Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kriterji għal talba għal parking space u personalised parking space għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kriterji li Transport Malta tuża biex tiġi evalwata u eventwalment aċċettata talba sew għal parking space kif ukoll għal personalised parking space għal persuni b’diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-kriterji jinsabu fuq il-website ta’ Transport Malta fuq is-sit: https://www.transport.gov.mt/land/applications-and-requests-1352 li tagħha qed inpoġġu kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transport Malta – konsultazzjoni mal-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità għal parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tikkonsultax jew titlobx il-parir tal-Kummissjoni Persuni b’Diżabilità qabel ma toħroġ permess sew għal reserved car parking space jew personalised reserved car parking space għal persuni b’diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ma toqgħodx tikkonsulta mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’ għal kull applikazzjoni iżda tikkonsulta kull meta tinħass il-ħtieġa. Iż-żewġ partijiet kienu qablu u fasslu bejniethom kriterji ibbażati fuq il-policy li tinsab fuq is-sit ta’ l-Awtorita’, li tagħha poġġejna kopja fuq il-Mejda tal-Kamra għal Mistoqsija Parlamentari 15346 tal-istess Seduta.

Transport Malta – kontrol fuq reserved parking spaces

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’forma ta’ kontroll jintuża jew isir minn Transport Malta biex tiżgura li l-permessi maħruġa għal reserved parking spaces għadhom validi jew mhumiex qed jintużaw b’mod abbużiv?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Transport Malta tikkoordina l-ħidma tagħha kemm mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’, kif ukoll mal-Kunsilli Lokali sabiex isir monitoraġġ kontinwu dwar il-validita’ ta’ dawn il-parkeġġi. Transport Malta, bi ftehim mal-Kunsilli Lokali u b’koordinament mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ persuni b’diżabilita’ qed tieħu inizjattiva sabiex taġġorna dawn il-parkeġġi skond standards internazzjonali. Sa issa, aġġornajna l-parkeġġi f’seba’ lokalitajiet (Bormla-Floriana-Ħaż-Żebbuġ–Mġarr (Malta)–Ħal Qormi–Rabat (Malta) u tas-Sliema) u hemm sitt lokalitajiet oħra li qegħdin ikunu evalwati mal-Kunsilli Lokali sabiex isir l-aġġornar tagħhom (Ħ’Attard - Il-Gudja – Ħal Tarxien – Raħal Ġdid - Santa Luċija u San Pawl il-Baħar).
Leg 13 PQ #15053 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: MARIA DEGUARA To: Ministeru għal Għawdex

Hotel – akkomodazzjoni lill-anzjani li kienu fil-ward Sant Anna, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji estensivi li saru qabel ma ntgħażel il-hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jakkomoda l-anzjani li kienu fil-ward Sant Anna fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu u li għadhom qed jittieħdu fl-ambitu tal-isfida kontra l-Covid-19 , dejjem ittieħdu in konsultazzjoni ma’ u skont is-suġġerimenti tal-Awtoritajiet kollha kkonċernati. F’dan il-każ konkret, il-Covid-19 Task Force kienet ippreparat pjan ta’ kontinġenza f’każ li l-Isptar Mater Dei ma jkunx f’pożizzjoni li jaċċetta aktar pazzjenti Għawdxin bil-Covid 19. Skont il- projections li kienu ġew ippreparati u studjati mill-istess Task Force dan ix-xenarju seta’ jsir realta f’każ illi l-każijiet f’pajjiżna komplew jizdiedu. Steward Malta ikkonfermat li madwar 120 sodda setgħu jsiru disponnibli għall-pazzjenti Għawdxin milquta’ bil-Covid 19 kemm il-darba ssir rilokazzjoni tar-residenti anzjani li kienu ġewwa d-Dar Sant’Anna fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn madwar 80 resident anzjan kienu jokkupaw dan l-ispazju. Il-Gvern kien iffaċċjat b’numru ta’ sfidi li riedu deċiżjonijiet ikkalkolati, iżda fil-pront. Il-faċilita’ li ġiet identifikata u li ġiet mikrija, kienet toffri soluzzjoni immedjata għas-segwenti sfidi: 1) Spazju ta’ madwar 80 sodda f’faċilita waħda u li seta jintu¿a b’effett immedjat. 2) Fil-viċinanza immedjata tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex 3) Idealment tkun tisab ukoll fiċ-ċentru tal-g¿ira 4) Tkun binja i¿olata minn bini ieħor 5) Toffri livell tajjeb ta’ kumdita u servizz 6) Toffri servizz simili għal dak provdut f’Sant Anna ward 7) Ikollha isolated waste area u servizzi u faċilitiajiet oħrajn li jkunu meħtiega f’faċilita’simili Infakkar ukoll illi dan il-pass ġie deskritt mill-Oppozizzjoni bħala wieħed “importanti” u l-unika kritika li l-istess Oppozizzjoni sabet fiż-żmien meta kienet qed tittieħed id-deċiżjoni kienet illi dan il-pass kien messu ttieħed qabel.
Leg 13 PQ #15054 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: MARIA DEGUARA To: Ministeru għal Għawdex

Hotel – kuntratt mal-Ministeru għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Ministeru ta' Għawdex għamel mal-proprjetarji tal-hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva, ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji prinċipali ta’ dan il-kuntratt diġa ġew mwieġba fil-mistqosija parlamentari 13581.
Leg 13 PQ #15055 Sitting 337 2020-06-01 Oral · Final From: MARIA DEGUARA To: Ministeru għal Għawdex

Akkomodazzjoni ta’ Anzjani f’Hotel – standards ta’ emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istandards ta' emerġenza li ħarġu speċifikament għal dan il-każ ta’ akkomodazzjoni ta’ anzjani mill-ward Sant Anna fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal hotel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #13684 Sitting 318 2020-04-20 Oral · Final From: MARIA DEGUARA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-pulizija pensjonanti li jaħdmu mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm ex-pulizija penzjonanti li llum qegħdin fuq il-payroll tal-Gvern, jiġifieri li qegħdin jaħdmu mal-Gvern bil-paga apparti li jieħdu l-pensjoni wkoll?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 205 ex-Pulizija li qegħdin jibbenefikaw mill-penzjoni tas-servizz u li huma mħallsin mill-payroll tasl-Gvern. Minn dawn, 169 huma Reserve Police Constables li jaħdmu fuq bażi part-time, u l-kumplament huma persuni oħra li kienu impjegati f’kapaċita’ differenti wara li temmew is-servizz fil-Korp.

COVID 19 – spezzjonijiet fi sptarijiet u residenzi privati — ilbies protettiv

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma lill-Kamra jekk hux qed isiru spezzjonijiet ġewwa l-isptarijiet u residenzi privati biex jiżguraw li l-istaff jilbes ħwejjeġ protettiv inkluż maskli kontra l-COVID-19?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istaff tal-isptarijiet jimxi skont li-protocols maħruġa mid-dipartment tal-infection control.

Covid-19 — maskli protettivi

Question

Jista' l-Ministru jiżgura l-Kamra li l-istaff ġewwa residenzi sew privati kif wkoll dawk pubbliċi qegħdin jużaw maskli protettivi kontra l-Covid 19 waqt li jkunu fis-swali u jduru u jitrattaw il-pazjenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ikkomunikat mal-provdituri kollha tas-servizz, fil-qasam tal-Anzjani, l-importanza ta’ użu ta’ ilbies protettiv kif ukoll maskli protettivi għall-ħaddiema kollha f’kull dar tal-anzjani. L-użu tajjeb tal-maskli, f’kull dar tal-anzjani tal-Gvern, inkluż ir-Residenza San Vinċenz de Paule, qiegħed isir u jiġi segwit skont il-linji gwida maħruġa mill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Residenza San Vinċenz de Paul — tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra min ħa jkun responsabbli għat-tmexxija tal-500 sodda ġdida li ser ikun hemm ġewwa r-Residenza San Vinċenż de Paul (SVPR)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ir-Residenza għal Kura fit-Tul San Vincenz De Paul innifisha ser tkun responsabbli mit-tmexxija tal-sodod il-ġodda.

Residenzi tal-anzjani — privati jew tal-knisja – sodod mikrija

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hu n-numru ta' sodod mikrija f'residenzi għall-Anzjani privati jew tal-knisja? Jista’ jgħid kemm hu l-ħlas għal kull sodda kuljum fir-residenzi individwali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ sodod mikrija f’residenzi għall-Anzjani privati jew tal-knisja huwa ta’ 1845. Il-ħlas għal dawn is-sodod ivarja skont l-obbligu tal-kuntratt. L-informazzjoni dwar ħlas għal kull sodda ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ natura kummerċjali.

Educational Support Services Department – sussidju għas-servizz tal-Inspire

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Educational Support Services Department mhux ħa jkompli jissussidja s-servizzi li l-Inspire tipprovdi għal persuni bi bżonnijiet speċiali f'dak li għadu x'jaqsam ma' tutor visits in classroom during school year, tutor sessions in summer u summer group therapy at Bulebel/Marsascala) Jista' jikkonferma wkoll li issa l-ġenituri ta' dawn it-tfal bi bżonnijiet speċiali jridu japplikaw mill-ġdid għal dawn is-servizzi mill-Autism Spectrum Support Team through the school INCO?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MEDE wasal biex jagħmel kuntratt ġdid mal-Inspire wara ħidma estensiva kemm min-naħa tal-professjonisti fi ħdan is-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel u anke wara taħditiet ma’ uffiċjali min-naħa tal-Inspire dwar x’servizzi jistgħu jingħataw. Għaldaqstant, importanti ħafna li l-ġenituri li għandhom xi diffikultà jew bżonn ta’ aktar kjarifika fuq it-tip ta’ sapport li ser jingħata għandu jitkellem mal-Kap tal-iskola jew jagħmel kuntatt ma’ uffiċjali fi ħdan id-dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport Għall-Iskejjel biex jiġi żgurat is-sapport li għandu bżonn l-istudent.

Residenza San Vinċenz de Paul – kundizzjonijiet u standards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u l-istandards stipulati fit-tenders għall-provvediment tal-ikel lir-residenzi tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u residenzi u djar tal-anzjani oħra, fosthom dawk imħaddma bħala PPP u djar tal-knisja, kif ukoll is-servizz tal-Meal on Wheels qed jiġu osservati minn min ifornihom? Jista' ġentilment jgħid id-dati matul dawn l-aħħar sitt xhur meta u fejn saru tali aċċertamenti u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru waslulux ilmenti dwar id-deterjorament sinjifikanti kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kwantità tal-ikel li preżentament qed jitwassal lill-anzjani? Jekk fl-affermattiv jista' ġentilment jgħid x'passi ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-Servizz tal-Meals on Wheels, ilmenti dwar deterjorament sinjifikanti fil-kwalità u l-kwantità tal-ikel servut, kienu remoti. Madanakollu, kull ilment jiġi mgħoddi lill-kuntrattur sabiex jiġi investigat. Barra minn hekk, uffiċjali mid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` ħadu ħsieb illi jżuru numru ta’ anzjani li jinqdew minn dan is-servizz, sabiex jisimgħu l-ilmenti u jaraw il-kwalita` tas-servizz mogħti. Matul l-aħħar sitt xhur kien hemm tnejn minn dawn iż-żjarat, fit-2 ta’ Awwissu, 2018 u fl-14 ta’ Novembru, 2018. Isiru wkoll laqgħat regolari mal-kuntrattur illi jagħti dan is-servizz. Rigward l-ikel pprovdut ġewwa d-djar residenzjali tal-Gvern, id-Dipartiment ma kellux ilmenti li jindikaw deterjorament sinjifikanti fil-kwalita’ u l-kwantita tal-ikel. Matul is-sena 2018, kien hemm 58-il ilment u dawn kollha ġew mgħoddija lill-kuntrattur b’mod immedjat biex tiġi ratifikata s-sitwazzjoni. Barra minn hekk, jinżamm kuntatt kontinwinu mal-kuntrattur, kemm permezz ta’ korrispondenza u kemm permezz tal-laqgħat, fejn jiġu diskussi diversi miżuri sabiex jittieħdu azzjonijiet, hekk kif jixtiequ l-anzjani. Rigward kuntratti ta’ xiri ta’ soddod, il-kuntratturi huma obligati li jipprovdu dan is-servizz u li jswegwu l-kwalita` tal-ikel illi jingħata. Il-kuntratturi huma obligati li jindirrazaw l-ilmenti fil-ħin u jirratifkaw is-sitwazzjoni. Dawn il-kuntratturi huma segwiti mill-Quality and Assurance Team tad-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, sabiex ikun żgurat illi l-kuntratt qed jiġi onorat u l-ikel huwa ta’ kwalita` għolja kif mitlub. Il-kuntratturi huma mitluba wkoll li jżommu samples tal-ikel illi jiġu ittestjati skont il-ħtieġa u f’kull audit illi jsir, l-anzjani jiġu mistoqsijia dwar l-ikel. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, qed jittieħdu diversi provedimenti sabiex l-ikel jasal għand ir-residenti bl-aktar mod sigur, u bl-għola livell ta’ iġene possibli. Il-kuntrattur jagħmel eżamijiet frekwenti tal-ikel li jingħata, f’laboratorju akkreditat. Kopja ta’ dawn, kif ukoll checklists, illi jisru sabiex jiġi assigurat dik li tissejjaħ ‘Hazard Analysis and Critical Control Points’ jiġu pprovduti lil San Vinċenz, dan hekk kif huwa rikjest mill-Food Safety Act (Cap 449 of the Laws of Malta). Barra minn hekk issir laqgħa ta’ kumitat konġunt bejn il-kuntrattur u l-amminstrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz, sabiex jiġu diskussi problemi u jsiru tibdiliet u rakkomandazzjonijiet skont il-bżonn. Darba kull sitt xhur, issir analiżi minn riċerkaturi terzi sabiex ir-residenti jiġu mistoqsija fuq il-kwalita` tal-ikel. Kopja ta’ din ir-riċerka tintbgħat lir-Residenza San Vinċenz. Is-sezzjoni tal-Customer Care u tal-Quality Assurance ukoll isaqsu lir-residenti u anke` isir stħarriġ magħhom fuq il-kwalita` tal-ikel. Il-kuntrattur jagħti taħriġ lill-impjegati tar-Residenza fuq ‘Hazard Analysis and Critical Control Points’ u anke` l-liċenzja tal-ikel. Qed isiru wkoll tasting sessions mar-residenti, organizzati mill-kuntrattur u r-Residenza San Vinċenz de Paule, sabiex ir-residenti jagħtu rispons immedjat fuq il-kwalita` tal-ikel. Il-kuntrattur jagħmel spezzjonijiet lill-fornituri tagħhom sabiex jistabilixxu li dawn għandhom proċessi ta’ iġene u sigurta` tal-ikel. L-impjegati tal-kuntrattur jiġu suġġetti għal testijiet frekwenti minħabba l-iġjene u l-bakterja li tista’ tiġi trasmessa mill-impjegati waqt il-preparazzjoni tal-ikel. Is-sistema tat-tqassim tal-ikel hija waħda immoniterata, fejn l-ikel jintbgħat fi ‘trolleys’ apposta. Dawn ikunu immonitorjati bl-internet mill-kumpanija sabiex l-ikel jasal fis-sala fit-temperatura adegwata. Anke l-van li jintuża fit-tqassim għandu temperatura kontrollata. Uffiċjali minn San Vinċenz de Paule jagħmlu spezzjonijiet fis-swali sabiex tiġi ċċekjata il-kwalita` tal-ikel illi jkun qiegħed jitqassam. Teżisti kommunikazzjoni kontinwa bejn it-taqsima tal-ikel ġewwa r-Residenza u l-kuntrattur, sabiex l-ikel lir-residenti dejjem ikun wieħed ta’ kwalita`. Ġiet introdotta sistema kompjuterizzata bil-għan illi l-għażla tal-ikel tar-residenti tiġi rispettata, kif ukoll sabiex l-ordinijiet jiġu proċessati b’sistema aktar effiċjenti.

Anzjani — ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk isirux kontrolli biex jaċċerta li meta anzjani tad-day centers u anzjani oħra mir-residenzi joħorġuhom ġurnata, jiġi almenu żgurat li ma jingħatawx junk food bħal pastizzi u pizez minflok ikel addattat għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Carers

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ moħħ numru ta' qraba ta' anzjani residenti ġewwa l-isptarijiet, residenzi u djar għal-anzjani li mhux minnu li numru ta' carers femminili qed jirrifjutaw jaħslu sew anzjani rġiel minħabba li r-reliġjon li jħaddnu ma tippermettilhomx jagħmlu dan?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kif ukoll ir-Residenza San Vinċenz de Paule, qatt ma’ kellhom jew ġiet irraportata lilhom din it-tip ta’ problema.

Waiting List fil-kirurġija u fil-mediċina – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jinforma lill-Kamra kemm preżentement hi l-waiting list għal appuntament ġdid għal kull speċjalità fil-Kirurġija u fil-Mediċina?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li għandhom appuntamenti ġodda bbukjati fl-outpatients fid-dipartimenti tal-Mediċina fl-isptar Mater Dei sal-aħħar ta’ Settembru tal-2018 huwa 10,061 u għal dak tal-Kirurġija huwa 8,773.