Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn — limitu ta’ veloċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu ta’ veloċità awtorizzat mill-Awtorità dwar it-Trasport fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn u meta dan il-limitu ġie stabbilit skond il-ligi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-limitu ta' veloċità awtorizzat minn Transport Malta fi triq ix-Xatt, Marsascala huwa ta' 30km fis-siegħa. Dan il-limitu ġie awtorizzat minn Transport Malta fil-25 ta' Awwissu 2008.

Ambulanzi għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa? Kemm minnhom huma funzjonabbli?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-garage tal-ambulanzi ta’ Gwardamanġa għandu għad-dispożizzjoni tiegħu 6 ambulanzi. Min dawn hemm 4 li qed jiffunzjonaw bħalissa. It-tnejn l-oħra qegħdin għat-tiswija – waħda tkun lesta sa nofs din il-ġimgħa u l-oħra għad iridu jiġu l-parts mingħand l-aġent. Il-garage tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei għandu 7 ambulanzi li bħalissa kollha qegħdin jiffunzjonaw.

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma — kontijiet tal-ilma mħallsa bin-nifs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għamlu ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex iħallsu l-kont bin-nifs?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont ta’ persuni li għamlu ftehim mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma biex iħallsu l-kont bin-nifs mill-bidu tas-sena 2010 sal-lum huwa ta’ 1878.

Ħamrun — tarmac fi Triq Eugenio Borg

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata għall-ewwel darba it-tarmac it-Triq Eugenio Borg fil-Ħamrun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant isir meta jkunu allokati l-fondi meħtieġa lil Transport Malta u skont il-prijorità ffissata.

proprjetà tal-Gvern — kopja tal-kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-indirizz li qed jintbagħat separatament jirreferix għall-proprjetà tal-Gvern jew li kienet tal-Gvern matul dawn l-aħħar 5 snin? F’kaz li din il-proprjetà kienet tal-Gvern jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratt tat-trasferiment anke jekk sempliċement kuntratt ta’ kirja?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

konvenju

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’qed tistenna l-Awtorità tad-Djar biex tiffirma il-konvenju/kuntratt b’referenza numru H175/10?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-applikant/i indikati minnu biex jersqu lejl l-Uffiċċju tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar għall-informazzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #15779 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

mechanics fuq vetturi militari tal-missjoni militari taljana

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’ser isir mill-ħaddiema pajżana li kienu jaħdmu bħala mechanics fuq il-vetturi militari tal-missjoni militari Taljana? Jista' jgħid jekk ġietx aċċettata l-ittra ta’ referenza tal-maġġur Galantucci fil-konfront tagħhom? Jista' jgħid jekk hux se jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom fl-Armata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tajjeb li wieħed isemmi li l-ħaddiema msemmija huma prinċipalment ħaddiema taċ-Ċivil impjegati ma’ l-Armata u li għal dawn l-aħħar snin dawn kienu assenjati xogħol bħala mechanics fuq il-vetturi militari Taljani. Issa li dawn l-istess vetturi ġew mogħtija lill-Armata Maltija huma ser jibqgħu jagħmlu l-istess xogħol ta’ mechanics fuq il-vetturi ta’ l-Armata tagħna inklużi dawn il-vetturi. Dwar l-ittra ta’ referenza msemmija din qiegħda tingħata l-attenzjoni tagħha fid-dawl li l- progression ta’ dawn l-impjegati taqa’ taħt il-qafas tal- Public Service Management Code .
Leg 11 PQ #15820 Sitting 203 2010-03-22 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

terms of reference tal-assistenti parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-terms of reference li fit-termini tagħhom se jaħdmu l-assistenti parlamentari? Jista' jgħid skont liema liġi qed jinħolqu dawn l-assistenti parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Assistenti Parlamentari se jkollhom l-irwol li jassistu lill-Ministri li jkunu assenjati magħhom fix-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fil-qasam tal-Parlament. Dan l-irwol huwa mibni fuq il-prattika ta’ parlamenti oħrajn, fosthom il-House of Commons.

PTSA fir-residenza San Vinċenz de Paule

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawk il-persuni mgħarufa bħala PTSA? Jista' jgħid kif se jaħdmu peress li minn laqgħa li saret nhar l-10 ta' Marzu 2010 fir-Residenza San Vinċenz de Paule ħadd ma fehem xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li fil-laqgħa tal-10 ta’ Marzu 2010 il-PTSA’s ingħataw informazzjoni dwar is-sejħa għal Social Assistants li ħarġet dan l-aħħar mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-PTSA’s huma eliġibbli biex japplikaw għal din is-sejħa u b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu fuq bażi full time.

Ħamrun — sleeping policeman fi Triq il-Kanonku Bonniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'approvatx it-talba tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex titwaħħal sleeping policeman fi Triq il-Kanonku Bonniċi fejn diġà kien hemm waħda eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mhux minnu li Transport Malta għadha ma approvatx xi talba tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biex titwaħħal road hump fit-triq in kwestjoni.

Ħamrun — sleeping policeman fi Triq Kanonku Bonniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità dwar it-Trasport għadha m'approvatx it-talba tal-Kunsill Lokali Ħamrun biex titwaħħal sleeping policemanfi Triq Kanonku Bonniċi fejn kien hemm waħda diġà eżistenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Università ta' Xiamen — Confusius Institute

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li r-rettur tal-Università żar l-Università ta' Xiamen biex jiġi stabillit f'Malta l-Confusius Institute? Meta se jiftaħ dan? Is-sit tiegħu se jkun fl-Università? X'inhu l-għan tiegħu? Min se jiffinanzjah dan il-proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fit-22 ta’ Frar 2009 ġie iffirmat ftehim bejn il-Headquarters tal-Confucius Institute u l-Università ta’ Malta biex ikun stabbilit Confucius Institute fl-Università ta’ Malta. Ir-Rettur tal-Università żar l-Università ta’ Xiamen u waqt iż-żjara tiegħu ffirma Implementation Agreement mal-Università ta’ Xiamen fit-12 ta’ Ġunju 2009 biex jitwaqqaf il-Confucius Institute. Il-Confucius Institute beda jopera f’Novembru 2009 għalkemm għadu qed jiġi stabbilit u jkun miftuħ uffiċċjalment aktar tard. Diġà qed jiġi mgħallem iċ-Ċiniż fid-Degree Plus u qed jiġi mfassal Diploma course fiċ-Ċiniż biex jiġi mgħallem f’Ottubru li ġej. Is-sit tieghu huwa l-campus tal-Università. L-għan ewlieni tal-Istitut huwa li jippromovi l-iżvilupp tal-lingwa Ċiniża f’Malta kif ukoll jassissti fi bdil ta’ lecturers bejn iċ-Ċina u Malta f’oqsma differenti. Il-Headquarters tal-Confucius Institute ser jikkontribwixxi start-up fund ta’ US $150, 000 u ser jipprovdi materjal ta’ tagħlim, faċilitajiet għal online courses, kif ukoll ’il fuq minn 3000 ktieb u materjal awdjo-viżiv. Il-Headquarters tal-Confucius Institute, fuq bażi ta’ bżonnijiet ta’ tagħlim, ser ikopri l-ispejjeż ta’ numru ta’ instructors Ċinizi. L-Università ta’ Malta qed tkopri l-ispejjeż tal-Istitut u tal-istaff amministrattiv.

Transfer ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex interpellanza legali magħmul f'isem il-persuna, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, tas-7 ta' Settembru 2009 rigward transfer ta' vettura għadha ma ġietx imwieġba u lanqas intbagħtet irċevuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Leg 11 PQ #12398 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Monte Carmeli — ordni pendenti fuq persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'seħħ mill-ordni pendenti li hemm fuq il-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex dan tinżamm għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli? Xi żvilupp kien hemm fuq dan il-każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Limitu ta’ sewqan fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7748 u cioè: Meta dan l-aħħar qamet il-kwestjoni dwar il-limitu ta’ sewqan fit-toroq fejn twaħħlu speed cameras ġodda, Is-Sur David Sutton u s-Sur Joe Fenech Conti pubblikament qalu li l-Awtorità dwar it-Trasport għandha rapport mingħand esperti Franċiżi li f’Malta m’hawnx toroq li fihom tista’ ssuq b’veloċità ta’ iżjed minn 70 kilometru fis-siegħa. Jista' l-Ministru jgħid: Kemm huma affidabbli dawn l-esperti? Jekk iva, x’passi ttieħdu jew ser jittieħdu sabiex ikunu attwati r-rakkmandazzjonijiet ta’ dawn l-esperti, għax għad hawn toroq fejn l-ispeed massimu indikat huwa ta’ 80km fis-siegħa? Fuq liema awtorità jew dipartiment taqa’ r-responsabbiltà biex dawn ir-rakkmandazzjonijiet jiġu attwati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hawn toroq f'Malta li l-ispeed permessibli tagħhom huwa aktar minn 70 KM fis-siegħa. Bħala eżempju hija l-bypass tal-Mrieħel li l-ispeed tagħha huwa dak ta' 80KM fis-siegħa. Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kumpanija BECOM, li għamlu studju estensiv fuq il-kundizzjoni ta' żewġ toroq arterjali prinċipali rotta nru.1 - Ċirkewwa sa Birżebbuġia u rotta nru. 6, Marsa sal-Belt, fl-2003 u 2004. Dawn iż-żewġ toroq arterjali ġew identifikati bħala parti mit-Trans European Network 2004. Dawn l-esperti intgħażlu wara sejħa internazzjonali għall-offerti li saret fl-2002. Dawn l-esperti għamlu surveys dettaljati ta' dawn iż-żewġ toroq u safety audits ta' diversi junctions ta' dawn iż-żewġ toroq li mbagħad ġew imqabbla ma l-istandards għal bini u disinn tat-toroq ta' l-ADT li huma Avviż Legali LN 364/2003, kif ukoll ma' specifications applikati fir-Renju Unit. Wara dan l-eżerċizzju ġie ddeterminat l-ispeed ta' kull parti ta' dawn it-toroq, kif ukoll rakkmandazzjonijiet għat-titjib ta' toroq biex b'hekk tiġi mħarsa s-sigurtà tas-sewwieq u dawk kollha li jagħmlu użu minnhom.

Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn — limitu ta’ veloċità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-limitu ta’ veloċità awtorizzat mill-Awtorità dwar it-Trasport fi Triq ix-Xatt, Wied il-Għajn u meta dan il-limitu ġie stabbilit skond il-ligi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Art fil-Qawra

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel biex jirkupra mingħand T-Com Investments l-art fil-Qawra b’valur approssimattiv ta’ €23 miljun, liema art kienet tagħmel parti mill-Maltacom u li tant kien hemm kontroversja dwarha?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6855.
Leg 11 PQ #9785 Sitting 140 2009-07-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — bars li jħallsu deposit fuq siġġijiet u mwejjed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tax-xorb u bars fil-Furjana li jħallsu deposit għall-imwejjed u siġġijiet li joħorġu barra? Jista' jgħid kemm hemm bars u ħwienet tax-xorb li għandhom permess li joħorġu mwejjed u siġġijiet barra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda ħanut tax-xorb jew bar fil-Furjana jħallas deposit jew għandu permess sabiex joħroġ imwejjed u siġġijiet barra. F’Malta u Għawdex 294 stabbiliment għandhom permess simili li joħroġ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu.

Network Infrastructures Directorate — Managers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7831 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm managers impjegati ma' Network Infrastructures Directorate ta' l-Awtorità dwar it-Trasport? Jista' jgħid kull manager x'inhu x-xogħol tiegħu jew tagħha? Jista' jgħid kull manager kif ġie impjegat u x'inhuma l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg rigward salarji, allowances u benefiċċji oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba .
Leg 11 PQ #9785 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — bars li jħallsu deposit fuq siġġijiet u mwejjed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħwienet tax-xorb u bars fil-Furjana li jħallsu deposit għall-imwejjed u siġġijiet li joħorġu barra? Jista' jgħid kemm hemm bars u ħwienet tax-xorb li għandhom permess li joħorġu mwejjed u siġġijiet barra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.