Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ommijiet tqal għal interventi kirurġiċi fuq it-trabi fil-ġuf

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intbagħtu ommijiet tqal għal interventi kirurġiċi fuq trabi fil-ġuf wara li t-trabi kienu nstabu jsofru minn kundizzjonijiet li setgħu jsiru interventi qabel ma jitwieldu? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin kif ukoll in-natura tal-kundizzjoni li ġew operati għalihom? Kemm kienet l-ispiża totali sena b'sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmaha illi permezz tal-Bilateral agreement li sar bejn Malta u l-Inġilterra, id-Dipartiment għas-Saħħa ma ħallasx għat-trattamenti ta’ dawn l-ommijiet tqal. Sena Numru ta’Ka¿ ijiet Kawza 2017 5 Early TTTS in MCDA pregnancy; Severe feto-placental insufficiency; Twin to twin transfusion syndrome; Monochorionic diamniotic twin pregnancy; Foetus (36 wks) had diaphragmatic hernia + polyhydramnios. 2016 4 twin gestation with severe TTT;, Twin to twin transfusion in monochorionic twins;Severe fetal non-immune hydrops with severe bilateral chylothorax, severe ascites and ggeneralised skin and nuchal oedema; 17 weeks gestation foetus diagnosed with posterior urethral valves. 2015 1 Monochorionic diamniotic twin pregnancy 2014 2 Singleton fetus with diaphragmatic hernia; chronic twin to twin transfusion 2013 0

Interventi biex tintemm tqala

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk u kemm saru interventi biex tintemm tqala wara li jkun ġie stabbilit li din kienet se tkun ta' periklu għall-ħajja tal-omm tul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid fejn saru dawn l-interventi? Jista’ jgħid ukoll sarux interventi simili, jekk u meta ġie identifikat li t-tarbija kienet qed issofri minn kundizzjoni li ma kenitx se tkun vijabbli? Jekk saru dawn l-interventi, jista’ jgħid fejn saru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda interventi mid-Dipartiment tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin biex tintemm tqala.

Twelid ta’ trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. kemm twieldu trabi fl-2017; b. kemm minn dawn ħelsu normali, b’ċesarja jew b’intervent ieħor; c. x’kien il-persentaġġ ta’ trabi li twieldu b’ċesarja u x’kienet l-indikazzjoni medika; u d. it-trabi li twieldu b’ċesarja, kemm minnhom twieldu bi spinal anaesthesia u kemm b’ general anaesthesia ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta, bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ottubru 2017 twieldu 3,590 tarbija. It-tabella ta’ hawn taħt turi kif twieldu dawn it-trabi. Type of birth Number of births Normal vertex vaginal 2,272 Forceps 4 Ventouse 155 Breech 1 Cesarean Section 1,158 Mill-1,158 tarbija li twieldu b’ċesarja, 85.4% twieldu bi spinal anaesthesia u 13.2% twieldu b’general anaesthesia. Numru zgħir (1.4%) kellhom kemm spinal kif ukoll general anaesthesia.

Operazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. kemm saru operazzjonijiet ta’ TAH and BSO , Hysterectomies, oophorectomies single or bilateral, sena b’sena tul dawn l-aħħar ħames snin; b. x’kienu l-indikazzjonijiet mediċi ta’ dawn l-operazzjonijiet; u c. jagħti l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt. In-numru ta operazzjonijiet ta’ Total Abdominal Hysterectomy and Bilateral Salpingoophorectomy (TAH and BSO) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet. Age group 2012 2013 2014 2015 2016 <35 5 1 2 6 2 35-44 48 45 53 47 45 45-54 141 165 168 162 143 55-64 70 68 66 89 77 65-74 37 44 35 45 47 75-84 11 12 16 18 10 85+ 1 3 0 2 3 Total 313 338 340 369 327 In-numru ta operazzjonijiet ta’ Hysterectomies (Includes Vaginal, Laparoscopic, Subtotal and TAH without BSO) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet. Age group 2012 2013 2014 2015 2016 <35 10 8 13 6 6 35-44 79 80 65 87 77 45-54 64 61 72 62 42 55-64 63 39 57 45 37 65-74 43 34 33 49 48 75-84 21 14 21 10 9 85+ 1 1 1 1 Total 280 237 262 260 220 In-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Oophorectomies/ Salpingoophorectomies (Excludes BSO's carried out with TAH) kif ukoll l-etajiet tal-persuni li għamlu dawn l-operazzjonijiet. Age group 2012 2013 2014 2015 2016 <35 12 11 15 12 12 35-44 23 22 27 28 50 45-54 16 28 35 38 24 55-64 5 8 11 17 24 65-74 4 5 19 18 10 75-84 1 2 1 0 5 85+ 0 0 0 1 0 Total 61 76 108 114 125

Operazzjonijiet ta’ ċesarja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid: a. kemm saru operazzjonijiet ta’ ċesarja tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena; u b. x’kienet l-età medja ta’ dawk li saritilhom ċesarja tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta bejn l-2012 u l-2016 saru 6,772 operazzjonijiet ta’ ċesarja. It-tabella t’hawn taħt turi kemm saru sena b’sena, kif ukoll l-età medja ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni tac-ċesarja. Year Number of caesarean sections Average maternal age of mothers having caesarean section (years) 2012 1409 30.2 2013 1270 30.4 2014 1368 30.8 2015 1359 30.9 2016 1366 31.2 2012-2016 6772 30.7

Sptar San Luqa — Dipartiment tal-Fiżjoterapija - pavimentar tat-triq

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li l-pavimentar tat-triq li tagħti għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija ġewwa l-Isptar San Luqa, jiġi rranġat minħabba li qed ikun ta’ inkonvenjent għall-pazjenti li jużawh?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pavimentar tat-triq li tagħti għad-Dipartiment tal-Fiżjoterapija ġewwa l-Isptar San Luqa, se jiġi rranġat fiż-żmien li ġej.

Sptar San Vinċenz de Paule – containers għall-pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fl-iSptar San Vinċenz de Paule ilhom erba’ ġimgħat mingħajr containers żgħar fejn jitqassmu l-pillolli u ma għandhomx paper napkins?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li l-pill containers huma in stock fil-Medical Material Management Unit (MMMU) ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jitqassmu fis-swali meta jkun hemm it-talba għalihom. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li, l-paper napkins, huma in-stock ukoll.

Operazzjonijiet tal-ispina tad-dar – lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm preżentement kirurġi li joperaw fuq l-ispina tad-dahar? Hemm ħsieb li n-numru tagħhom jiżdied minħabba li l-waiting list tidher qiegħda titwal? Jista’ jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilu jistenna għall-operazzjoni ta’ darhu (prolapsed disc) għal dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn ftit tas-snin ilu Mater Dei beda’ joffri s-servizz ta' konsulent speċjalizzat fuq interventi fl-ispina. Bħalissa hemm tabib ieħor li qiegħed jieħu t-taħriġ f'dan il-qasam biex b'hekk fil-futur qarib inkunu nistgħu nżidu r-riżorsi umani f'dan is-settur. Rigward l-każ msemmi minnha, dan qed ikun segwit.

Dħul f’residenza tal-anzjani – każ individwali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta ser tiġi milqugħa t-talba ta’ żewġ aħwa li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għal dħul f’residenza tal-anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Dħul f’residenzi tal-anzjani — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm saru applikazzjonijiet għal dħul f’residenzi tal-anzjani sena b’sena tul l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal liema residenza saru dawn it-talbiet u kemm minnhom daħlu fir-residenzi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella kif ġej : Sena Numru ta’ Applikazzjonijiet Dħul 2013 1173 385 2014 1291 466 2015 1317 448 2016 1489 555 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 1242 546 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’, ma jżommx informazzjoni dwar liema hi l-preferenza tal-applikanti għal dħul fi djar tal-anzjani jew kemm minnhom ġew ammessi fi Djar tal-Anzjani. Il-benefiċċjarji meta jkunu qegħdin jimlew l-applikazzjoni tagħhom ikunu qed japplikaw għas-servizz residenzjani u mhux jagħżlu f’liema dar tal-Anzjani jixtiequ jidħlu. Din l-għażla tkun determinata biss skont il-livell ta’ dipendenza tal-anzjan/a.

Welfare Committee – xiri ta’ sodod u wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw sodod u wheelchairs ġodda mill-Welfare Committee minn Jannar 2017 sal-ġurnata li tingħata r-risposta? Fejn u kemm ġew allokati fil-komunità, fl-isptarijiet, inkluż Karen Grech, rehabilitation u djar tal-anzjani individwali? Kemm hemm minnhom li ma tqassmux u fejn qegħdin jinżammu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Inerpellant illi, minn Jannar 2017 sad-data li fiha qed tkun preżentata din it-tweġiba, l-Welfare Committee xtara apparat utli li tqassam fid-djar tal-anzjani u l-isptarijiet kif ġej: 3 sodod tal-elettriku għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 73 Wheelchair normali li 50 minnhom inxtraw għar-Residenza San Vinċenż de Paul, 3 għad-dar tal-anzjani tal-Furjana, 12 għad-dar tal-anzjani tal-Imtarfa, 6 għad-dar tal-anzjani tal-Mosta u 2 għad-dar ta l-anzjani tal-Imsida; 2 20” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 2 22” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 2 24” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 1 26” Bariatric Wheelchair għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 5 Reclining Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenz de Paul; 5 Amputee Wheelchairs għar-Residenża San Vinċenz de Paul u 30 Tilt in Space Wheelchairs, fejn 15 inxtraw għar-Residenza San Vinċenż de Paul u 15 għall-Isptar Mount Carmel.

Welfare Committee – xiri ta' kaxxi tar-rigali għar-residenti ta' Djar tal-Anzjani f'għeluq sninhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw kaxxi tar-rigali biex jingħataw bħala rigal f'għeluq snin ir-residenti tad-Djar tal-Anzjani fl-aħħar tnax il-xahar? Kemm swiet kull kaxxa u kemm hi s-somma globali li ntefqet mill-Welfare Committee? Jista' wkoll jispeċifika l-kontenut tipiku ta' waħda mill-kaxxi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee qassam 3100 kaxxa tar-rigali lir-residenti anzjani fid-djar tal-Anzjani, f’għeluq sninhom bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017. Kull kaxxa swiet €55.82, bis-somma totali li kienet tammonta għal €173,026.30. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaxxi tar-rigali mqassma kienu jikkonsistu f’rigali kif ġej ; KAXXA TAR-RIGALI LI NGĦATAT LIN-NISA. Sett ta’ Xugami Sett ta’ Face Cloths Shampoo Shower Gel Handwash Sponża Fwieħa Statwa Reliġuża. Pakkett ta’ 3 kalzetti Kartiera tal-Flus Hair Clip Eyeshadow Xkupilja tax-xagħar Nail Files Wipes Ladies Hand Fan. KAXXA TAR-RIGALI LI NGĦATAT LILL-IRĠIEL: Sett ta’ Xugami Sett ta’ Face Clothes Shampoo Shower Gel Handwash Sponża Fwieħa Kartiera tal-Flus Statwa Reliġuża Ċinturin Pakkett ta’ 3 kalzetti 2 Nail Files Wipes Foam tal-leħja Pinzell tal-leħja Petne

Welfare Committee Board – membri li ngħataw promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-membri tal-Welfare Committee Board ingħata promozzjoni minn Jannar 2017 sal-ġurnata li tingħata din ir-risposta? Tista' tispeċifika x'kien il-grad tal-persuni individwali qabel ma ngħataw il-promozzjoni u l-grad tagħhom illum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda membru tal-Welfare Committee li ngħata promozzjoni fil-perjodu msemmi.

Welfare Committee – ħlas lil perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas għal kull tender il-perit tal-Welfare Committee biex jipprepara l-ispeċifikazzjonijiet tat-tenders? Min jevalwa u jiġġudika dawn it-tenders u kif jitħallas?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee jagħmel użu mis-servizzi tal-Perit li jagħti servizz lid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`. Il-Perit jitħallas €18 fis-siegħa(VAT eskluża) (€21.24 VAT inkluża), skont kif kienet ħarġet is-sejħa għall-offerti. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi l-evalwazzjoni u l-aġġudikazzjoni tat-tenders issir minn dawn il-membri li għandhom esperjenza fil-qasam finanzjarju, kif ġej ; Is-Sur Mario Curmi; Is-Sur Vincent Ellul; Is-Sur Mario Caruana; Is-Sur John Attard jew Is-Sa Karen Muscat (jekk it-tender hija ta’ tagħmir mediku); Is-Sa Miriam Azzopardi – Segretarja Ta’ min jirrimarka wkoll illi preżenti dejjem ikun hemm persuna teknika skont il-każ inkwistjoni li jkun qiegħed jiġi diskuss. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-membri tal-Welfare Committee ma jitħallsux għal evalwazzjoni tat-tenders.

Residenza San Vinċenż de Paul – ex ħaddiema tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex ħaddiema tal-Enemalta li jaħdmu l-SVPR għandhomx ħinijiet differenti meta jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol meta mqabbla ma' ħaddiema oħra? X'kontroll jagħmel id-dipartiment biex jara li ma jsirux abbużi f'dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-eks ħaddiema tal-Enemalta li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, għandhom l-istess rosters illi huma disponibbli għalihom il-ħaddiema kollha tar-Residenza. L-eks ħaddiema tal-Enemalta, bħal ħaddiema kollha tal-Gvern u tar-Residenza San Vinċenz de Paule, jirrekordjaw l-attendenza tagħhom fuq l-attendance sheets, kif stabbilit fil-PSMC u kif mistenni mis-Servizz Pubbliku.

San Pawl il-Baħar – twaqqif tas-servizz tal-Home Help

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra r-raġuni għaliex numru ta' familji f'San Pawl il-Baħar twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help xahrejn ilu? Meta hemm il-ħsieb li s-servizz jerġa’ jiġi għan-normal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni li numru ta’ familji f’San Pawl il-Baħar twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help hija minħabba li waqfu żewġ helpers impjegati tal-kuntrattur li huwa nkarigat li jipprovdi s-servizz. Minħabba f’hekk kellu jinbeda proċess sabiex jinstabu sostituti għalihom. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, għad jonqos biss żewġ familji li għad trid tinstabilhom helper biex ikun jista’ jitkompla s-servizz.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mogħtija din ir-risposta, kemm-il promotion ingħatat fi ħdan dan il-Ministeru u liema dipartimenti kienu involuti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – impiegi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-impieg ġdid inħoloq fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilitá tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienet in-nefqa tad-dipartimenti kollha f'daqqa għal dawn l-impiegi għall-istess perjodu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.