Jista' l-Prim Ministru jgħid u jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-allokazzjoni finanzjarja kunsill b'kunsill fuq kull item differenti ta' dawn l-aħħar 4 snin u kif wasal għal dawn il-figuri kunsill b'kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għall-perjodu ta’ żmien indikat mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll spjegazzjoni ta’ kif kienet ikkalkulata kull allokazzjoni għal dan l-istess żmien.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar ħames snin id-dipartiment waqqaf kunsilli milli jagħmlu attivitajiet u jgħid għal liema raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onorevoli Interpellant japprezza li l-informazzjoni li qed jitlob hi waħda mill-aktar vasta u titlob użu estensiv ta’ riżorsi umani u ħin min-naħa tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jiġbor l-informazzjoni kollha. Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq informazzjoni dwar xi każ partikolari nistiednu jgħaddili d-dettalji li għandu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-parkeġġ tal-korsa tal-Marsa jkun riabilitat u minnu jkun offrut park and ride service? Jista' jgħid min kien ħareġ b'din l-idea u min se jibbenefika minn dan il-park and ride?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi parti mir- riforma tat- trasport pubbliku tinkludi l-ħsieb sabiex jiġu żviluppati aktar Park and Rides ġewwa Malta u dan wara s- suċċess li kiseb l-ewwel Park and Ride li kien ġie introdott ġewwa l- Floriana. Il-parkeġġ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant se jiġi żviluppat f'wieħed minn tliet park and rides li se jkollna ġewwa Malta.
Infurmat ukoll li barra l- faċilita ta' pparkjar ta' vetturi, din il- faċilita sejra isservi wkoll bħala
interchange
u għaldaqstant, dawk il-persuni illi sejrin jużaw din il-faċilità se jkunu jistgħu jagħmlu użu minn numru ta' rotot, li jitilqu minn din il-faċilità lejn diversi lokalitajiet oħra.
kwestjoni dwar vannijiet bil-pjanċi mir-Renju Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex vannijiet li jintużaw bħala minibus garage hire jistgħu jinġiebu second hand mill-Renju Unit u jingħataw pjanċi filwaqt li karozzi chauffeur driven iridu jkunu ġodda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-eta` massima ta' ħames snin applikabbli għar-reġistrazzjoni ta' vetturi b'aktar minn tmien sedili minbarra x-xufier, li jintużaw għall-ġarr ta' passiġġieri b'kiri jew b'kumpens hija stabbilita fir-Regolamenti dwar Servizzi ta' Ġarr ta' Passiġġieri, li daħlu fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2009 wara proċess sħiħ ta' riforma f'dan is-settur.
Mill-banda l-oħra, il-qafas regolatorju kurrenti applikabbli għal vetturi li jġorru sa' massimu ta' tmien passiġġieri minbarra x-xufier u li jinkrew taħt Liċenzja ta' Garaxx ta' Servizz Pubbliku, jimponi li dawn it-tip ta' vetturi jridu jkunu ġodda. Fil-mument dan il-qafas regolatorju qiegħed jiġi rivedut u Transport Malta għaddejja b'diskussjonijiet mar-rappreżentanti ta' dan is-settur bil-għan li r-riforma f'dan il-qasam tkun konkluża din is-sena stess.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-appikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għandha qed tiġi proċessata flimkien mal-ħafna applikazzjonijiet oħra li d-Dipartiment taċ-Cittadinanza u tal-Expatriates għadu qiegħed jipproċessa.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — każ ta' separazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, qiegħed imniżżel mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala separat meta l-każ ta' separazzjoni tiegħu għadu mhux deċiż u quindi għadu legalment miżżewweġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha jew iċċempel fuq in-numru 159 għall-informazzjoni meħtieġa. .
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta ta' Malta għall-ittra tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-power station ta' Delimara u jippubblika ukoll il-korrispondenza li rċieva bir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea li mhux se tkompli bl-infringement procedures kontra Malta f'dan il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-korrispondenza relatata mas-sustanza tal-infringement hija diġà fid-dominju pubbliku.
Xatt ta' Marsaxlokk — railings tal-ħadid madwar ix-xatt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fix-xatt ta' Marsaxlokk hux se jkun hemm railing tal-ħadid madwar ix-xatt kollu li jifred fejn kien pavimentat minn mal-baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li se jitwaħħlu railings tal-ħadid fejn hemm l-islipways iż-żgħar li jisporġu ġol-promenade. Mhux ippjanat li jsir railings tul il-promenade minħabba li b'hekk jingħalaq l-aċċess għas-sajjieda li jużaw dan il-moll. Dan ġie deċiż bi qbil mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk twaqqfux milli joħorġu resident permits u permessi oħra għal dawk il-persuni barranin li jkunu se jixtru proprjetà f'Malta? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'mod ġenerali permessi ta' residenza jinħarġu sabiex persuni barranin jirrisjedu Malta. Dwar permessi li persuni barranin jeħtieġu biex jixtru proprjetà nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk twaqqfux milli joħorġu resident permits u permessi oħra għal dawk il-persuni barranin li jkunu se jixtru proprjetà f’Malta? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv jista' jgħid x’inhi r-raġuni wara din id-deċizjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22670.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Dar Malta fi Brussell biex tlestiet? Jista' jgħid ukoll jekk hijiex lesta kompletament? Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta’ revenue jew dħul ieħor il-Gvern Malti daħħal mill-binja ta’ Dar Malta u ċioe jekk kienx hemm xi trasferiment ta’ parti mill-proprjetà kollha lil terzi, kemm bi ħlas kif ukoll mingħajr ħlas, u kemm kien il-ħlas jekk hu l-każ u min huma l-persuni li favur tagħhom sar dan it-trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 3185 u 19288.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gabbani fil-bus terminus ta’ Bieb il-Belt? Jista' jgħid kemm minnhom iħallsu l-kera u kemm hi din il-kera? Kemm minn dawn il-gabbani ma kellhomx il-kirja mġedda minħabba l-proġett ta’ Bieb il-Belt? Jista' jgħid jekk dawn il-gabbani li tneħħew hux se jkollhom post alternattiv jew jekk il-persuni li joperaw minnhom kellhomx jew ingħatawx xi forma ta’ kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-bus terminus ta’ Bieb il-Belt hemm 30 gabbana. 22 minn dawn il-gabbani kellhom il-kirja tagħhom itterminata minħabba l-proġett ta’ Bieb il-Belt iżda ngħataw permess biex jokkupaw dawn il-gabbani mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2011 bil-ħlas pro-rata tal-kera li kienet titħallas qabel, kif muri fit-tabella annessa li qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Barra minn hekk, hemm 8 gabbani oħra li m’għandhom l-ebda kirja mid-Dipartiment tal-Artijiet.
Rigward l-aħħar żewġ partijiet tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20831, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-benefiċċji li ngħataw għall-kont tad-dawl u ilma li ma ssarfux minħabba li l-account holder kien laħaq miet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant kien hemm numru ta’ ċekkijiet li ma ssarrfux, minħabba li sid il-kont tal-post fejn jkun ntbagħat iċ-ċekk, jkun miet u għalhekk min ikun għadu jgħix fil-post, ma jkunx jista jsarrfu sakemm il-post ma jkunx ġie mniżżel fuq ismu.
Kien hemm 3,447
account holder
ġdid li nħoloq fis-sistema matul dan l-istess perijodu. Uħud minn dawn nħolqu speċifikatament minħabba ċirkustanzi kif msemmijja hawn fuq. Oħrajn nħolqu minħabba applikazzjonijiet ġodda ta’ konsumaturi differenti u mhux relatati ma’ dawn il-każijiet.
Jista' l-Ministu jgħid għaliex il-meter tad-dawl tal-fond li d-dettalji dwaru qed jintbgħatu separatament, reġa' twaħħal u b’hekk reġa' ġie konness is-servizz tal-elettriku fil-fond in kwestjoni nhar il-Ġimgħa 1 t’Ottubru 2010 bil-lejl u dan minkejja li l-individwu li fuqu qiegħed dan il-meter li d-dettalji tiegħu qed jintbgħatu separatament, kien talab li tali meter jinqala’ u s-servizz jiġi sospiż u ma kien hemm l-ebda talba oħra li jerġa' jitħwahhal is-servizz fuq ismu? Jista' jgħid ukoll għaliex il-meter tal-ilma fuq dan il-fond u fuq isem l-istess persuna ma nqalax minkejja li saret talba apposta biex jinqala’? Jista' jgħid min ta l-ordni biex dan il-meter tad-dawl jitwaħħal mill-ġdid u jerġa' jkun hemm servizz tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-elettriku għal post imsemmi ġie maqtugħ fis-26 ta’ Mejju 2010. L-applikazzjoni għat-tneħħija ta’ dan il-meter ma tistax tiġi attwata peress li ma ġiex mgħoti aċċess għall-post mill-applikant, liema applikant mhuwiex l-okkupant tal-post. Is-servizz tal-elettriku reġa’ ingħata lura fl-1 t’Ottubru 2010 wara li ġew imħallsa d-djun kollha. Enemalta mxiet skont parir legali li ngħatat. Fil-każijiet fejn il-konsumatur li jkun rreġistrat joġġezzjona għall-account li jkun fuq ismu, l-Enemalta titrasferixxi l-account fuq min ikun qed jokkupa l-post.
Rigward l-parti tad-domanda li tikkonċerna l-
meter
tal-ilma, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul ix-xahar ta Ġunju, l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marret fuq il-post biex tesegwi t-tneħħija tal-
meter
iżda ma’ ġietx mgħotija l-aċċess għall-post fejn jinsab l-fond imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gabbani fil-bus terminus ta’ Bieb il-Belt? Jista' jgħid kemm minnhom iħallsu l-kera u kemm hi din il-kera? Kemm minn dawn il-gabbani ma kellhomx il-kirja mġedda minħabba l-proġett ta’ Bieb il-Belt? Jista' jgħid jekk dawn il-gabbani li tneħħew hux se jkollhom post alternattiv jew jekk il-persuni li joperaw minnhom kellhomx jew ingħatawx xi forma ta’ kumpens?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20831 jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-benefiċċji li ngħataw għall-kont tad-dawl u ilma li ma ssarfux minħabba li l-account holder kien laħaq miet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru, b’referenza għal mistoqsija tal-mistoqsija parlamentari 21760, jgħid għaliex fil-każi għall-promozzjonijiet ta' Manager Large Scale Topographic Mapping u Manager Topographic Product Development, li kienu ħarġu qabel l-elezzjoni tal-2008, kien intalab kwalifiki akkademiċi u ħames snin esperjenza, filwaqt fil-każ tal-applikazzjoni ta’ Team Manager Geodesy, Survey u Ground Control, li hu grad ekwivalenti għat-tnejn preċedentement imsemmija, ma ntalbux l-istess kriterji, jiġifieri, kwalifiki akkademiċi u ħames snin esperjenza, imma ntalab biss ħames snin esperjenza u dan meta fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 21760 ġie kkonfermat mill-istess Prim Ministru li hemm nies akkademikament kwalifikati? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-promozzjonijiet u msemmija fil-mistoqsija parlamentari 21760 jaqgħu taħt l-istess ftehim kollettiv?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jaħsibx li din l-ħatra fl-awtorità ġietx tailor made għal xi persuna partikolari ladarba l-applikazzjonijiet li ħarġu taħt l-istess ftehim kollettiv ma ġewx mitluba l-istess rekwiżiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ftehim kollettiv tal-gradi professjonisti fil-MEPA jagħti dritt li f'każi fejn il-kandidati jkollhom l-esperjenza ekwivalenti, din ukoll ti[i meqjusa b]ala wa]da mir-rekwisti. Għalhekk f'dan il-każ partikolari tas-sejħa li ħareġ fil-2010, l-impjegati li għandhom kwalifika fis-Surveying flimkien ma’ 5 snin esperjenza jew ikollhom esperjenza fi grad professjonali b'iktar minn 5 snin esperjenza fis-Surveying setgħu japplikaw. Ta' min isemmi li s-sej]a tistabilixxi rekwiżiti oħra barra kwalifiki u esperjenza. Fil-każ tal-applikazzjonijiet li ħarġu fl-2008, dawn kienu jitolbu kwalifika u ħames snin esperjenza relevanti,
Hekk kif huwa msemmi iktar l'fuq dawn is-sejħiet jaqgħu taħt l-istess ftehim kolletiv li jagħti dan id-dritt lill-management. Ta' min isemmi li din is-sejħa kienet `irkolata mal-impjegati kollha u dawk li kienu nteressati setgħu japplikaw biex jiġu kkonsidrati.
L-Awtorita' ser tipproċessa din is-sejħa ta' l-applikazzjoni skond il-proċeduri stabbiliti fil-ftehim kolletiv.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta ta' Malta għall-ittra tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-power station ta' Delimara u jippubblika ukoll il-korrispondenza li rċieva bir-risposta tal-Kummissjoni Ewropea li mhux se tkompli bl-infringement procedures kontra Malta f'dan il-każ?
appelli pendenti quddiem l-uffiċċju tal-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm matul dawn l-aħħar tliet snin, appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali? Tista' tikkonferma li dawn il-persuni ma jirċievu l-ebda benefiċċju soċjali sakemm jinstema' l-appell tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta jkun hemm proċedura ta’ appell għaddejja ma tistax tgħid li l-ebda benefiċċju ma jkun qed jitħallas. Jekk l-appell jkun dwar jekk persuna hiex intitolata għal benefiċċju, pensjoni jew għajnuna partikolari, dak il-benefiċċju, jew dik il-pensjoni jew għajnuna partikolari ma tkunx qed titħallas matul l-perjodu ta’ l-appell.
Iżda, jekk l-appell ikun dwar ir-rata tal-benefiċċju, pensjoni jew għajnuna li tkun qed titħallas, il-benefiċċju, pensjoni jew għajnuna tkun għadha qed titħallas lil benefiċċjarju bir-rata li tkun qed tiġi kkontestata.
Il-benefiċċjarju jista’ jkun qed jirċievi xi benefiċċju ieħor li mhux qed ikun ikkontestat waqt li l-proċedura ta’ appell tkun għaddejja. Jista’ jkun li membri oħra fl-istess familja jkun qed jirċievu benefiċċju separati.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika dwar l-ammont ta' appelli pendenti quddiem l-uffiċċju tal-Arbitru tas-Sigurta' Soċjali.