Legislature:
Category:
Reset
Active:

CVA

Question

Jista' l-Ministru jindika b'liema liġi l-operaturi tas-CVA ingħatalhom id-dritt li jekk ma jitħallsux id-drittijiet dovuti lilhom, persuna ma tistax tħallas il-liċenzja tal-vettura?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor Interpellant illi mhiex konswetudini ta' din il-Kamra li Ministru jagħti pariri legali.

Limitu ta’ sewqan fit-toroq

Question

Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid: Kemm huma affidabbli dawn l-esperti? Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-i speed massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa? Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power stations — filtri li jintużaw fiċ-ċmieni

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji tekniċi tal-filtri li jintużaw mill-Enemalta fil-power stations tal-Marsa u Delimara senjatament dawk li jintużaw fiċ-ċmieni biex inaqqsu d-diffuzjoni tal-partiċelli li jniġġzu l-arja, u dan prevja dikjarazzjoni jekk jintużawx jew le tali filtri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7146 Sitting 95 2009-03-23 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba iltaqgħu? Kemm isir infieq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta inħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaqgħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptar mater Dei — test tal-mammogramm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi rekwiżiti li mara trid tilħaq sabiex tkun tista' tagħmel test tal-mammogramm fl-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Search and Rescue Area

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm idaħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn dawn l-ammonti ta' flus jidħlu preċiżament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel sabiex jirritorna lura f'idejn il-Gvern Malti dik l-art tal-Qawra li l-valur tagħha huwa approssimattivament ta' €23,000,000 li mill-Maltacom għaddiet Tecom Investments?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.

Kumpanniji Maltin — esportazzjoni ta' materjal rriċiklat - fuel issussidjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux xi skemi biex kumpanniji Maltin li jesportaw materjal riċiklat għandhomx xi sussidju fuq il-fuels? Jista' jgħid jekk hemmx xi skema fejn kumpanniji ikollhom fuel issussidjat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Enterprise m’għandha l-ebda skema ta’ sussidju fuq fuel. L-Att Dwar il-Promozzjoni Ta’ Negozji (Business Promotion Act), jagħti għajnuna f’forma ta’ ghotja lill-kumpanniji tal-manifattura Għawdxija. Dan sabiex ikopru l-ispejjeż attwali, addizzjonali u meħtieġa għat-trasport li jkunu ħallsu dawn il-kumpaniji biex jittrasportaw bejn iż-żewġ gżejjer makkinarju, impjant, materjal, merkanzija jew prodotti li huwa meħtieġ għall-attivitajiet tagħhom f’Għawdex.

Awtorità Maltija għar-Riżorsi — refund fuq appliances energy saving

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi għadha ma ħallsitx refunds lil min xtara appliances energy saving taħt l-iskema li għalqet f'Ġunju, 2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'titolu għandu l-Gvern fuq il-proprjetà li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Jekk il-Gvern trasferixxa din l-proprjetà lil min ġiet trasferita u taħt liema titolu?

Response (FENECH, TONIO)

Il-proprjetà li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Interpellant tifforma parti minn blokk bini li l-Gvern kien iddikjara meħtieġ għal-skop pubbliku taħt titlu ta’ Pussess u Użu. Din il-proprjeta’ ġiet trasferita taħt titlu ta’ kera residenzjali. Ma tistax tinagħta informazzjoni dwar individwi mingħajr il-kunsens tagħhom.

Dipartiment tal-VAT — Kontijiet ta' reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li meta ssir investigazzjoni mid-Dipartiment tal-VAT għal xi snin partikolari, meta ssir reviżjoni jintbagħtu kontijiet għar-revizjoni biex jitħallsu għal aktar snin minn dawk investigati? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm saru investigazzjonijiet tal-VAT għar-revizjoni tal-kontijiet? Kemm minn dawn l-investigazzjonijiet kienu pożittivi u kemm kienet iż-żieda ta' flus bħala VAT dovuta wara r reviżjoni li kellha titħallas? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm daħħal VAT sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta issir investigazzjoni mid-Dipartiment tal-VAT, l-proċedura hi li tinħareġ stima proviżorja għall-perjodu investigat u jekk fi żmien tletin ġurnata minn meta l-istima proviżorja tiġi servuta, il-persuna jew entita’ investigata titlob reviżjoni, l-istima proviżorja tiġi riveduta qabel ma’ tinħareġ l-istima finali. Jekk waqt ir-reviżjoni ta’ l-istima proviżorja, jigu assessjati perjodi oħra minn dawk oriġinalment investigati, trid tinħareġ stima proviżorja għal dawn il-perjodi qabel ma tinħareġ stima finali. (l-istima finali ma’ tistax tinħareġ fuq perjodi li għalihom ma’ tkunx nħarġet stima proviżorja). Bejn is-snin 2004 u 2008 saru 5,768 investigazzjonijiet. Minn dawn l-investigazzjonijiet, 2,228 irriżultaw f’istima u t-taxxa dovuta, li riżultat minn dawn l-istimi kien ta’ €22,064,985. Id-dħul net mill-VAT matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif gej : 2004 €329,770,184 2005 €392,105,372 2006 €406,787,601 2007 €421,774,817 2008 €455,136,416

Porters tal-ambulanzi — Ħinijiet ta' xogħol

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm negozjati għaddejjin mal-Unjoni Ħaddiema Maqgħdin biex porters tal-ambulanzi minn 40 hour week jigu jaħdmu 42 hour week? Jekk iva, x’wassal biex dan ma seħħx?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm ebda negozjati mal-UHM dwar xi tibdil ta' ħinijiet ta' xogħol għall-porters ta' ma' l-ambulanzi.

Social workers kwalifikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn social workers kwalifikati, kemm minnhom qed ifittxu xogħol u kemm qed jaħdmu ta' social workers?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kontijiet tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kont tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma intbgħat li bih intalab ħlas tal-metres li kienu jaħdmu bil-mod? Jista jgħid kemm hu l-ammont totali li qed jintalab b'dawn il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma toħroġx kontijiet addizzjonali, kemm għal konsum jew renta ta’ meter f’każ ta’ meters li jaħdmu bil-mod.

Delimara — Power Station - inċeneratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' min ikkonsulta biex wasal għall-konkluzjoni li, minflok jibda l-proġett tal-promenade kif kellu jagħmel f’Ottubru li għadda, jibni inċeneratur biswit il-Power Station f’Delimara? Jista' jipprezenta d-dokumenti kollha li juri l-Environment Impact Assessment li għamel biex wasal għal din il-konkluzjoni u kwalunkwe studju ieħor, kemm ambjentali u soċjali, li wassluh jieħu din id-deċizjoni b’rasu mistrieħa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-proposta għall-bini ta’ inċineratur mhu se tinfluwenza bl-ebda mod il-proġett tal-promenadeliema xogħol xorta se jsir. Il-proposta tal-inċineratur qegħdha f’abbozz ta’ dokument imfassal minn kumitat espert eżattament għal raġunijiet ta’ kosultazzjoni pubblika. Nistieden hawnhekk lill-Onor Membru biex anki hu jagħti l-kontribuzzjoni f’din il-konsultazzjoni, inkluż jindika x’siti alternattivi jaħseb li jkunu aktar addattati mis-sit li rrakomanda l-Kumitat Tekniku. Jekk il-proġett ikun ser jitwettaq, l-istudji kollha relatati jkun għad iridu jsiru.

Kontijiet tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kont tal-Korporazzjoni tal-ilma intbgħat li bih intalab ħlas tal-metres li kienu jaħdmu bil-mod? Jista jgħid kemm hu l-ammont totali li qed jintalab b'dawn il-kontijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #838 Sitting 75 2009-01-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-audited accounts u l-financial reports tal-kumitati konġunti ta' l-LES minn meta bdiet titħaddem is-sistema ta' l-infurzar lokali sal-31 ta' Marzu, 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 838 qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-audited accounts tal-Kumitati Konġunti minn meta kull Kumitat beda jiġi awditjat. Kumitat Konġunt Rapport għas-sena finanzjarja li tagħlaq: 1. Żejtun (G) 31 ta’ Marzu 2000 sa 31 ta’ Marzu 2007 (tmien (8) rapporti) 2. Sliema (H) 31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti) 3. Għawdex 1 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti) 4. Tramuntana (San Pawl il-Baħar) 31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti) 5. Ċentrali (Qormi) 31 ta’ Marzu 2004 sa 31 ta’ Marzu 2007 (erba’ (4) rapporti) 6. Birkirkara (C) 31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti) 7. Fgura Ma jaddottawx is-sistema tal- pooling . Għaldaqstant l- audited accounts tas-sistema ta’ l-infurzar lokali isir individwalment mill-Kunsill Lokali membri ta’ dan il-Kumitat Konġunt. 8. Valletta Billi dan il-Kumitat hu kompost mill-Furjana u Valletta, dawn iż-żewġ lokalitajiet iżommu separatament l- accounts tas-sistema ta’ l-infurzar lokali rispettivi tagħhom ma’ dawk ġenerali tal-Kunsill. 9. Żurrieq Ma setgħatx tinġieb din l-informazzjoni, għax l-Uffiċjali Awtorizzat ta’ dan il-Kumitat Konġunt qiegħed indispost.

Awtorità dwar it-Trasport — Roads Network Limited

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport waqqfet kumpannija ġdida bl-isem Roads Network Limited li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'se tkun il-funzjoni ta' din il-kumpannija? Jista' jgħid jekk hux ser tkun qed tħaddem nies u kemm? Jekk ser tħaddem in-nies jista' jgħid jekk hux ser toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.