Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jitħallas stipendju student tas-Sixth Form fl-2013, u kemm se jkun qed jitħallas student li jattendi s-Sixth Form fl-2027?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istudenti li kienu jattendu is-Sixth Form fl-2013 kienu jircevu stipendju ta’ €83.86 kull erba` ġimgħat.
Sussegwenti taż-żidiet li ngħataw matul is-snin bejn 2014 u l-2026, kif ikoll permezz tal-aġġustament taż-żieda tal-għoli tal-ħajja għall-istudenti għall-2027 li se tkun ta €3.60 kull erba` ġimgħat, fl-2027 l-istudenti li jattendu is-Sixth Form se jkunu qed jirċievu stipendju ta’ €139.53 kull erba` ġimgħat.
Ta’ min issemmi li l-istudenti tas-Sixth Form jitħallsu stipendju bir-rata hekk magħrufa bħala ‘ġenerali’
Ir-rati tal-istipendju ivarjaw skont il-livel ul-klassifikazzjoni tal-kors li jkunu qed isegwu l-istudenti.
It-tabella t’hawn taħt turi ż-żidiet li ngħataw fl-istipendju bejn l-2013 u 2027 hekk kif ġej:
Sena
Rata Ġenerali
Rata Preskritta
Rata ta’ Prijorita` Għolja
2013
€83.86
€146.77
N/A
2014
€85.45
€149.54
N/A
2015
€86.05
€150.59
N/A
2016
€86.85
€151.99
N/A
2017
€87.64
€153.37
€307.68
2018
€88.44
€154.77
€310.48
2019
€89.40
€156.44
€313.83
2020
€90.93
€159.12
€319.20
2021
€91.75
€160.55
€322.07
2022
€101.89
€178.30
€357.68
2023
€106.91
€187.09
€375.31
2024
€113.35
€193.53
€381.75
2025
€115.88
€196.06
€384.28
2026
€135.93
€228.14
€444.59
2027
€139.53
€231.74
€448.19
L-Università ta’ Malta – Aċċess għal studenti tal-Junior College
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk studenti tal-Junior College għandhomx aċċess għall-Campus, il-librerija u l-canteen tal-Università ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-istudenti tal-Junior College għandhom aċċess għall-Campus tal-Università ta' Malta, kif ukoll għandhom aċċess għar-riżorsi, is-servizzi u l-faċilitajiet kollha offruti mil-Librerija tal-Università ta’ Malta kif ukoll il-Canteen.
Madankollu, l-aċċess għal uħud miż-żoni jew faċilitajiet speċifiċi tal-Università huwa ristrett għal persuni li għandhom bżonn dirett minħabba l-istudji, it-tagħlim jew attivitajiet oħra tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma fost l-aktar rotot twal, f’termini ta’ kilometri, li qed jiġu provduti lill-istudenti permezz tat-trasport bla ħlas?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ninsab infurmat li l-framework agreement marbut mas-sejħa pubblika għal dan is-servizz ikopri diversi tipi ta’ rotot, fosthom dawk magħrufa bħala Extra Long li jkopru bejn 10.5 kilometri sa 37.5 kilometru.
Hemm diversi raġunijiet għaliex jintużaw dawn ir-rotot, fosthom l-għażla tal-iskola mill-ġenituri li ġieli tkun waħda ‘l bogħod mir-residenza, kif ukoll ċirkostanzi bħal li l-iskola li jattendi l-istudent tilqa’ studenti minn diversi lokalitajiet mxerrda madwar Malta u saħansitra Għawdex u m’għandhiex limitu ġeografiku. Dawn tal-aħħar ħafna drabi jkunu skejjel speċjalizzati.
Biex nagħti xi eżempji, mill-iskejjel tal-istat, ir-rotta lejn l-iskola St Francis f’Bormla tiġbor studenti mill-Mellieħa. Ir-rotta lejn l-Alternative Learning Programme li tinsab f’Raħal Ġdid tiġbor studenti mill-Imġarr, il-Manikata u l-Baħrija fost oħrajn. Ir-rotta tas-St Francis fl-Imsida tiġbor studenti mill-Mellieħa u l-Mosta filwaqt li rotta oħra għall-istess skola, tmur kemm il-Magħtab kif ukoll in-Naxxar.
Studenti li jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti li qed jibbenefikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti jattendu fi skejjel tal-Istat, skejjel tal-Knisja jew skejjel indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat illi n-numru ta’ studenti li jibbenifikaw mit-trasport bla ħlas għall-iskejjel huwa ta’ 37,133 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti statemented għall-bżonn ta' LSE Shared, Shared in the same class u One to One għal kull sena, mis-sena 2008 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Medja tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu impjegati LSEs kull sena, mis-sena 2008 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn Settembru 2025 u Settembru 2026, ġew appuntati 425 SLSe u LSE.
Konsum ta’ kannabis fil-pubbliku – Ċitazzjonijiet/azzjonijiet ta’ infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet jew ittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar b’rabta ma’ ksur ta' liġi fejn jidħol konsum ta' kannabis fil-pubbliku matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet biex jissaħħaħ l-infurzar f’dan ir-rigward?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lil-Onor.Interpellanta illi qed nippreżenta tabella bl-informazzjoni mitluba. Kif ħabbart riċentement, it-tipjip tal-Kannabis se jkun inkluż fil-lista tal-‘On the Spot Fines’.
Sena
2024
2025
2026 *
Ammont
12
66
65
*Sal-4 ta’ Novermbru.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-investiment li sar fi Ġnien it-Tbissim f’Baħar iċ-Ċagħaq, inkluż id-daqs tal-ispazju miftuħ, is-siġar imħawla u l-faċilitajiet ġodda, u tispjega kif il-proġett indirizza x-xewqat tar-residenti u tat-tfal?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Ġnien it-Tbissim, f’Baħar iċ-Ċagħaq, huwa wieħed minn tliet proġetti ta’ spazji miftuħa li għadhom kemm infetħu fil-jiem li għaddew. Riċentement tlestew u ġew inawgurati wkoll Ġnien il-Larinġ, f’Ħal Lija u t-tieni fażi tal-proġett ta’ Wied Inċita li hija parti minn pjan fit-tul biex dan il-post nagħmluh wieħed mill-akbar parks pubbliċi f’pajjiżna, fuq medda ta’ aktar minn 90,000 metru kwadru. Din il-ġimgħa stess se nkunu qed niftħu ġnien ieħor ġdid fl-Imqabba, li huwa Ġnien il-Mitħna.
Ir-rispons immedjat li kien hemm mill-pubbliku għal Ġnien it-Tbissim, sa mill-ewwel jiem tal-ftuħ tiegħu, jixhed li l-proġett intlaqa’ tajjeb ħafna. Il-ġnien li jinsab fi Triq il-Kosta mhux biss qed iservi bħala żona ta’ mistrieħ u divertiment għar-residenti li jabitaw fil-madwar, imma qed ikun frekwentat ukoll minn bosta familji oħrajn li jkunu għaddejjin mill-inħawi, partikolarment fi tmiem il-ġimgħa. It-tagħmir tal-logħob li hemm fih mhuwiex biss divertenti iżda wkoll aċċessibbli għal kulħadd, b’attenzjoni speċjali għal logħob inklussiv.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ stqarrija (PR261635) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fil-5 t’Ottubru 2026 li fiha d-dettalji dwar il-proġett ta’ Ġnien it-Tbissim.
Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament dwar il-proġett Pannelli bla Bejt, inkluż il-ġibjuni involuti, il-progress fix-xogħlijiet ta’ installazzjoni, meta l-familji jkunu jistgħu japplikaw, u x’se jkunu l-kundizzjonijiet finali tal-parteċipazzjoni u l-benefiċċji finanzjarji mistennija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-iskema Pannelli bla Bejt hija inizjattiva innovattiva mnedija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li l-għan ewlieni tagħha huwa li tagħti l-opportunità lil persuni li m’għandhomx aċċess għal bejt adattat għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi sabiex jipparteċipaw direttament fit-tranżizzjoni ta’ Malta lejn enerġija aktar nadifa. Permezz tal-iskema, il-pannelli fotovoltajċi jiġu installati fuq infrastruttura tal-KSI, inklużi ġibjuni koperti, binjiet operattivi u artijiet tal-korporazzjoni, filwaqt li l-KSI tkun responsabbli mill-installazzjoni, il-konnessjoni mal-grid, il-manutenzjoni, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-assi.
Is-siti identifikati għall-ewwel fażi tal-proġett jinsabu Marsaxlokk, in-Naxxar, iż-Żurrieq, Wied il-Għajn, iż-Żejtun, Kordin, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar.
L-investiment propost jikkorrispondi għal madwar tmien pannelli fotovoltajċi kull applikant bi produzzjoni stmata ta’ madwar 7,500 kWh fis-sena. Skont il-projezzjonijiet indikattivi tal-iskema:
· Id-dħul annwali huwa stmat għal madwar €840 fis-sena.
· Id-dħul kumulattiv fuq perjodu ta’ 20 sena huwa stmat għal madwar €16,788.
· L-iskema hija mfassla bħala investiment passiv mingħajr ebda responsabbiltà ta’ ġestjoni jew manutenzjoni tas-sistemi għall-parteċipanti.
Dawn il-projezzjonijiet jibqgħu suġġetti għall-Feed-In Tariff finali li tiġi assenjata permezz tal-proċess regolatorju.
Matul il-fażi tal-Espressjoni ta’ Interess, aktar minn 800 familja esprimew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fl-iskema, u dan juri l-interess qawwi tal-pubbliku għal din l-inizjattiva.
Fil-preżent, il-KSI qed tipparteċipa fil-proċess tal-Invitation to Bid (ITB) mar-Regulatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) sabiex jiġu assigurati l-Feed-In Tariff (FIT) meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva. Fl-istess ħin, qed jitkompla x-xogħol fuq l-infrastruttura elettrika meħtieġa għas-siti kollha identifikati, filwaqt li l-permessi kollha meħtieġa għall-iżvilupp tal-farms fotovoltajċi fuq is-siti diġà nkisbu.
L-applikazzjonijiet formali għall-iskema ser jinfetħu fiż-żmien opportun ladarba jiġu konklużi u finalizzati dawn il-proċessi regolatorji u infrastrutturali, sabiex il-proġett ikun jista’ jitnieda fuq bażi soda u sostenibbli.
Programm LEADER - GAL Majjistral, GAL Xlokk u GAL Għawdex - Fondi
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta s-somma ta’ fondi li ngħataw permezz tal-programm LEADER amministrat mill-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali: Gal Majjistral, Gal Xlokk u Gal Għawdex? Jista’ wkoll jagħti eżempji ta’ proġetti li bbenefikaw minn dawn il-fondi bil-għan li jissaħħu l-identità u l-kultura Maltija fil-komunitajiet tagħna?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l
It-tweġiba tingħata f’seduta oħra
Programm LEADER - GAL Majjistral, GAL Xlokk u GAL Għawdex - Fondi
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta s-somma ta’ fondi li ngħataw permezz tal-programm LEADER amministrat mill-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali: Gal Majjistral, Gal Xlokk u Gal Għawdex? Jista’ wkoll jagħti eżempji ta’ proġetti li bbenefikaw minn dawn il-fondi bil-għan li jissaħħu l-identità u l-kultura Maltija fil-komunitajiet tagħna?
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhuma l-għanijiet tal-qafas nazzjonali propost għall-aftercare ta’ tfal u żgħażagħ li jkunu f’kura alternattiva u x’appoġġ qed jiġi propost biex dawn iż-żgħażagħ jgħaddu għall-ħajja adulta u indipendenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-passi li jmiss wara l-konsultazzjoni pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, il-Politika ta’ Aftercare għat-Tfal fil-Kura Alternattiva għandha l-għan li tassigura tranżizzjoni ppjanata, gradwali u sostnuta għall-ħajja adulta u indipendenti. Din tirrikonoxxi li ż-żgħażagħ li joħorġu mill-kura alternattiva li jkunu għexu taħt Care Order jeħtieġu appoġġ kontinwu, lil hinn mill-età ta’ 18-il sena, sabiex ikollhom opportunitajiet reali fl-edukazzjoni, ix-xogħol, l-akkomodazzjoni, is-saħħa u r-relazzjonijiet personali.
Il-politika tipproponi Aftercare Guarantee b’numru ta’ miżuri li jinkludu tħejjija għat-tranżizzjoni sa mill-età ta’ madwar 15-il sena, bl-għoti ta’ mentor skont ir-rieda u ċ-ċirkustanzi individwali taż-żagħżugħ. Sal-età ta’ 17-il sena jitfassal pjan individwali ta’ aftercare flimkien maż-żagħżugħ, il-mentor, il-ħaddiem soċjali ewlieni u partijiet oħra rilevanti.
Mill-età ta’ 18-il sena, iż-żgħażagħ li jitilqu mill-kura jkunu offruti opportunità ta’ taħriġ jew impjieg, appoġġ għal akkomodazzjoni assistita jew indipendenti, kif ukoll servizzi kontinwi ta’ saħħa fiżika u mentali. Il-qafas jinkludi wkoll għajnuna finanzjarja gradwali, appoġġ għar-rabtiet familjari u soċjali, servizzi ta’ drop-in, u mekkaniżmu ta’ intervent bikri għal persuni taħt it-23 sena li jirċievu ċerti benefiċċji soċjali jew benefiċċji tal-qgħad.
Barra minn hekk, qed jiġu proposti inċentivi għall-impjegaturi biex jimpjegaw u jżommu żgħażagħ li telqu mill-kura, skemi ta’ kreditu tat-taxxa, sussidji aħjar għall-akkomodazzjoni, starter packs għal min jibda jgħix b’mod semi-indipendenti jew indipendenti, u programmi li jqabblu lil dawn iż-żgħażagħ ma’ individwi jew familji li jistgħu joffru stabbiltà, gwida u ambjent ta’ sostenn.
Fir-rigward tal-passi li jmiss, bħalissa għaddejja konsultazzjoni pubblika dwar il-politika proposta, b’sottomissjonijiet mistennija sal-aħħar ta’ Ottubru 2026. Tħejjiet ukoll verżjoni adattata għat-tfal sabiex dawn ikunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom permezz tal-Empowering Children App. Wara l-għeluq tal-konsultazzjoni, il-kontributi kollha jiġu analizzati biex il-politika tiġi ffinalizzata u jitfassal il-pjan għall-implimentazzjoni tagħha għall-perjodu 2026-2031.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw familji mit-titjib fl-Allowance tat-Tfal fl-2026, inkluż miż-żieda fil-limitu tad-dħul għall-ħlas ta’ rati ogħla? Jista’ wkoll jagħti t-total tal-ħlasijiet magħmula fl-2026 meta mqabbel ma’ dawk magħmula fl-2025?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Rati ta’ taxxa ġodda għall-ġenituri - Persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mir-rati l-ġodda tat-taxxa għall-ġenituri matul l-2026, kemm jammonta t-tnaqqis totali fit-taxxa u x’inhu l-benefiċċju medju annwali għall-ġenituri eliġibbli b’wild wieħed u għal dawk b’żewġt itfal jew aktar?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun tista’ tingħata tard is-sena d-dieħla meta l-formoli tat-taxxa għas-sena bażi 2026 jiġu pproċessati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għajnuniet li qed jingħataw lill-klabbs tal-waterpolo biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ kemm nazzjonalment, u anke joffri aktar opportunitajiet ta’ livell internazzjonali lill-isportivi tagħna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li SportMalta tkompli timpenja ruħha sabiex tappoġġja u tiżviluppa l-isport akkwatiku permezz ta' investiment sostanzjali fl-infrastruttura sportiva, kif ukoll permezz ta' diversi skemi ta' għajnuna.
F'dan il-kuntest, SportMalta lestiet investiment fil-bini ta' faċilitajiet akkwatiċi ġodda f'Birżebbuġa, fil-Kottonera u f'San Pawl il-Baħar, filwaqt li qed tkompli wkoll bl-immodernizzar u t-titjib tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq.
Barra minn hekk, SportMalta tappoġġja l-organizzazzjoni u l-ospitar ta' avvenimenti sportivi internazzjonali f'Malta, fosthom kompetizzjonijiet ta' livell għoli bħall-Final Four Champions League u l-Kampjonati tad-Dinja.
SportMalta tipprovdi wkoll assistenza finanzjarja lill-klabbs u lill-assoċjazzjonijiet sportivi permezz tal-Iskema ta' Parteċipazzjoni Internazzjonali u l-Iskema tal-Bed Nights, sabiex tgħinhom ikopru parti mill-ispejjeż relatati mal-parteċipazzjoni tagħhom f'kompetizzjonijiet internazzjonali u ninkoraggixxu aktar kompetizzjonijiet isiru Malta.
Barra minn hekk, il-klabbs u l-assoċjazzjonijiet li jagħmlu użu mill-pixxini ta' SportMalta għat-taħriġ u għall-kompetizzjonijiet jibbenefikaw minn rati sussidjati, bħala parti mill-impenn kontinwu tal-Gvern biex isaħħaħ l-iżvilupp tal-isport akkwatiku u jkompli joħloq opportunitajiet aħjar għall-atleti Maltin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser tissaħħaħ il-kura fil-komunità fir-rigward tas-saħħa mentali biex tkun eqreb aktar lejn iċ-ċittadin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa qed ikompli jsaħħaħ il-kura tas-saħħa mentali fil-komunità bħala parti mill-viżjoni li joffri servizzi aktar aċċessibbli, integrati u ffukati fuq il-ħtiġijiet tal-individwu, qrib il-post fejn jgħix.
F’dan il-kuntest, beda l-proċess biex jinfetħu tliet Ċentri Reġjonali ġodda għas-Saħħa Mentali, li se jkunu ċentri integrati ta’ kura multidixxiplinarja qrib il-komunità. Dawn se joffru valutazzjoni, trattament, intervent bikri, segwitu kliniku u appoġġ terapewtiku, sabiex il-persuni jirċievu l-kura meħtieġa f’waqtha u kemm jista’ jkun qrib ta’ darhom. Fl-istess waqt, il-Ministeru qed ikompli jsaħħaħ il-koordinazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa mentali, il-kura primarja, is-servizzi soċjali u entitajiet oħra relevanti, biex il-kura tkun aktar integrata, kontinwa u ċċentrata fuq il-persuna.
Dawn il-miżuri jiffurmaw parti minn strateġija nazzjonali li tnaqqas id-dipendenza fuq il-kura istituzzjonali, tippromwovi intervent bikri u rkupru fil-komunità, u tagħmel is-servizzi tas-saħħa mentali aktar aċċessibbli, effettivi u qrib iċ-ċittadin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru tas-Saħħa biex isaħħaħ l-għarfien u l-‘life skills’ fir-rigward tas-saħħa mentali fil-ħajja ta’ kuljum, speċjalment minn żmien bikri tal-ħajja tal-individwi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa qed ikompli jimplimenta miżuri konkreti, allinjati mal-Istrateġija Nazzjonali tas-Saħħa Mentali, biex jissaħħu l-promozzjoni tas-saħħa mentali, l-iżvilupp tal-life skills u r-reżiljenza, b’enfasi fuq prevenzjoni u intervent bikri.
Fost oħrajn, is-servizz għas-saħħa mentali joffru screening mentali perinatali għall-ommijiet u s-sieħba tagħhom, li jkompli fl-ewwel snin tat-tarbija permezz ta’ profess-jonisti tas-Saħħa Mentali. Dan jippermetti identifikazzjoni bikrija u appoġġ kliniku fejn meħtieġ.
Fuq livell edukattiv, il-programm Mental Health First Aid qed jiġi implimentat b’mod sistematiku fid-disa’ sena u fost l-edukaturi f’kull tip ta’ skola. Il-korsijiet qed jiġu estiżi wkoll permezz tal-Kunsilli Lokali sabiex jiżdied l-aċċess tal-komunità għal għarfien u ħiliet essenzjali.
Fil-futur qarib ser jiġi ffirmat Memorandum of Understanding ‘Maximize Mental Health and Well-being and Build Resilience in Children’ bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, li jsaħħaħ il-promozzjoni tas-saħħa mentali fit-tfal permezz ta’ programmi ta’ għarfien, intervent bikri u attivitajiet ta’ reżiljenza, kif ukoll permezz ta’ kollaborazzjoni aktar strutturata bejn is-servizzi tas-saħħa mentali u l-iskejjel.
Barra minn hekk, beda l-proċess biex jinfetħu tliet Ċentri Reġjonali ġodda għas-Saħħa Mentali, li se jkunu ċentri integrati ta’ kura multidixxiplinarja qrib il-komunità, sabiex jissaħħu l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u l-koordinazzjoni tas-servizzi tul il-ħajja.
Dawn il-miżuri jikkonfermaw l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ il-prevenzjoni, l-għarfien u r-reżiljenza mentali b’mod konsistenti u sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid liema skemi tal-akkomodazzjoni affordabbli qed jibbenefikaw l-aktar minnhom koppji żgħażagħ u familji residenti u x’inhi n-nefqa?
Response (BONNICI, OWEN)
L-għan tal-Gvern huwa li jkompli joffri sostenn konkret lill-koppji żgħażagħ u lill-familji, sabiex jiffaċilità l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni adegwata u affordabbli. Permezz tal-iskemi tal-Awtorità tad-Djar, matul l-2025 ingħata appoġġ lil aktar minn 15,213-il familja.
L-ewlenin fost l-iskemi ta’ akkomodazzjoni affordabbli huma l-First Time Buyers Scheme (FTB), id-Deposit Guarantee Scheme (DPS), l-Equity Sharing Scheme (ESS), il-Housing Benefit Scheme (HBS), il-Benefiċċju tal-Kera għall-Proprjetajiet ta’ qabel l-1995 (SKP), u l-Grant of First Residence (GFR).
Fir-rigward tal-eliġibbiltà, id-Deposit Guarantee Scheme (DPS) hija mmirata speċifikament għal persuni bejn il-21 u d-39 sena, filwaqt li l-Equity Sharing Scheme (ESS) hija miftuħa għal persuni ta’ 25 sena jew aktar. Min-naħa l-oħra, il-First Time Buyers Scheme (FTB) u l-Grant of First Residence (GFR) huma maħsuba għal individwi u familji li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, li fil-maġġoranza tagħhom huma koppji u persuni żgħażagħ.
Beneficiaries in 2025
€
First-Time Buyer Scheme (FTB)
7,213
€6,820,000
Deposit Payment Scheme (DPS)
57
€2,068,849
Equity Sharing Scheme (ESS)
80
€4,334,304
Rent Subsidy Scheme Pre1995 (SKP)
2,002
€10,662,258
Housing Benefit Scheme (HBS)
3,893
€10,163,302
Grant on First-Residence (GFR)
327
€1,016,476
Tal-Pietà, Ta’ Xbiex, San Ġwann, Ta’ Giorni u l-Imsida – Akkomodazzjonijiet soċjali – Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'investiment sar u x'hemm ippjanat li jsir fl-akkomodazzjoni soċjali f’Tal-Pietà, f’Ta’ Xbiex, f’San Ġwann, f’Ta’ Giorni u fl-Imsida?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-programm ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-akkomodazzjoni soċjali fil-lokalitajiet imsemmija, sar dan l-investiment:
• Ta’ Xbiex – investiment stmat ta’ €762,021 fuq 11-il blokk; (2026)
• San Ġwann – investiment stmat ta’ €3,262,545 fuq 61 blokk; (2018, 2019, 2021, 2023, 2025)
• Ta’ Giorni, San Ġiljan – investiment stmat ta’ €521,221 fuq 14-il blokk; (2020, 2024)
• Tal-Pietà – Qed jiġu ppjanati għal programm ta’ Embellishment fil-futur qrib.
• L-Imsida – il-blokok f’din il-lokalità inbnew relattivament reċentement u, għalissa, m’hemmx ippjanat li jsir tisbiħ u manutenzjoni.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta’ tisbiħ għas-sena 2027 għadu qed jiġi mfassal.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm biex isiru l-implimentazzjonijiet t’għajnuna lis-settur tal-volontarjat mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta, li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qed tipprovdi taħriġ bażiku b’xejn dwar is-saħħa u s-sigurtà lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-organizzazzjonijiet volontarji. Dan it-taħriġ għandu l-għan li jqajjem aktar għarfien dwar kif dawn l-organizzazzjonijiet jistgħu jimmaniġġjaw is-saħħa u s-sigurtà fl-attivitajiet varji tagħhom. Fil-futur, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol se tkun qed toħroġ ukoll linji gwidi imirratati għal dawn l-organizzazzjonijiet.