Pazjenti Maltin li għażlu li jieħdu kura barra minn Malta
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk kienx kemm pazjenti Maltin u residenti f’Malta, li għażlu minn rajhom li jieħdu kura jew jagħmlu operazzjoni ġewwa pajjiż Ewropew ieħor minħabba li l-waiting lists lokali kienu itwal milli tippermetti l-Unjoni Ewropea? Jekk fl-affermattiv, jista jinforma għal liema intervent marru u kemm kienet l-ispiża għall-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Unjoni Ewropea ma tispeċifikax politika retta fuq waiting times. Madanakollu iċ-Charter tal-Pazjenti ta’ Malta jitlob li jinbeda t-trattament/intervent immexxi minn speċjalista f’perjodu ta’ żmien kif stipulat, sakemm wieħed ma jagħżilx li jistenna aktar jew jiġi deċiż klinikament li għandu jistenna aktar:
F’każ urġenti – il-kura/intervent iridu jinbdew f’perjodu massimu ta’ 12-il ġimgħa.
F’każ mhux urġenti – il-kura/intervent iridu jinbdew fi żmien 18-il xahar għal kundizzjoni li x’aktarx ma tiddeterjorax malajr u li m’għandiex il-potenzjal immedjat li ssir emerġenza.
Fuq dawn il-kriterji kien hemm pazjenta waħda li marret għal kura barra minn Malta minħabba dewmin fil-kura ta’ radjuterapija ikkaġunat minn relokazzjoni tad-dipartiment tal-onkoloġija għall-isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. L-ispiża kienet: €18,037.82.
Jista’ l-Ministru jelenka r-rekwiżiti jew kwalifiċi mitluba u li jinħtieġ ikollhom il-carers ingaġġati mal-privat biex ikunu jistgħu jaħdmu ġewwa residenzi tal-gvern? Min hu responsabbli li jiżgura u jivverifika li dawn ir-rekwiżiti huma veri qabel t-tender jingħata lill-kuntrattur jew almenu qabel ma' jaċċetta li carer tibda taħdem fi sptar jew residenza tal-Anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-każ tad-Dipartiment tal-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Kommunita`, r-rekwiżit tal-carers tal-kuntrattur impjegati f’kuntratti tal-Gvern, huwa kors fil-caring b’livell minimu ta’ kwalifikazzjoni tlieta(3) skont il-qafas ta’ kwalifiki ta’ Malta. Il-verifikazzjoni tal-kwalifiki tal-carers issir mill-Head of Home waqt iż-żjara ta’ orjentazzjoni tal-ħaddiem fil-Home rispettiva. Fil-każ tal-Faċilita` fil-Kura fit-tul ta’ San Vinċenz De Paule, jiġu aċċettati carers jekk ikollhom ċertifikat rikonoxxut mill-istituzzjonijiet hekk kif indikat fit-tender tas-servizz tal-carers. Qabel jibdew jaqdu dmirhom ġewwa San Vincenz de Paule, il-carers jiġu intervistati mic-Chief Nursing Manager ta’ SVP u jingħatalhom perjodu ta’orjentazzjoni, qabel ikunu ngaġġati bħala carers.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm mill-carers barranin li jaħdmu mal-anzjani kapaċi jitkellmu, jifhmu u jkomplu konversazzjoni bil-Malti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull residenza tal-Gvern? Jingħataw taħriġ bażiku fil-lingwa Maltija qabel ma jibdew jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-carers barranin li jaħdmu mal-anzjani, huma mistennija li jkunu jafu jitkellmu tajjeb, bil-lingwa ingliża. Ma tinżammx informazzjoni ta’ kemm hemm carers barranin jitkellmu, jifhmu u jkomplu konversazzjoni bil-Malti f’kull residenza tal-Gvern. Il-carers barranin li jaħdmu fir-residenzi tal-Gvern huma mitluba li jkunu mħarrġa f’Malti bażiku skont kif mitlub fil-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li għandhom is-servizz tat-Telecare? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u x'inhu t-tul ta' stennija qabel ma jingħata s-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi hemm 8,070 persuna, li għandhom is-servizz tat-Telecare u m’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti.
It-tul ta’ stennija biex jiġi nstallat is-servizz tat-
Telecare
huwa madwar ħmistax il-ġurnata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li jingħatalhom is-servizz tal-meals on wheels? Mil-liema naħat ta' Malta ġejjin? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm, 1,064 persuna li jingħatalhom is-servizz tal-meals on wheels. M’hemm l-ebda applikazzjoni pendenti għal dan is-servizz.
Dawn il-benefiċċjari ġejjin minn dawn il-lokalitajiet ;
Lokalita`
Benefiċċjarji
Attard
26
B' Bugia
34
B Kara
61
Bahar Ic Caghaq
4
Balzan
20
Birgu
11
Bormla
15
Bugibba
8
Burmarrrad
4
Dingli
4
Fgura
27
Floriana
7
G Mangia
6
Gharghur
4
Ghaxaq
7
Gudja
12
Gzira
40
Hamrun
35
Iklin
6
Kalkara
9
Kappara
2
Kirkop
1
Lija
5
Luqa
12
M Scala
33
M Xlokk
4
Manikata
1
Marsa
13
Mellieha
12
Mgarr
2
Mosta
19
Mqabba
7
Msida
20
Mtarfa
5
Naxxar
33
Paola
52
Pembroke
7
Pieta
2
Qawra
15
Qormi
36
Qrendi
2
Rabat
22
San Gwann
25
Senglea
11
Siggiewi
20
Sliema
83
St Julians
37
St Lucija
7
St Pauls Bay
30
St Venera
23
Swieqi
14
Ta Xbiex
11
Tarxien
26
Valletta
32
Xemxija
1
Xghajra
1
Zabbar
39
Zebbug
25
Zejtun
23
Zurrieq
15
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm fil-preżent hemm persuni li għandhom il-home help? Jista’ jinforma lill-Kamra f'liema distretti elettorali jinsabu? Kemm hemm talbiet pendenti għal dan is-servizz u minn liema distretti ġejjin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, s-servizz f’Għawdex ma jingħatax minn dan il-Ministeru.
Rikoverazzjoni għal persuni taħt is-sittin sena li jgħixu waħedhom
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn tista’ tiġi rikoverata persuna taħt is-sittin sena li tkun tgħix waħedha, issofri minn mard kroniku u li ma jippermettilhiex tibqa’ tgħix b'mod indipendenti ġewwa darha? Kemm hi l-medja ta' stennija biex każi bħal dawn jiġu indirizzati b'mod urġenti meta l-qraba għal raġuni ġenwina ma jkunux aktar f'pożizzjoni li jduru bihom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-Residenza San Vinċenz de Paule bdiet it-tħejjijiet biex tagħmel ward speċjalizzata għal każi simili bħal dawk li qiegħda tirreferi għalihom. Fil-preżent persuna hekk, tista tkun assistita b’servizzi diversi, offruti minn dipartimenti jew entitajiet tal-Ministeru, kemm direttament u kif ukoll indirettament, permezz ta’ ftehimiet li għandna fosthom ma’ għaqdiet non-governattivi.
Il-medja ta’ stennija għas-servizzi offruti tiddependi minn diversi fatturi, fosthom l-livell ta’ dipendenza tal-persuna minn fejn tiġi determinata l-urġenza tal-każ.
Anzjani rikoverati f’residenzi tal-istat jew privati
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm anzjani ġew rikoverati f'residenzi tal-istat jew residenzi mmexxija mill-privat sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba, għal kull residenza individwalment u minn liema distretti elettorali ġew rikoverati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, filwaqt li l-lista’ tar-Residenza San Vinċenz de Paule qiegħda mqassma skont il-lokalita` li minnha ġew rikoverati, ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tal-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` ma jżommx lista bil-lokalita`, iżda t-total ta’ anzjani rikoverati f’kull dar tal-anzjani, kemm dawk tal-Gvern kif ukoll dawk privati u li magħhom għandna
public private partnership
. Il-prijorita` tad-Dipartiment hija l-bżonnijiet u l-kura li jkollu l-individwu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm iżomm spare capacity ġewwa kull residenza għal anzjani jew djar tal-gvern għal każijiet urġenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità ma jżommx sodod bħala spare capacity, dan minħabba li l-każijiet urġenti jiġu trattati każ, b’każ u t-tim ta’ professjonisti jara li jqabbel il-bżonn tal-klijent ma’ sodda li tkun vakanti. Fir-residenza ta’ San Vinċenz hemm żewġ sodod bħala spare capacity
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm anzjani fil-waiting list biex jiġu rikoverati f'residenzi tal-istat għal anzjani dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena? Jista' ġentilment jipprovdi din l-informazzjoni sena b'sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm carers jaħdmu mal-anzjani f’residenzi privati (home care), fir-residenzi tal-istat għal anzjani u f'San Vinċenz de Paul dawn l-aħħar ħames snin u sal-ġurnata li ġiet impoġġija din il-mistoqsija maqsuma residenza residenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' carers preżentement impjegati mal-gvern u kemm hemm persuni impjegati mal-kuntrattur ġewwa kull residenza għal anzjani? Kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Jista’ jinforma lill-Kamra ta' liema nazzjonalità huma dawn il-carers? Jista’ jelenkahom skont il-post fejn jaħdmu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, carers li jaħdmu fi Djar tal-Anzjani tal-Gvern hemm 335. Minn dawn hemm 63 impjegat tal-Gvern u 272 impjegat tal-kuntrattur.
It-335
carer
huma mqassma kif ġej, 216 li huma maltin u 119 li huma barranin. Il-
carers
barranin ġejjin minn dawn il-pajjiżi, l-Ingilterra, l-Kroazja, s-Serbja, l-Bulgarija, l-Bożnija, l-Ungerija, l-Ukranja, r-Rumanija, l-Indja, l-Pakistan, l-Filippini, t-Tajlandja, t-Tuneżija, n-Niġerja, ż-Żimbabwe, s-Sudan u l-Ghana. Din it-tabella tindika l-informazzjoni ta’ kull dar tal-anzjani tal-gvern kif mitlub :
Dar MellieħaBormlaŻejtunZammit
Clapp
MostaMtarfaFlorianaMsida
Nazzjonalita’
Ingilterra11000000
Kroazja01000000
Serbja10210000
Bulgarija10000000
Bożnija00010000
Ungerija10000000
Ukraina00010000
Rumanija00100000
Indja802331700
Pakistan10020000
Fillippini3016283010
Tajlandja00010000
Tuneżija01000000
Niġerja30010000
Żimbabwe20000000
Sudan00010000
Ghana10000000
Total 23342394710
Fir-rigward tar-Residenza San Vinċenz de Paule, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’
carers
maltin impjegati ġewwa r-Residenza jammonta għal 327
carer,
filwaqt li hemm 231
Carer
barrani u li huma impjegati mal-kuntrattur. Mit-327
carer
malti ġewwa r-Residenza, 257
Healthcare Workers
huma impjegati tal-Gvern.
Il-carers baranin ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, ġejjin mill-Albania, l-Bulgaria, l-Eritrea, l-India, l-Italja, l-Libja, n-Niġerja, l-Pakistan, r-Rumanija, s-Serbja u Tunisija.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm jitħallsu paga fis-siegħa l-carers li jaħdmu mal-Gvern u dawk li jaħdmu mal-kuntrattur? X'differenza għandhom fil-kundizzjoni tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-carers li jaħdmu mal-Gvern jitħallsu bir-rati hekk kif stipulat fil-ftehim kollettiv. Il-carers tal-kuntrattur illi jaħdmu f’kuntratti tal-gvern, jitħallsu skont iċ-ċirkulari tad-Dipartiment tal-Kuntratti, 20/2017. Rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol, m’hemm l-ebda differenza bejn il-kundizzjonijiet tal-carers tal-Gvern u dawk tal-kuntrattur.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux possibbli li t-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar tkompli tinbarax (kif diġà hi fil-parti ta' fuq) sa' isfel nett ċjoè sa fejn ir-round about, dan peress li varji persuni li jużaw din it-triq qed jilmentaw li qed isibuha perikoluża meta jsuqu għax faċilment jiskiddjaw mhux biss meta jkun maltemp iżda wkoll meta t-temp ikun tajjeb anke meta jieħdu l-prekawzjoni li jsuqu bil-mod?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għaddejja bit-tħejjijiet sabiex it-triq indikata tiġi mtejba. Id-diffikultà msemmija qed jiġu meqjusa sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa
Jista’ l-Ministru ġentilment jikkonsidra li jitpoġġew traffic lights fejn Labour Avenue tingħaqad mal-Pjazza tan-Naxxar peress li qiegħed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku matul il-ġurnata kollha u dan minħabba li kull min ikun se jaqsam minn fuq iż-zebra crossing li hemm bejn il-każin tal-banda Peace u l-ATM tal-HSBC, jaqsam kif ġie ġie u l-ħin kollu jwaqqaf it-traffiku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt dan is-suġġeriment lil Transport Malta sabiex tagħmel analiżi ta’ dan il- bżonn. Kif wieħed jista’ japprezza, qabel ma jitwaħħlu dawn l-istrutturi jinħtieġ li jsir studju dettaljat sabiex l-impatt li jħalli, kemm dak pożittiv u negattiv, ikun wieħed magħruf
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid jekk hux minnu li l-iswali tal-ġeriatrija ġewwa l-Isptar Monte Carmeli se jagħlqu minn wara l-15 ta’ Ġunju ħalli dawn is-swali jiġu rranġati biex jilqgħu pazjenti b’kundizzjonijiet psikjatriċi? Fejn se jiġu trasferiti l-pazjenti ġeriatriċi u l-istaff li jaħdem magħhom? Dan se jkun ċaqlieq temporanju jew wieħed permanenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar xhur beda’ xogħol estensiv ta’ renovar u mmodernizzar tal-isptar Monte Carmeli. Dan ir-renovar, li l-ħtieġa tiegħu hija waħda li ilha tinħass, jinvolvi xogħol strutturali maġġuri f’numru ta’ swali, inkluż fuq is-soqfa tagħhom. Għaldaqstant qiegħed minn żmien għall-ieħor, isir ċaqlieq ta’ pazjenti sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir mingħajr detriment għal saħħithom.
Jista' l-Ministru jara li l-applikazzjoni li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament għad-dħul ġewwa Residenza tal-Anzjani tingħata prijorità peress li l-kundizzjoni tal-persuna b'diżabilità reċentement iddeterjorat ħafna u dan apparti li issa tinsab tgħix waħedha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Kommunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għal mistoqsija li saret f’isimha.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux possibbli li jinħoloq depot fin-naħa ta' fuq ta' Malta minn fejn persuna tkun tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu u dan biex jiġu ffrankati ħafna inkonvenjenzi, skareġġar u tbatija lil min ikollu bżonn dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fit-tender il-ġdid (li jinsab fi stadju avvanzat li jingħata) ser ikun hemm tliet postijiet minn fejn persuna tkun tista’ ġġib jew tibdel iċ-ċilindru tal-ossiġnu, wieħed fin-nofsinhar, wieħed fit-tramuntana ta' Malta u ieħor f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fir-Residenza San Vinċenz de Paule hemm wieħed mit-telephone operators, li waqt ix-xift ta' billejl, jidħol u jippanċja eżatti fis-6.45pm u jitlaq 'il barra biex jerġa' lura għax-xogħol tard billejl?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mis-sorveljanza li ssir regolarment qatt ma rriżulta li kien hemm xi abbuż. Madanakollu fid-dawl ta’ dan ser tkun qed issir investigazzjoni.
Dipartiment tal-Anzjani – ħaddiema fiċ-Ċentru tat-Telecare
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’se jiġri mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu fiċ-ċentru tat-Telecare fid-Dipartiment tal-Anzjani meta f'Diċembru jagħlaq il-kuntratt li l-Gvern għandu mal-kumpanija Go?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjieg u l-grad tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku ma jiddependix fuq il-kuntratt bejn il-Gvern u l-kumpanija Go.