Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bugibba — stabbilimenti li għadhom m'għalqux

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega kif wara r-rapport datat 9 ta’ Settembru 2011 fit-timesofmalta.com, fejn ġie rrapurtat li fost stabbilimenti oħra hemm il-Fuyi Cantonese Cuisine u l-kċina ta’ Travellers Lodge u Cafelatte f’Buġibba kellhom jagħlqu, dawn għadhom miftuħin u joperaw bla ebda xkiel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jippublika press release kull xahar dwar l-attivitajiet mwettqa mill-Ispetturi tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan l-istess Direttorat. Fid-9 ta’ Settembru 2011 ġiet pubblikata stqarrija dwar ix-xogħol li kien mwettaq fix-xahar preċedenti. L-istqarrija tirreferi li l-imsemmija tlett stabbiliment ġew magħluqa mill-Awtorita tas-Saħħa matul ix-xahar ta’ Awwissu. Dawn kienu ġew magħluqa fis-17 ta’ Awwissu 2011. Filwaqt li l-istabbilimenti Fuyi u Caffe Al Latte nfetħu fis-6 ta’ Settembru 2011 wara li saru ix-xogħolijiet neċessarji mill-persuna responsabbli, l-kċina tal-lukanda Travellers Lodge għada magħluqa sa’ llum. Dan reġa ġie kkonfermat waqt spezzjoni li saret fil-20 ta’ Settembru 2011 minn uffiċjali ta’ l-istess Direttorat.
Leg 11 PQ #28162 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bugibba — stabbilimenti li għadhom m'għalqux

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif wara r-rapport datat 9 ta’ Settembru 2011 fit-timesofmalta.com, fejn ġie rrapurtat li fost stabbilimenti oħra hemm il-Fuyi Cantonese Cuisine u l-kċina ta’ Travellers Lodge u Cafelatte f’Buġibba kellhom jagħlqu, dawn għadhom miftuħin u joperaw bla ebda xkiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li fis-26 ta’ Awwissu nħarġet Enforcement Notice biex it-Travellers Lodge u l-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-lukanda jieqfu milli joperaw. Waqt spezzjoni oħra li saret fit-22 ta’ Settembru nstab li l-kċina tat-Travellers’ Lodge u l-Fuji kienu magħluqa. L-istabbiliment magħruf bħala Cafe Latte li jifforma parti mill-lukanda kien qed jopera bi ksur tal-Enforcement Notice maħruġa fis-26 ta’ Awwissu. Sid l-istabbiliment ġie magħruf li ser jittieħdu passi ulterjuri minħabba ksur tal-Enforcement Notice.

Transport Malta — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, fejn saru x-xogħlijiet minn Transport Malta in konnessjoni mar-riforma tat-trasport pubbliku, u jindika t-toroq fejn sar ix-xogħol u l-ispiża ta' kull biċċa xogħol, b'mod partikolari xogħlijiet fejn se jkun hemm bus stops u bus interchanges?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Arloġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għandhiex xi arloġġ tad-dawl jew ilma intestata fuqha? Jekk iva, jista' jgħid fuq liema indirizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba raġunijiet ta’ Data Protection, ma tistax tingħata din it-tip ta’ informazzjoni personali, rigward dettalji fuq servizzi tal-klijent.

Benefiċċju tad-dawl u ilma

Question

Tista' l-Ministru tghid il-persuni, li d-dettalji taghhom qed jintbagħtu separatament, kemm-il beneficcju tad-dawl u ilma rċevew mis-sena 2006 sal-lum u kemm minn dawn il-beneficcji effettivament ġew użati u minn min?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba ser tintbagħat lil persuna li skont ir-rekords tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li hi l-persuna li hi rreġistrata bħala l- account holder u għaldaqsant nikkonferma li l-benefiċċju għall-Enerġija jitħallas direttament lilha.

Benefiċċju tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tghid il-persuni, li d-dettalji taghhom qed jintbagħtu separatament, kemm-il beneficcju tad-dawl u ilma rċevew mis-sena 2006 sal-lum u kemm minn dawn il-beneficcji effettivament ġew użati u minn min?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Politika Soċjali.

Kwerela — investigazzjoni tal-emails

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-kwerela tal-persuni, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, liema kwerela kienet titratta talba lill-pulizija biex jinvestigaw emails li rċevew dawn il-persuni b'kontenut malafamanti u inġurjuż u li s'issa l-pulizija għadha ma tat l-ebda informazzjoni nonstante li għaddew aktar minn sitt xhur mid-data ta' din il-kwerela?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni msemmija mill-Onorevoli Interpellant kienu għamlu rapport fis-6 ta’ Novembru tas-sena l-oħra dwar xi e-mails li kienu rċevew f’Mejju tal-istess sena. Infurmat ukoll illi dan ir-rapport kien ġie investigat mill-Pulizija u l-kwerelenti kienu ġew infurmati bl-eżitu ta' din l-istess investigazzjoni.

Rapport ta' theddid b'telefon u mobile

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minn rapport magħmul minn persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, dwar allegat theddid u inġurji bit-telefon u l-mobile minn persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, liema rapport sar fl-għassa ta' Birkirkara? Jista' jgħid għaliex il-pulizija s'issa ma ħarġitx iċ-charges u l-akkużi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-telefonati li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant kienu saru minn żewġ settijiet tat-telefon separati. Infurmat ukoll illi waħda minn dawn it-telefonati kienet ġiet magħrufa u l-akkużi f'dan ir-rigward ħarġu, filwaqt li l-investigazzjoni dwar it-telefonata mis-sett l-ieħor għadha għaddejja.

Transport Malta — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, fejn saru x-xogħlijiet minn Transport Malta in konnessjoni mar-riforma tat-trasport pubbliku, u jindika t-toroq fejn sar ix-xogħol u l-ispiża ta' kull biċċa xogħol, b'mod partikolari xogħlijiet fejn se jkun hemm bus stops u bus interchanges?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Toroq li huma magħluqa jew parzjalment inaċċessibli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u kien hemm toroq magħluqa jew inaċċessibbli parzjalment jew totalment matul ix-xahar ta' Mejju u x-xahar ta' Ġunju minħabba xi tip ta' xogħol li kien qed isir jew sar fihom? Jista' jindika t-toroq liema kienu triq triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni mitluba jirrikjedi eżerċizzju estensiv b'numru ta’ riżorsi. Sakemm ma jkunx ġustifkat il-ħtieġa tal-informazzjoni jew l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fid-domanda tiegħu ma narax li tali eżerċizzju għandu jsir.

Pulizija — passi kontra persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Pulizija għadhom ma ħadux passi kontra l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, wara diversi rapport, sitta b’kollox magħmula minn persuni, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jista' l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu fil-konfront tiegħu u meta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fejn irriżulta li kienu ġew komessi xi reati kriminali mill-persuna msemmija, il-Pulizija ħarġet it-taħrikiet. Hemm proċeduri pendenti quddiem il-Qorti mas-seduta tad-Distrett u dawn qegħdin appuntati għas-seduta tal-15 ta’ Diċembru 2011. Ġie ppreżentat rikors mill-Pulizija sabiex dan il-każ jinstema’ f’data ferm aktar viċina.
Leg 11 PQ #25009 Sitting 348 2011-05-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — ittri legali f'forma ta' ċitazzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23149, jista' l-Prim Ministru jispjega liema kunsilli lokali jew kumitati konġunti qed ifittxu u jibagħtu ittri legali għal ċitazzjonijiet mhux imħallsa? Jista' jgħid min huma l-konsulenti legali li qed jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u jekk hux qed jagħmluh għall-kunsilli individwalment jew għall-kumitat konġunt? Jista' jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol u jekk il-kunsilli lokali qed iħallsux għal dan is-servizz direttament jew jekk dan is-servizz jagħmilx parti minn kuntratt li diġà għandhom il-kunsilli lokali jew kumitati konġunti ma' terzi u dan is-servizz hu inkluż fil-prezz ta’ dan il-kuntratt u allura xorta l-ħlas isir minn fondi pubbliċi? Jista' jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx jew kellhomx say fl-għażla tal-konsulenti legali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm diversi kunsilli lokali u kumitati konġunti għaddejjin bi proċess ta’ debt collection, ilkoll fi stadji varji. Kull kunsill lokali jew kumitat konġunt (skont il-każ) jaddotta dik is-sistema ta’ debt collection li jqis bħalai l-aktar effiċjenti għalih. Infurmat ukoll li kull kumitat konġunt għandu kuntratt mas- service provider tas-sistema tal-infurzar lokali, liema kuntratt jipprovdi għal debt collection , fejn il-kuntratt stess jirrikjedi li dan il-proċess irid ikun iddisinjat u maqbul mal-klijent. Dan il-kuntratt jistabilixxi li ma hemm l-ebda fee tas-servizz mogħti mis- service provider tas-sistema tal-infurzar lokali. Għalhekk hemm biss third party fees li jkunu maqbula u aċċettati mill-Kunsill Lokali jew mill-kumitat konġunt rispettiv. Madanakollu kull Kunsill Lokali u kull kumitat konġunt mhux marbut li juża lis- service provider tas-sistema tal-infurzar lokali, iżda jista’ jagħżel li jqabbad lil kwalunkwe persuna jew entità oħra skont id-diskrezzjoni tiegħu għal dan l-iskop. Fil-fatt hemm xi Kunsilli Lokali u kumitati konġunti li nkarigaw lil persuni oħrajn, u ċioe mhux lis- service provider , biex jagħmel id- debt collection .

Applikazzjoni għaċ-ċittadinanza

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza ta’ persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'dan l-istadju m'għandi xejn aktar xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 23581.

Bus lanes

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn se jsiru bus lanes fit toroq tal-gżejjer Maltin? Jista' jgħid kienx hemm konsultazzjoni mal-kunsilli lokali dwar fejn ser isiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 24915. Peress li dan is-suġġett għadu fil-fażi ta' studju u ppjanar, jien infurmat li s'issa ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-kunsilli lokali konċernati.

Mosta — Pjazza Rotunda - reserved bay għal bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li fi Pjazza Rotunda l-Mosta tneħħiet reserved bay minn quddiem bank kummerċjali li kienet hemm għas-sigurtà tal-impjegati tal-bank u minflok se jsir bus stop jew post fejn jieqfu tal-linja?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-imsemmija Keep Clear Bay ma tneħħietx imma ġiet inkorporata fid-disinn tax-xogħlijiet li qed isiru fl-area msemmija
Leg 11 PQ #25009 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Interim From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — ittri legali f'forma ta' ċitazzjonijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23149, jista' l-Prim Ministru jispjega liema kunsilli lokali jew kumitati konġunti qed ifittxu u jibagħtu ittri legali għal ċitazzjonijiet mhux imħallsa? Jista' jgħid min huma l-konsulenti legali li qed jagħmlu dawn ix-xogħlijiet u jekk hux qed jagħmluh għall-kunsilli individwalment jew għall-kumitat konġunt? Jista' jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol u jekk il-kunsilli lokali qed iħallsux għal dan is-servizz direttament jew jekk dan is-servizz jagħmilx parti minn kuntratt li diġà għandhom il-kunsilli lokali jew kumitati konġunti ma' terzi u dan is-servizz hu inkluż fil-prezz ta’ dan il-kuntratt u allura xorta l-ħlas isir minn fondi pubbliċi? Jista' jgħid jekk il-kunsilli lokali għandhomx jew kellhomx say fl-għażla tal-konsulenti legali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li billi l-informazzjoni għadha qed tinġabar it-tweġiba ser tinghata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25147 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru elettorali — pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li wara l-1 ta' Ottubru 2010 se jkunu qed jikkwalifikaw li jivvutaw skont ir-reġistru elettorali li dalwaqt ikun ippubblikat u għal liema raġuni dawn se jikkwalifikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li daħħlu ġodda bħala votanti reġistrati fir-Reġistru Eletorali li qed ikun ppublikat dan ix-xahar huwa ta’ 3,064. Dawn jikkwalifikaw skont kriterji stabiliti mill-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354).

Air Malta — tnaqqis ta' impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu proġettat li l-Air Malta tiffranka flus jekk tnaqqas 600 impjegat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjalment sensittiva.

Barraka ta' Fuq — attivitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar tmien snin kemm kien hemm entitajiet mhux tal-gvern li ingħataw permess jagħmlu attività fil-ġonna tal-Barrakka ta' Fuq? Jista' jgħid jekk kienx hemm fost dawn l-attivitajiet receptions ta' tieġ? Jista' jgħid xi kriterji jew proċeduri jsiru biex ikun deċiż kif u x'attività tkun organizzata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li biex jinħareġ permess għal attivita fil-Barrakka ta' Fuq organizzatur irid japplika l-uffiċċju tal-Malta Embellishment Landscaping Project. Kwalunkwe applikazzjoni għal attivita li ma tpoġġiex il-ġnien taħt riskji u li ma jaffettwawx l-egħluq tal-ġnien għall-pubbliku tkun aċċettata. L-unika eċċezzjoni rigward l-għeluq għall-pubbliku tal-ġnien tapplika biss għal dawk l-attivitajiet organizzati fuq skala uffiċjali mill-Gvern. In-numru ta’ entitajiet mhux tal-gvern li ingħataw permess jagħmlu attivita fil-ġonna tal-Barrakka ta’ Fuq tul dawn l-aħħar 8 snin kienu kif ġej: 2003 2004 2005 2006 2007 2008 2009 2010 9 13 12 18 35 29 18 28 Preżentement ma jiġux aċċettati talbiet għal receptions ta’ tiġijiet iżda matul dawn is-snin ingħataw biss 4 permessi għal tiġijiet bl-aħħar permess kien ingħata fl-2007.