Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7146 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba ltaqgħu? Kemm isir infiq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta nħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 7146 u 8192, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ħaż-Żebbuġ — Mdina Road - ostaklu fis-service road

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-Pulizija biex ma jibqax l-abbuż li qed isir ġewwa s-service road ta' Mdina Road, Ħaż- Żebbuġ fl-area li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li l-operatur qiegħed joħroġ barra vetturi second hand għal bejgħ bla pjanċi u liċenzji, li qed jostakolaw il-passaġġ liberu f'din il-karreġġjata apparti li qegħdin joħolqu inkonvenjent għal operaturi oħra li jaħdmu fil-qrib, kif ukoll għar-residenti? Jista' l-Ministru jassigura li l-forzi tal-ordni kif ukoll il-wardens li jkunu fejn il-lok jieħdu l-azzjoni opportuna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa' ħadet passi quddiem il-Qorti kontra l-operaturi ta' l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u ser tkompli bil-ħidma tagħha sabiex dan l-abbuż ikun imrażżan.

Power stations — filtri li jintużaw fiċ-ċmieni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7326 u jagħti dettalji tekniċi tal-filtri li jintużaw mill-Korporazzjoni Enemalta fil-power stations tal-Marsa u Delimara senjatament dawk li jintużaw fiċ-ċmieni biex inaqqsu d-diffuzjoni tal-partiċelli li jniġġzu l-arja, u dan prevja dikjarazzjoni jekk jintużawx jew le tali filtri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Enemalta ma tużax filtri fiċ-ċmieni tal-Power Stations tal-Marsa u ta’ Marsaxlokk. Madankollu l-fatt jibqa’ li l-livell ta’ tniġġiż miż-żewġ Power Stations jaqa’ fil-limiti ta’ dak li huwa aċċettabbli. Dan għaliex l-Enemalta tieħu passi oħra sabiex jitnaqqas it-tniġġiż mill-Power Stations billi per eżempju tuża fuel li għandu livell baxx ta’ kubrit.

Social workers kwalifikati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6542 u jgħid kemm hawn social workers kwalifikati, kemm minnhom qed ifittxu xogħol u kemm qed jaħdmu ta' social workers?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8110 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Area ta' Search and Rescue

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7920 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn jidħlu preċiżament dawn l-ammonti ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda dħul assoċjat ma’ l-arja ta’ Search and Rescue.
Leg 11 PQ #8192 Sitting 108 2009-05-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7146 u jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba iltaqgħu? Kemm isir infieq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta inħolqu? Min hu l-kordinatur jew project manager ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Network Infrastructures Directorate — Managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7831 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Min hu responsabbli mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7829 u jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli mit-toroq f'pajjiżna jekk hux ic-Chairman ta' l-Awtorità dwar it-Toroq jew ic-Chairman tan-Network Infrastructures Directorate? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ ta' dawn iż-żewġ chairmen rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilta’ tat-toroq hija amministrattivament fdata f’idejn in-Network Infrastructures Directorate. Ir-renumerazzjoni hi skond id-direttivi amministrattivi normali maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Awtorità dwar it-Trasport — Direttur tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7827 u jikkonferma jekk id-Direttur tat-Toroq ta' l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħiex qabel spiċċalu l-kuntratt? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u jekk għandux intenzjoni li jingaġġa lil xi ħaddieħor minfloku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Limitu ta’ sewqan fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7748 u cioè: Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid: Kemm huma affidabbli dawn l-esperti? Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-ispeed massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa? Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7833 Sitting 105 2009-04-28 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tniġġiż tal-arja — Studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha erba’ (4) stazzjonijiet li jkejjlu il-konċentrazzjoni ta' ċerti sustanzi inkwinanti fl-arja. Dawn huma: L-istazzjon Tal-Msida li tqiegħed f'sit li huwa trfaffikuż, dan l-istazzjon ikejjel il-konċentrazzjoni ta' dijossidu tal-kubrit (SO2), ossidi tan-nitroġenu (NOX), trab fin (kemm PM10 u PM2.5), komposti organiċi volatli (VOCs), ozonu u monossidu tal-karbonju (CO). L-istazzjon taż-Żejtun li tqiegħed f'żona urbana fin-naħa t'isfel ta' Malta u li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu, CO u merkurju gassuz (gaseous mercury). L-istazzjon ta’ Għawdex (background station) li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10 u PM2.5, VOCs, ozonu u CO. L-istazzjon ta' Kordin li jkejjel il-konċentrazzjoni ta' SO2, NOX, PM10, VOCs, ozonu u CO. Id-data għall-ewwel tlett stazzjonijiet hija aċċessibbli għal kullħadd (real time) minn fuq il-website tal-MEPA. Bħalissa qed isir xogħol sabiex tiġi mqegħda fuq il-website d-data ġġenerata mill-istazzjon ta' Kordin. Il-MEPA qegħda wkoll taħdem sabiex tistalla l-ħames stazzjon f'Attard. Il-MEPA tkejjel ukoll l-ammont ta' SO2, NOx, Ozon, Benzene, Xylene u Toluene bis-sistema tal-Passive Diffusion Tubes f' 44 lokalità f'Malta u Għawdex. Ma huwiex prattiku li tiġi ppreżentata d-data kollha li tiġi ġġenerata min dan il-moniteraġġ estensiv madwar Malta u Għawdex kollu. Pero din id-data hi kollha disponibbli mill-MEPA għal min jiġi bżonnha f'lokalitajiet partikolari. Din l-informazzjoni qiegħda wkoll tiġi ppublikata permezz tar-Rapport dwar l-Istat ta' l-Ambjent u l-booklets b'indikaturi li jinħarġu kull sena. Dawn jistgħu jinkisbu minn www.mepa.org.mt. (http://www.mepa.org.mt/Environment/index.htm?SOER/SOEI%202007/mainframe.htm&1

Area ta' Search and Rescue

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm daħħal flus il-pajjiż minn kwalsijasi transazzjoni jew użu li jsir mill-area ta' Search and Rescue madwar Malta u minn fejn jidħlu preċiżament dawn l-ammonti ta' flus?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorità dwar it-Trasport — Roads Network Limited

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar għalfejn l-Awtorità dwar it-Trasport waqqfet kumpannija ġdida bl-isem Roads Network Limited li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid x'se tkun il-funzjoni ta' din il-kumpannija? Jista' jgħid jekk hux ser tkun qed tħaddem nies u kemm? Jekk ser tħaddem in-nies jista' jgħid jekk hux ser toħroġ sejħa sabiex jiġu ngaġġati dawn in-nies?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Memorandum and Articles of Association tal-kumpanija li qed jirreferi għaliha, li huma pubbliċi. Bħal kull ażjenda pubblika oħra din il-kumpanija hi suġġett għal-liġi, għan-normi tas-settur pubbliku, u għall-proċeduri ta' reklutaġġ tal-kumpaniji pubbliċi.

Awtorità dwar it-Trasport — Direttur tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Direttur tat-Toroq ta' l-Awtorità dwar it-Trasport tneħħiex qabel spiċċalu l-kuntratt? Jekk iva, jista' jgħid għaliex u jekk għandux intenzjoni li jingaġġa lil xi ħaddieħor minfloku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar it-Trasport — Min hu responsabbli mit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min hu responsabbli mit-toroq f'pajjiżna jekk hux ic-Chairman ta' l-Awtorità dwar it-Toroq jew ic-Chairman tan-Network Infrastructures Directorate? Jista' jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' ingaġġ ta' dawn iż-żewġ chairmen rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel biex jirkupra mingħand T-Com Investments l-art fil-Qawra b’valur approssimattiv ta’ €23 miljun, liema art kienet tagħmel parti mill-Maltacom u li tant kien hemm kontroversja dwarha?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Network Infrastructures Directorate — Managers

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Inċineratur f'Delimara

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta d-dokumenti u l-istudji kollha li saru u li fuqhom ittieħdet id-deċiżjoni li jsir inċineratur f'Delimara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li dokumenti msemmija ġew ippubblikati meta kien varat l-abboz dwar l-aġġornament tal-iStrateġija tal-iSkart Solidu u li dawn l-istess dokumenti jinstabu fuq il-websitetal-Ministeru.
Leg 11 PQ #7833 Sitting 101 2009-04-21 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tniġġiż tal-arja — Studji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi studji saru dwar it-tniġġiż tal-arja lokalità b’lokalità, jew fuq bażi reġjonali, jew fuq bażi nazzjonali? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jippreżentahom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.