Legislature:
Category:
Reset
Active:

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – staff impjegat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura l-Kamra li l-istaff impjegat fil-bini l-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul, inkluż nurses u carers, ikunu kapaċi jikkomunikaw mar-residenti jew pazjenti bil-lingwa Maltija sa mill-ġurnata tal-ftuħ tal-blokk skont kif stipulat fl-istandards?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — trattamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li jekk ikun hemm bżonn extra nursing care fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul bħal trattament li jinvolvi trattament intravenous, NG tube feeding u trattamenti oħra, dawn ikunu jistgħu jsiru f'dan il-blokk il-ġdid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema ser ikunu l-kriterji li bihom ser jintgħażlu r-residenti li ser jidħlu f'dan il-blokk il-ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk fil-blokk ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul hux ser jidħlu residenti taħt l-iskema tal-PPP u jekk hux ħa jkun possibli wkoll li jidħlu residenti privati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — upkeep u maintenance

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra min ħa jkun responsabbli għall-upkeep u l-maintenence tal-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul bħal arja kondizzjonata, plumbing, elettriku, dranaġġ u xogħol ieħor?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – Nursing Supervisor

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk hux ser ikun hemm Nursing Supervisor (DNM / Manager) fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul u jekk iva min ħa jimpjegaha l-Gvern jew il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – ħasil tal-laundry tar-residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra fejn ser tinħasel il-laundry tar-residenti tal-bini l-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — infermiera

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x’ser ikun ir-ratio ta’ infermiera u carers man-numru tar-residenti jew pazjenti fil-binja l-ġdida tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk il-blokk il-ġdid li nbena ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul (SVPR) hux parti integra mill-istess SVPR jew hux Dar tal-Anzjani li nbniet fuq l-art tar-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — servizzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinfurmana jekk fil-blokk il-ġdid li nbena ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, hux ħa jingħataw is-servizzi kollha li jingħataw ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u ċjoè erba' u għoxrin siegħa servizz mediku, fiżjoterapisti, occupational therapy, podoloġisti, tissue viability nurses, farmaċisti u servizzi oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — ħaddiema

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk il-ħaddiema li ser jaħdmu fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul hux ser ikunu ħaddiema tal-Gvern jew ħaddiema impjegati direttament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — attrezzamnti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk l-ikel, in-nappies, il-lożor, il-walking aids, il-bed lifters u attrazzament ieħor, hux ser jiġu pprovdut mir-Residenza San Vinċenz de Paul (SVPR) jew hux ser jinxtaraw mill-fondi tar-SVPR jew mill-privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — tmexxija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra min ser ikun responsabbli għat-tmexxija tal-blokk ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, is-CEO, is-Supretendent Mediku tal-SVPR jew is-CEO tal-Active Aging and Community Care (AACC)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – Chief Operation Officer

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk hemmx persuna speċifika li qed tieħu ħsieb ix-xogħol kollu fuq il-blokk il-ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, ċjoè Chief Operation Officer, u jekk fl-affermattiv, min hi jew hu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Mediċina Xarelto — POYC

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Pillola Xarelto hux ħa tibda tingħata b'xejn mill-Gvern taħt il-POYC? Jekk iva meta ħa tibda tingħata?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tal-approvazzjoni biex jinxtara, Xarelto jew wieħed mill-mediċini li jaqgħu fil-klassi ta’ Novel Oral Anticoagulant (NOACs) beda’.

Reserved car parking spaces għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15344 u jgħid kemm inħarġu reserved car parking spaces minn Malta Transport sena b’sena għal persuni b’diżabilità tul l-aħħar tliet snin f’kull distrett elettorali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interepllant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi annessa fit-tabella ta' hawn taħt. Car Parking spaces għal- Persuni b'diżabilita' Personalised Car Parking spaces għal- Persuni b'diżabilita' 2018 2019 2020 2018 2019 2020 Distrett 1 5 90 11 0 14 4 Distrett 2 10 81 18 0 4 4 Distrett 3 3 45 12 0 1 4 Distrett 4 3 65 12 0 9 4 Distrett 5 12 43 12 0 5 1 Distrett 6 8 48 19 0 2 2 Distrett 7 15 28 14 0 1 2 Distrett 8 12 52 22 0 10 5 Distrett 9 6 43 10 0 5 4 Distrett 10 4 60 26 1 8 5 Distrett 11 1 23 17 0 2 2 Distrett 12 4 58 12 0 9 4 Distrett 13 8 43 12 0 1 0 Totali: 91 679 197 1 71 41 Totali: 967

Personalised Parking Car Spaces għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15345 u jgħid kemm inħarġu personalised parking car spaces minn Transport Malta sena b’sena għal persuni b’diżabilità tul l-aħħar tliet snin f’kull distrett elettorali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari 15643 ta’ din l-istess Seduta

Reserved Car Parking Spaces għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15348 u jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru totali ta’ car parking spaces riservati għal persuni b’diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta flimkien mal-Kunsilli Lokali, f’dawn l-aħħar xhur bdiet eżerċizju biex taġġorna l-parkeġġi riservati għal persuni b’diżabilità. Peress li matul iż-żmien kien hemm tibdil konsiderevoli fl-użu ta’ dawn il-parkeġġi ,fejn numru ta’ persuni mietu u oħrajn ma baqgħux jagħmlu u¿u minnhom u peress li dan huwa proċess intensiv u għalhekk ser ikun qed jieħu ftit ta’zmien. Transport Malta tkun f’pożizzjoni li tagħti n-numru totali ta’ car parking spaces riservati għal persuni b’diżabilità meta dan il-proċess ikun komplut.

Parkeġġ riservat – blue badge

Question

Jista’ l-Ministru jispjega l-iter burokratiku ta' applikazzjonijiet għal parkeġġ riservat, kemm dak personalizzat kif ukoll dak li ma hux u kif dan jallaċċa mal-proċess li bih persuna tingħatalha l-Blue Badge? Jista ' jgħid jekk tali parkeġġ jingħatax b'eċċezzjoni lil hinn mir-regola u jekk fl-affermattiv, jispjega fuq liema kriterju, mertu u jekk jikkonsultax mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interepllant tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 15346 tas-Seduta 340

Lista ta’ parkeġġi personalizzati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kull parkeġġ personalizzat u validu li hawn f'kull belt u raħal ġewwa Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interepllant li l-informazzjoni mitluba qed tiġi annessa fit-tabella hawn taħt; Parkeggi Riservati Personalizzati Lokalita Ammont Lokalita Ammont Valletta 3 Kirkop 1 Birgu 2 Lija 1 Isla 1 Luqa 1 Bormla 1 Marsa 2 Qormi 2 Marsaskala 1 Zebbug (M) 1 Mellieha 1 Zabbar 2 Mosta 2 Siggiewi 1 Mqabba 1 Zejtun 3 Msida 4 Attard 2 Naxxar 2 Balzan 2 Paola 7 Birkirkara 11 Pembroke 1 Birzebbugia 3 Rabat (M) 1 Dingli 1 San Gwann 3 Fgura 2 San Pawl il-Bahar 12 Floriana 1 Santa Venera 5 Gzira 1 Sliema 8 Ghaxaq 1 Tarxien 6 Hamrun 7 Xewkija (G) 1 Iklin 1 Zurrieq 1