltemp ta' dan l-aħħar, iżda aktar u aktar minħabba vettura li waqqgħet il-ħajt li jżomm din l-istess trejqa u li minkejja li residenti ġibdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, l-istess uffiċjali tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, infurmaw lil dawn ir-residenti li hija Transport Malta, fir-responsabilità li tieħu l-azzjoni għat-tiswijiet urġenti li jinħtieġu jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37319, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex, filwaqt li l-kunsill lokali infurmah li lir-residenti ta' din l-area, għarrafhom ukoll li se jkun qiegħed jikkomunika direttament magħhom biex iżommhom infurmati dwar l-iżviluppi rigward il-ħsara fiż-żona, sal-lum, kważi xahar wara, il-kunsill lokali ma għamel l-ebda kommunikazzjoni ma' dawn ir-residenti, minkejja l-periklu li t-trejqa tinsab fih u wkoll id-diffikultà li hemm għal dawn ir-residenti biex jgħaddu minn din l-istess trejqa? Jista' jgħid fiex wasal il-kunsill lokali f'dak li wiegħed li se jagħmel sabiex din it-trejqa perikoluża tissewwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qed jistenna r-rapport tal-Perit li mistenni jippreżentaħ lill-Kunsill f’dawn il-jiem. Il-Kunsill diġa` ikkomunika dan mal-familja residenti f’din it-trejqa.
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm qed jinkera kuljum l-Major Incident Van li nġab fid-Dipartiment tal-Emerġenza, mingħand il-privat? Jista' jgħid b'kemm inxtraw l-uniformijiet għad-Dipartiment tal-Emerġenza, għan-nurses, drivers u ambulance assitents jew porters? Kemm ġew jiswew l-uniformijiet ta' kull persuna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Major Incident Van li nġab fid-Dipartiment tal-Emerġenza, qed jinkera bil-prezz ta’ €34.75 kuljum. Minħabba n-natura tax-xogħol, l-impjegati imsemmija ġew provduti b’ilbies protettiv skont ir-regolarmenti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ġew ordnati 492 settijiet ta’ lbies protettiv għall-impjegati kollha msemmija bi spiża ta’ €73.82 kull sett.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dawk li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza u li jagħmlu xogħol ta' ambulance assistants għadhom jissejħu porters u mhux ambulance assistants, kif inhuma msejħa dawn l-impjegati fis-sistema tas-saħħa fl-Ingilterra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-impjegati li jagħmlu xogħol ta’ assistenza fis-servizz tal-ambulanzi fid-Dipartment tal-Emerġenza huma fil-maġġoranza tagħhom Health Assistants li ġew imħarrġa biex jagħmlu dan ix-xogħol. Fil-preżent il-grad ta’ ambulance assistants ma jeżistix - għaldaqstant il-proċess sabiex tinbidel in-nomeklatura ikun suġġett għal diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Union.
Sptar Mater Dei — Ambulanza li kellha ħsarat fil-magna
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ambulanza li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kienet ilha xahar għand kumpanija biex tiġi imsewwija l-magna, meta ġiet rilaxxata u ttieħdet fl-Isptar Mater Dei, u wara li ġiet armata, kellha terġa' tittieħed minħabba li ma ħademtx? Kemm swiet it-tiswija li saritilha matul ix-xahar? Kemm swiet il-kirja ta' ambulanza matul ix-xahar biex tissostitwixxi l-ambulanza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din l-ambulanza partikolari ilha barra għat-tiswija mit-12 ta’ Settembru 2012. Din ġiet lura l-iSptar Mater Dei, suppost imsewwija sewwa, fi 17 ta’ Ottubru 2012. L-ambulanza, dak inhar li waslet lura fl-iSptar Mater Dei, ma ġietx aċċettata mid–Dipartiment tal-Biomedika, u fil-fatt l-ambulanza intbagħtet lura lill-kuntrattur għall-iktar tiswijiet. Sa fl-aħħar, il-kuntrattur, UCIM Co Ltd identifika x’kienet l-problema propja li hemm fuq din l-ambulanza u ġew identifikati l-ispare parts li hemm bżonn biex titranġa din l-ambulanza GVN 471. Kemm jiswew dawn l-ispare parts għadu mhux magħruf mid–Dipartiment tal-Biomedika.
Għaldaqstant, matul dan iż-żmien illi din l-ambulanza kienet għand UCIM CO Ltd, biex tiġi irranġata, l-iSptar Mater Dei kellu jikri ambulanza oħra minn kumpanija privata. L-ispiża biex tinkera din l-ambulanza ġiet tiswa l-Dipartiment tas-Saħħa, €1,593.00 (18% VAT Inkluż) fix-xahar ta’ Settembru, €2,900.00 (18% VAT Inkluż) fix-xahar t’ Ottubru u € 2,091.00 (18 VAT Inkluż) fix-xahar ta’ Novembru, 2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddedikati fondi mill-Unjoni Ewropa għal taħriġ ta' impjegati u professjonijiet fis-settur tas-saħħa? Kemm intnefqu minn dawk il-fondi? Liema impjegati u professjonisti ibbenefikaw? X'tip ta' taħriġ jew korsijiet saru u skont il-kategorija ta' impjegati u professjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba ed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Korsijiet ta' taħriġ tal-porters u drivers tal-ambulanzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ kontinwu jingħataw il-porters u d-drivers tal-ambulanzi? Kull meta jingħataw korsijiet? X'kienu l-korsijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-2008, id-drivers tal-ambulanzi u impjegati oħra li jagħtu assistenza fl-ambulanzi ngħataw sessjonijiet ta’ taħriġ bħala parti mill-programm ta’ ESF 43 ta’ 16-il siegħa fuq kommunikazzjoni, teamwork u customer care.
Fl-2009, l-istess impjegati ngħataw kors ta’ taħriġ ieħor ta’ madwar tmenin siegħa li kien jinkludi:
First Aid
,
Infection Control
,
Self
u
Situation Management
,
Moving & Handling
,
Risk Assessment
,
Legal Issues
,
Scene Safety
,
Customer Care
,
Team Work
,
Health & Safety
u
Communication Skills
. Id-
drivers
ġew mħarrġa wkoll fuq
defensive driving
.
Fl-2012, id-drivers tal-ambulanzi ngħataw kors ieħor ta’ 30 siegħa f’dawn l-oqsma:
essential principles of emergency care, first aid, patient care training
u
communication skills
.
Tista' l-Ministru tgħid b'liema prodotti ta' hygiene u disinfetanti qed ikunu provduti mid-dipartiment fiċ-childcare centres u kindergartens in partikolari sabiex jintużaw fil-ħasil tal-idejn u affarijiet oħra sabiex ikunu megħluba r-riskji żejda ta' tifrix ta' mikrobi fost it-tfal u trabbi li jattendu fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fejn hemm kindergarten, id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi jalloka l-fondi lil kull skola sabiex jixtru l-materjal u prodotti tal-indafa kollha li jkunu meħtieġa.
Il-prodotti li jintużaw fi Smart Kids Childcare Centres immexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi huma:
• Liquid Hand Soap PH 5.5 għal ħasil tal-idejn
• Room and Surface Anti-bacterial Surface Spray għat-tindif ta’
nappy changers
, uċuħ ta’ mwejjed, għamara eċċ.
• Detergent għal ħasil tal-art
• Descaling and Sanitizing Toilet Cleaner u Power Bleach għal ħasil tal-kmamar tal-banju u
toilets
Sptar Mater Dei — ġenerazzjoni tal-enerġija biex tissupplixi d-dawl
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' generazzjoni tal-enerġija teżisti fl-Isptar Mater Dei, sabiex tissupplixxi d-dawl meħtieġ fl-Isptar Mater Dei, f'emerġenza meta jinqata d-dawl kif għamel xi ftit żmien ilu? X'tip ta' generators hemm? X'coverage għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei, is-sistema ta’ l-elettriku hi maqsuma fi tlett tipi:
1. Tip Kritiku - Id-dawl meħtieġ f’dawk il-postijiet meqjusa kritiċi u jintuża għall-proċeduri kritiċi (eżempju: Is-Swali ta’ l-Operazzjonijiet u l-Emerġenza)
2. Tip Essenzjali - Id-dawl meħtieġ f’diversi postijiet biex issiru proċeduri ikunsidrati essenzjali, li izda ma humiex kritiċi. (eżempju: Is-Swali ġenerali tal-pazjenti u l-uffiċini)
3. Tip Mhux Essenzjali - Id-dawl meħtieġ f’diversi postijiet biex isiru proċeduri ikkunsidrati mhux essenzjali u li jistgħu jistennew.
F'emerġenza meta jinqata d-dawl kif għamel xi ftit żmien ilu fl-Isptar Mater Dei, hemm numru ta’
Uninterrupted Power Supplies (UPS)
li huma mgħammra bil-batteriji sabiex jissupplixxu d-dawl kollhu tat-tip Kritiku. Meta jinqata d-dawl, il-UPS jissuplixxu d-dawl f’dawn il-postijiet sakemm jerġa jinxtgħel lura d-dawl.
Barra minn dan fl-isptar kollhu hemm tlett (3)
generators
li jaħdmu bid-
diesel
li jintużaw meta jkun hemm qtugħ fil-provvista ta’ l-elettriku.
Dawn il-
generators
għandhom kapaċita ta’ 2.5MW (2.5
MegaWatt
) il-wieħed għal total ta’ 7.5MW.
F'emerġenza meta jinqata’ d-dawl, bil-
generators
jaħdmu, iċ-ċirkwiti tad-dawl tat-Tip Kritiku u Essenzjali fil-postijiet kollha ta’ l-isptar ikunu mixgħulin. Dawk iċ-ċirkwiti tad-dawl tat-Tip Mhux Essenzjali jibqgħu mingħajr dawl sakemm jerġa lura d-dawl minn naħa ta’ l-Enemalta.
Hemm ukoll numru ta’ lampi installati madwar l-isptar li huma mgħammra bil-batteriji li jinxtgħelu mmedjatament meta jinqata’ d-dawl biex jiġi evitat li jkun hemm kullimkien dlam ċappa sakemm jerġa jiġi lura d-dawl.
Ħal Luqa — Dipartiment tas-Sigurtà Socjali - ħinijiet tal-ftuħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġiet ibbżata d-deċiżjoni li d-District Office tad-Dipartiment tas-Sigurtà Socjali f'Ħal Luqa jibda jagħlaq mas-13.30 pm? Jista' jgħid jekk ħax in konsiderazzjoni li n-nies ta' Ħal Luqa, jridu joħorġu barra minn Ħal Luqa għal ħdejn il-mitjar l-antik biex jieħdu t-trasport pubbliku, sabiex ikunu jistgħu jmorru fl-Uffiċċju Distrettwali fiż-Żurrieq u dan b'ħafna skariġġ għal maġġoranza tal-Ħal Luqin, l-istess għan-nies ta' Ħal Farruġ u r-residenti f'Dar Santa Marija u fir-Residenza San Vinċenz de Paule, li lkoll din id-deċiżjoni se toħloq ħafna aktar skariġġ milli diġà għandhom? Jaf li dan l-Uffiċċju Distrettwali jaħdmu fih żewġ skrivani u district manager biss u jridu jlaħħqu ma' dan kollu flimkien mal-lokal tal-Imqabba u l-Gudja? Għalhekk għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni li se toħloq tant skariġġ żejjed għan-nies ikkonċernati?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum il-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju distrettwali ta’ Ħal-Luqa għadhom l-istess bħal ma kienu għal dawn l-aħħar snin, jiġifieri mit-8.00am sal-12.00pm u mis-1.30pm sal-4.30pm. Jekk tittieħed deċiżjoni li dawn jinbidlu, ikunu ikkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-lokalita’ rispettiva b’mod ħolistiku.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Valsartran, ikunu ta' spiss out of stock? Jista' l-Minisru jgħid instabx xi tip ta' rimedju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ordni tal-pilloli Valsartan hija ikkonfermata u dalwaqt se jkunu disponibbli. Ir-raġuni ta’ dan in-nuqqas ta’ stock huwa relatat ma’ żieda fil-konsum li qabeż il-ħamsin fil-mija matul l-aħħar sena.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Carvedilol qed ikunu ta' spiss out of stock? Jista' jgħid instabx xi rimedju sabiex dawn ikunu supplied regolarment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ordni tal-pilloli Carvedilol huma ikkonfermati u dalwaqt se jkunu disponibbli. Ir-raġuni ta’ dan in-nuqqas ta’ stock huwa relatat ma’ sitwazjoni loġistika u qed jsiru ukoll arranġamenti biex tinġab b’courier. Ta’ min wieħed issemmi li hemm mediċina oħra f’din il-kategorija li tista tintuża minflok il-Carvedilol.
Ħal Qormi — Ta' Farsina - vetturi kbar industrijali fl-area residenzjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex b'mod regolari qed jitħalla l-parkeġġ ta' vetturi kbar industrijali jipparkjaw fl-area residenzjali Ta' Farsina f'Ħal Qormi, minkejja l-perikolu li qed jippreżentaw għal pubbliku in ġenerali? Jista' jgħid x'passi ittieħdu wara d-diversi rapporti regolari li saru u wkoll x'passi se jittieħdu bħala deterrent kontra dan l-ipparkjar illegali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi vetturi hekk imsejħa industrijali, ma jistgħux ikunu ipparkjati fit-toroq jekk dawn ikunu mgħobbija b’container, jew jekk ikunu ipparkjati kontra xi regolamenti dwar ipparkjar jew jekk ikunu ta’ periklu jew ta’ xkiel lil nies oħra li jużaw it-triq.
Il-pulizija qed tagħmel u ser tkompli tagħmel spezzjonijiet fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, u fejn ikun il-każ jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti.