Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22061 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mepa — Sejħa għall-promozzjonijiet tal-managers

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21760, jista' l-Prim Ministru jgħid għala għall-promozzjoni ta' team manager fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (referenza qed tingħata separatament) ma ntalbux kwalifiki akkademiċi u għal sejħa ta' Senior Planning Officer (referenza qed tingħata separatament) liema grad huwa inqas mill-ewwel wieħed riferit, intalbu kwalifiki akkademiċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hekk kif kien spejgat fir-risposta għal-mistoqsijja parlamentari 21760 l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jagħti dritt li f'każi fejn il-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll tiġi meqjusa bħala waħda mir-rekwisti. Dan kien stabbilit diġa' fil-ftehim kollettiv u ġie applikat. F'dan il-każ partikolari ta' din is-sejħa l-impjegati li għandhom kwalifika fis-Surveying flimkien ma 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-Surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sejħa tistabilixxi rekwiżiti oħra barra kwalifiki u esperjenza. Ta' min jgħid ukoll li s-sejħa ta' applikazzjoni għas-Senior Planning Officer kienet tistabilixxi minimu ta' tlett snin esperjenza, barra l-kwalifika.
Leg 11 PQ #21760 Sitting 290 2010-11-29 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — sejħa għall-promozzjoni ta' team manager

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex fis-sejħa għall-promozzjoni ta' team manager fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar GF 106/10 call reference number 23-2010 ma ntalabx li l-kandidati prospettivi għandhom bżonn kwalifiki akkademiċi kif intalab f'applikazzjonijiet oħra senjatament manager, topographic product development manager, large-scale topographic mapping u call reference number 08/2010 team manager? Jista' jgħid jekk jafx li hawn persuni fis-surveying kwalifikati akkademikament b'degree fis-surveying? Jista' jgħid min se jkun fuq il-bord tal-għażla? Din jew dawn il-persuni huma kwalifikati akkademikament fis-suġġett? Jekk iva, jista' jgħid x'inhi din il-kwalifika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jaghti dritt li f'kazi fejn l-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll tigi meqjusa bħala wahda mir- rekwisti. Ghalhekk f'dan il-kaz partikolari ta' din is-sejha l-impjegati li għandhom kwalifika fis-surveying flimkien ma' 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sejħa tissabilixxi rekwiziti oħra barra kwalifiki u esperjenza. Mir-rekords tagħna jirriżulta li hemm impjegati li għandhom ir-rekwizti msemmija hawn fuq. Skont il-proċeduri tal-ftehim kollettiv l-kandidati kollha li jiġu mgħajjta għall-intervista jkunu nfurmati minn qabel bl-ismijiet tal-membri li se jkunu fuq il-bord ta'l-Għażla. Dan il-bord se jkun mwaqqaf minn uffiċċjali li huma responsabbli direttament jew indirettament għal dan il-grad. Dan il-grad huwa wiehed maniġerjali fejn min jiehu l-pożizzjoni jrid imexxi grupp ta' l-staff fuq l-Land Surveying. Barra min hekk l-Bord ta' l-Ghazla jinkludi wkoll membri oħra hekk kif definit fil-ftehim kollettiv.

Persuni li ma baqgħux jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm matul dawn l-aħħar tliet snin persuni li kienu qed jirreġistraw u nqatgħu mhux għax sabu impjieg imma b'deċiżjoni tad-Direttur tas-Sigurtà Soċjali jew tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-aħħar tliet snin (minn Ottubru 2007 sa Ottubru 2010) in-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistaw u nqatgħu mhux għax sabu impjieg imma b’deċiżjoni tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ kien ta’ 5,231.

Sptar Mater Dei — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pazjenti fl-Isptar Mater Dei li daħlu l-isptar bl-ambulanza u mill-emergenza matul ix-xahar ta’ Novembru bi ksur fil-hip bone u sal-lum għadhom ma ingħatawx il-kura għax qegħdin fil-waiting list?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 3 pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bejn il-5 u t-8 ta’ Novembru 2010 minħabba ksur fil-hip bone. Tnejn minn dawn il-pazjenti diġà ġew operati, filwaqt li t-tielet wieħed se jkun operat illum.

Joint office — qbiela ta' fond

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq min hi l-qbiela tal-fond, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, mal-joint office? Jista' jgħid jekk hemmx xi applikazzjoni biex il-persuna li fuqha qiegħda l-qbiela tinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji tal-persuna li fuqha qegħda l-qbiela tar-raba’ in kwistjoni qegħdin jintbagħtu separatament ma’ din it-tweġiba (minħabba il-protezzjoni tad-data). Fuq din l-art hemm żewġ applikazzjonijiet għal rikonoxximent minn terzi persuni li kienu saru taħt l-Iskema tal-Qbiela li kienet ġiet imnedija fl-2001. Dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu proċessati.

kumpens lil familji fuq id-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm familji jew persuni li fuq isimhom jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma li kienu intitolati għal kumpens jew voucher fuq il-kont u dawn ma ħaduhomx jew ma ssarfux? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min ma setax jieħu dan is-sussidju minħabba li l-persuna li fuqha kien jiġi l-kont laħqet mietet u l-eredità kienet għadha ma nfetħitx?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara li nħarġu numru ta’ ċekkijiet li ngħataw bħala kumpens għaż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt lil numru sostanzjali ta’ familji, kien hemm xi familji li talbu lill-ARMS Ltd jew lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jinbidlulhom xi dettalji fil-kontijiet rispettivi tagħhom. Fost dawn it-talbiet, kien hemm talbiet biex jinbidlu n-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kont, u biex jinbidlu l-account holders peress li dawn kienu mietu u li allura nħarġilhom iċ-ċekk f’isimhom. Tajjeb li nfakkar ukoll li kif ħabbar il-Prim Ministru l-bieraħ, madwar 10,000 familja li ma kinux ingħataw il-kumpens peress li xi membru minn dawn il-familji jirċievi l-benefiċċju ta’ l-enerġija, issa se jirċievu dan il-kumpens ukoll. B’kollox se jkun hemm aktar minn 17,000 persuna li se jirċievu kumpens. B’hekk, il-Gvern ser ikun qed joħroġ kważi miljun ewro ieħor għal dawn il-familji.

Fosos tal-Furjana — parkeġġ magħluq

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-1 ta’ Jananr 2005 lil hawn kemm-il darba il-parkeġġ ta’ fejn il-Fosos tal-Furjana ngħalaq minħabba attivitajiet li kellhom isiru fih jew fuq il-Fosos tal-Furjana?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Dar Malta fi Brussell — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Dar Malta fi Brussell biex tlestiet? Jista' jgħid ukoll jekk hijiex lesta kompletament? Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ revenue jew dħul ieħor il-Gvern Malti daħħal mill-binja ta’ Dar Malta u ċioe jekk kienx hemm xi trasferiment ta’ parti mill-proprjetà kollha lil terzi, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas, u kemm kien il-ħlas jekk hu l-każ u min huma l-persuni li favur tagħhom sar dan it-trasferiment?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

skola primarja tal-Ħamrun Dun Ġorġ Preca — kontribuzzjoni biex tiġi rinovata

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'kienet il-kontribuzzjoni tal-Gvern kemm bi flus u kif ukoll materjal provdut lill-iskola primarja tal-Ħamrun Dun Ġorġ Preca sabiex tiġi rinovata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Intefqu €3,136.60 fl-iskola primarja tal-Ħamrun Dun Ġorġ Preca sabiex tigi rinovata mill-kontijiet tal- Materials & Supplies u l- Maintenance li l-Gvern jagħti lill-iskejjel kull sena. Kien hemm tliet ħaddiema ma’ dan il-proġett.

bajja tax-Xlendi — żbroff tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew jew kemm se jkunu jiswew it-tiswijiet li saru jew għandhom bżonn isiru sabiex tkun riparata l-ħsara li saret meta żbroffa d-drenagg fil-bajja tax-Xlendi? Jista' l-Ministru jgħid x'entitá ta’ ħsarat kien hemm?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħsara li ġiet ikkawżata ftit tal-ġimgħat ilu fuq il-mejn tad-drenaġġ fix-Xlendi, mill-Kuntrattur li kien qed jaħdem fl-inħawi, issewwiet kollha mill-istess kuntrattur, taħt is-superviżżjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Il-Korporazzjoni pprovdiet biss fitting għat-tiswija (madwar €50). Il-kont għal dan il-fitting u tas-superviżżjoni (madwar €100) se jintbagħad lill-Kuntrattur qabel ma jitlesta x-xogħol tiegħu fix-Xlendi.

Twaħħil ta' meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministu jgħid għaliex il-meter tad-dawl tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbgħatu separatament, reġa' twaħħal u b’hekk reġa' ġie konness is-servizz tal-elettriku fil-fond in kwestjoni nhar il-Ġimgħa 1 t’Ottubru 2010 bil-lejl u dan minkejja li l-individwu li fuqu qiegħed dan il-meter li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament, kien talab li tali meter jinqala’ u s-servizz jiġi sospiż u ma kien hemm l-ebda talba oħra li jerġa' jitħwahhal is-servizz fuq ismu? Jista' jgħid ukoll għaliex il-meter tal-ilma fuq dan il-fond u fuq isem l-istess persuna ma nqalax minkejja li saret talba apposta biex jinqala’? Jista' jgħid min ta l-ordni biex dan il-meter tad-dawl jitwaħħal mill-ġdid u jerġa' jkun hemm servizz tal-elettriku?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba se tingħata f'seduta oħra.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma — bord li jisma l-claims u l-ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilu ma jiltaqa' l-bord li jisma' l-claims u l-ilmenti fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma qabel l-1 ta' Mejju 2010?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.
Leg 11 PQ #19645 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għal Għawdex

Bajja tax-Xlendi — Zbroff tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swew jew kemm ser ikunu jiswew it-tiswijiet li saru jew għandhom bżonn isiru sabiex tkun riparata l-ħsara li saret meta żbroffa d-drenaġġ fil-bajja tax-Xlendi? Tista' tgħid x'entità ta' ħsarat kien hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol biex tkun riparata l-ħsara li saret meta żbroffa d-drenaġġ fit-Triq tax-Xlendi sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, filwaqt illi l-Ministeru għal Għawdex kien responsabbli għall-kiri ta' bowzers biex jittella' d-drenaġġ u mit-tindif. Jiena nfurmata li l-ispejjeż relatati max-xogħol tal-Ministeru għal Għawdex jammontaw għal €1,162.68.

Ittra ta' tweġiba lill-Kummissjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-ittra ta' tweġiba li l-Gvern Malti bagħat jekk hu l-każ lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissarju Barnier li tirrigwardja l-għoti tat-tender għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara lill-BWSC?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kummissjoni Ewropea titlob regolarment informazzjoni mingħand l-Istati Membri dwar proċessi differenti, fosthom dawk marbuta ma’ sejħiet għall-offerti, fejn il-Kummissjoni tara li l-proċessi tmexxew skont ir-regolamenti Ewropej. Kif dejjem jiġri waqt li għaddejja l-korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea, il-prassi stabbilita hi li l-ittri ma jiġux pubblikati qabel ma jintemm il-proċess. Għal dan il-għan, matul il-ġimgħat li għaddew il-Gvern bagħat it-tweġibiet u l-informazzjoni mitluba lill-istess Kummissjoni Ewropea dwar il-proċess tal-offerti għall-estensjoni tal- Power Station ta’ Delimara. Il-Gvern dejjem kien miftuħ li jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa. L-Awditur Ġenerali ingħatatlu l-informazzjoni kollha qabel ma kkonkluda r-rapport f’investigazzjonijiet indipendenti li damet għaddejja 11-il xahar. Il-Gvern iddiskuta din il-materja u pprovda l-informazzjoni kollha waqt dibattitu parlamentari mifrux fuq żewġ seduti fejn il-Gvern ta informazzjoni u provda kjarifiki għall-mistoqsijiet kollha li resqet l-oppożizzjoni.
Leg 11 PQ #19648 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ittra ta' tweġiba lill-Kummissjoni Ewropea

Question

Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-ittra ta' tweġiba li l-Gvern Malti bagħat jekk hu l-każ lill-Kummissjoni Ewropea bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissarju Barnier li tirrigwardja l-għoti tat-tender għall-estensjoni tal-power station ta' Delimara lill-BWSC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif inhu magħruf dawn il-proċeduri mal-Kummissjoni Ewropea huma kunfidenzjali sakemm jiġu konklużi.

Dar Malta fi Brussell

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġiet tiswa Dar Malta fi Brussell biex tlestiet? Jista' jgħid ukoll jekk hijiex lesta kompletament? Jista' jgħid x'tip ta' revenue jew dħul ieħor il-Gvern Malti daħħal mill-binja ta' Dar Malta u cioe jekk kienx hemm xi trasferiment ta' parti mill-proprjetà kollha lil terzi kemm bi ħlas, kif ukoll mingħajr ħlas, u kemm kien il-ħlas jekk hu l-każ u min huma l-persuni li favur tagħhom sar dan it-trasferiment?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Dipartiment taċ-ċittadinanza — għoti ta' ċittadinanza

Question

B'referenza għall-filetal-individwu li dettalji dwaru qed jintbgħatu separatament, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija ilha xhur sħaħ biex tibgħat it-tagħrif u l-partikularitajiet tiegħu lid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza minħabba t-talba tiegħu għall-għoti taċ-ċittadinanza?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sabiex isiru l-verifiki meħtieġa jirrikjedu ċertu ammont ta’ żmien. Però infurmat ukoll illi t-tagħrif meħtieġ intbghat lid-Dipartiment.

Bord li jisma l-appelli u oġġezzjonijiet fuq claims

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ltaqa' l-aħħar il-Bord li jiddeċiedi u jisma' l-appelli u/jew oġġezzjonijiet fuq claims magħmula minn min jirċievi l-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar darba li l-Bord fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma ltaqa kien fl-ewwel t’ Ottubru 2010. Dan il-Bord jara ‘claims’ dwar konsum ta’ ilma għoli.

Kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document għall-estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document li ġabret il-BWSC għall-estensjoni tal-power station ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kopja tal-Kundizzjonijiet ġenerali u t-tender document għall-estensjoni tal-power station, maħruġa nhar il-11 ta’ Novembru, 2006, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korporazzjoni Enemalta u WSC — bill calculator

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17449 u jgħid għaliex fil-web page tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta, il-bill calculator ma kenitx qiegħda tiffunzjona għal dawn l-aħħar xhur? Jista' jispjega din l-ineffiċjenza meta suppost bl-ARMS Ltd l-affarijiet isiru aktar effiċjenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17449.