Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani li bbenefikaw mill-għotja tal-Budget

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani 'l fuq minn 80 sena li bbenefikaw mill-għotja ta' €300 tal-budget?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa qed isiru l-preparamenti kollha biex l-għotja ta’ €300 lill-anzjani ‘l fuq minn 80 sena mħabbra fid-diskors tal-budget, tingħata fl-iqsar żmien possibli.

Applikazzjonijiet approvati għaċ-ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija mill-1 ta' Jannar 2011 sas-26 ta' Jannar 2012 xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija — Kavallerija - xiri ta' silla taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Korp tal-Pulizija preċiżament fis-sezzjoni tal-kavallerija qattx kien hemm xi żball fix-xiri tas-silla taż-żwiemel? Jista' jgħid ta' min kien l-iżball u min kien responsabbli meta sar dan l-iżball jekk kien hemm? Jista' jgħid jekk xi ħadd minn dawn responsabbli minkejja dan l-iżball ingħatax promozzjoni? Jista' jgħid jekk ix-xiri tas-silla qed isirx b'tender jew jingħatax b'direct order?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2008 kien beda jiġi diskuss u kkunsidrat jekk kellux ikun hemm tibdil fl-għalf li kien qed jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija. F’dawn il-laqgħat kien hemm opinjonijiet differenti dwar liema kien l-aħjar għalf. Għaldhekk intalbu l-pariri ta’ diversi veterinarji biex jiġi stabilit l-aħjar dieta li kellha tingħata liż-żwiemel tal-Pulizija. Irriżulta illi l-għalf (silla) li kien qed jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija kien wieħed tajjeb u addatat. Madankollu fuq pariri tal-veterinarji u l-uffiċjali nkarigati minn din it-Taqsima, kien ġie deċiż ukoll li mal-għalf li kien qed jingħata, jibda jingħata wkoll taħlita ta’ felu. Matul dan il-proċess kien gie innutat li l-Pulizija kienet qed tħallas tal-għalf skont il-prezz tal-aħħar tender u mhux fuq il-kwotazzjoni li kienet intalbet f’Mejju tal-2008, li kienet irħas fil-prezz. Minnufih ittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-ħlas żejjed li kien laħaq sar, dan jinġabar lura skont il-prezz tal-kwotazzjoni l-ġdida. Wara taħdidiet mal-kuntrattur in kwistjoni, l-ammont ta’ silla żejda li kienet tħallset ġiet irkuprata kollha lura. Kif spjegat hawn fuq, ma’ jirriżultax li dan kien xi żball ta’ xi persuna jew persuni partikolari, imma konsegwenza ta’ proċess li ħa ftit taż-żmien sabiex jintgħazel liema hu l-aħjar għalf li kellu jingħata liż-żwiemel tal-Pulizija. L-għalf taż-żwiemel ġeneralment jinxtara permezz ta’ tender, pero’ kien hemm żmien, partikolarment matul il-proċess fuq imsemmi li dan l-għalf kien inxtara permezz ta’ proċess ta’ kwotazzjonijiet mitluba. Fil-preżent, għadha kif inħarġet tender għax-xiri tal-felu u fil-futur qarib għandha toħorġ tender oħra għax-xiri tas-silla.

MCAST — għalliem tal-accounts

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hux minnu li l-istudenti tal-ewwel sena fl-MCAST m'għandhomx għalliem tal-accounts?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġie deċiż li l-unit ‘Business Accounting – Unit 5’ jingħata fis-semestru li ġej, li jibda x-xahar id-dieħel.

immigranti irregolari mingħajr dokumenti ta' identifikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-immigranti irregolari li daħlu f'Malta fl-aħħar ħames snin, daħlu mingħajr dokumenti ta' identifikazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mis-7,532 immigrant illegali li waslu Malta mill-2007 ‘l hawn, 7,156 kienu mingħajr ebda dokument ta’ identifikazzjoni.
Leg 11 PQ #30191 Sitting 410 2011-11-21 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Minuti tal-laqgħat tal-Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega kif is-Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier qal fuq programm televiżiv li kellu dokumenti ossia l-minuti ta' laqgħat tal-Kabinett meta dawn huma sigrieti? Jista' jgħid kif dawn waslu għand is-Segretarju Ġenerali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari 29892.

Housing — Każ ta' persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, peress li din il-familja qed tgħix fi stat pjetuż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikanta in kwestjoni toqgħod diġà ġo post tal-gvern. Dan il-post jinsab f’qagħda pjetuża peress li l-inkwilin qatt m’għamlet xogħlijiet ta’ manutenzjoni ordinarja. L-applikanta għandha arretrati ta’ kera li jammontaw għas-somma ta’ € 4,018.92 u qiegħda tintalab tirregola l-pożizzjoni tagħha.

Ambaxxata Maltija fi Brussel — spiża

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm hi l-ispiża tal-gvern u tal-ambaxxata Maltija fi Brussell biex Richard Cachia Caruana jiġi Malta u jmur lura?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellan li s-Sur Richard Cachia Caruana jaqdi zewg funzjonijiet mal-gvern, dak ta’ Raprezentant Permanenti ta’ Malta ghall-Unjoni Ewropeja, kif ukoll dak ta’ adviser lill-Prim Ministru għall-Affarijiet Ewropej. L-ewwel rwol jeħtieġ il-preżenza regolari ta’ s-Sur Cachia Caruana f’Brussel, waqt li t-tieni rwol jeħtieġ il-preżenza regolari tiegħu hawn Malta inkluż għal-laqgħat tal-Kabinett tal-Ministri. Meta wiehed iqis il-livell ta’ responsabbiltà ta’ dawn iż-żewġ funzjonijiet, kif ukoll l-esperjenza u expertise uniku li għandu s-Sur Cachia Caruana fil-qasam tal-Affarijiet Ewropew, anki li kieku l-ispejjeż tal-ivvjaggar kienu jitħallsu mill-Gvern Malti dawn kienu jkunu ġustifikati. Madankollu, ninfurma lill-Onoreveoli Interpellant li il-vjaggi kollha tas-Sur Cachia Caruana bejn Malta u Brussel u lura jikkwalifikaw għal ħlas lura li tagħti l-Unjoni Ewropea għal safar relatat ma’ laqgħat uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jiġu “refunded” mill-Unjoni.

Każ ta' frodi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir u x'sar issa dwar rapport li ġie preżentat mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, dwar allegat ta' frodi minn persuna barranija fil-konfront tiegħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni dwar ir-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadha għaddejja.

tariffa biex persuna ċċaqlaq meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi t-tariffa biex persuna ċċaqlaq il-meter tad-dawl mill-post fejn qiegħed għal xi post ieħor fl-istesss residenza?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tariffa biex iċċaqlaq il-meter tad-dawl fl-istess residenza hija €165.
Leg 11 PQ #29510 Sitting 399 2011-10-31 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill lokali Furjana — għeluq ta' car park ħdejn fosos

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali tal-Furjana se jagħlaq car park li hemm adjaċenti mal-Fosos tal-Furjana biex ikun akkomodat ċirklu għal żmien il-Milied u b'hekk jitnaqqsu n-numru tal-parkeġġi għall-persuni li jkunu jridu jmorru jixtru mill-Belt għal żmien il-Milied?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li s’issa l-kunsill lokali mhux se jgħalaq il-parkeġġ li qed jirreferi għalih l-Onor.Interpellant. Barra dan ħruġ ta’ permessi għal ċirklu mhuwiex fil-kompetenza tal-kunsilli lokali.

Għeluq ta' car park ħdejn il-fosos

Question

Jista l-Ministru jgħid għaliex se jingħalaq il-car park li hemm adjaċenti mal-Fosos tal-Furjana biex ikun akkomodat ċirklu għal żmien il-Milied u b'hekk jitnaqqsu n-numru tal-parkeġġi għall-persuni li jkunu jridu jmorru jixtru mill-Belt għal żmien il-Milied?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma sabet ebda oġġezzjoni wara li din ġiet ikkonsultata mill-Pulizija dwar talba biex jintrama ċirklu fil-car park li jmiss mal-Fosos tal-Furjana għall-perjodu ta’ bejn is-7 ta’ Diċembru 2011 u l-4 ta’ Jannar 2012. Din il-pożizzjoni ttieħdet abbażi tal-fatt li l-istess car park diġà intuża għall-istess għan u fl-istess perjodu fis-snin li għaddew, fosthom anki s-sena li għaddiet. Madankollu, ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni finali tittieħed mill-Pulizija wara konsultazzjoni li ssir ukoll mal-kunsill lokali konċernat.

Għeluq ta' car park ħdejn il-fosos

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex se jingħalaq il-car park li hemm adjaċenti mal-Fosos tal-Furjana biex ikun akkomodat ċirklu għal żmien il-Milied u b'hekk jitnaqqsu n-numru tal parkeġġi għall-persuni li jkunu jridu jmorru jixtru mill-Belt għal żmien il-Milied?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29511.

Fibromyalgia — Lista ta' mard

Question

B'referenza għat-tweġiba mistoqsija parlamentari 28656, tista' l-Ministru tgħid għaliex il-marda msemmija fil-mistoqsija għadha ma ddaħħlitx bħala waħda mill-mard li jikkwalifikaw għal għajnuna medika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Għajnuna għal Mard (għajnuna medika) tingħata lil persuni li qed isofru minn marda jew kundizzjoni li tista’ tittaffa jew tiġi kkurata b’dieta jew sistema ta’ kura speċjali. Kif spjegajt fit-tweġiba tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Numru 28656 skont informazzjoni li ntbagħtet mid-Dipartiment tas-Saħħa ma jidhirx li din il-kundizzjoni medika (Fibromyalgia) tista’ tittaffa jew tiġi kkurata b’dieta jew sistema ta’ kura speċjali u għalhekk ma tistax tiġi mdaħħla bħala waħda mill-mard li jikkwalifikaw għal Għajnuna għal Mard.

Qrati tal-Maġistrati — kawżi ta' libell

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' libell fil-Qrati tal-Maġistrati kontra l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Billi l-kunjom m'huwiex wieħed rari, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti aktar dettalji dwar l-individwu.

Arms Ltd — ħlas addizzjonali mal-kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Arms Ltd sabiex jiddaħħal xi ħlas ta' €70 addizzjonali mal-kont tad-dawl u ilma liema €70 jew somma oħra jitħallsu għax il-meter reader ma jkunx qara l-meter?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma hemm l-ebda ħsieb sabiex jiddaħħal xi forma ta ħlas addizjonali mal-kont tad-dawl u ilma.

Fibromyalgia — għajnuna medika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 28086, tista' l-Ministru twieġeb l-aħħar parti tal-istess mistoqsija u tgħid x'qed tistenna biex idaħħal din il-kundizzjoni fil-lista ta' mard li jikkwalifikaw għall-għajnuna medika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjoni medika msemmija ma ġietx imdaħħla fil-lista ta’ mard li jikkwalifikaw għall-Għajnuna medika għaliex skont informazzjoni li ntbagħtet mid-Dipartiment tas-Saħħa ma jidhirx li din il-kundizzjoni medika (Fibromyalgia) “tista tittaffa jew tiġi kurata b’dieta jew sistema ta’ kura speċjali” kif jitlob l-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318).

Fibromyalgia — għajnuna medika

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-kundizzjoni fiżika Fibromyalgia hijiex ikkunsidrata bħala marda għad-Direttorat tas-Sigurtà Soċjali? Tista' tgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-għajnuna medika li jagħmlu referenza għal din il-kundizzjoni fiżika? Jekk it-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija le, tista' tgħid x’qed tistenna biex din il-kundizzjoni tkun ikkunsidrata bħala marda għall-fini u l-effetti kollha tal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kundizzjoni fiżika Fibromyalgia mhix waħda mill-kundizzjonijiet mediċi elenkati fil-Ħames Skeda Taqsima I tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 381) bħala waħda mill-mard u kundizzjonijiet li dwarhom titħallas Għajnuna Medika. Mill-banda l-oħra jekk il-persuna li qed tbati minn din il-kundizzjoni medika tiġi kkunsidrata mill-bord mediku li ma tistax taħdem tista’ tingħata l-Għajnuna Soċjali jew Pensjoni għall-Invalidita’ skont kif ikun il-każ. Ninforma wkoll lill-Onor Membru li ma tinżammx statistika bil-kundizzjoni medika tat-talbiet li jsiru għall-Għajnuna Medika.
Leg 11 PQ #28159 Sitting 387 2011-10-03 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — żvilupp tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara

Question

Jista' l-Prim Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li japprova l-iżvilupp tal-estensjoni tal-power station ta’ Delimara? Jista' jgħid meta ħareġ dan? Jekk ma jinstab l-ebda permess, jista' jgħid jekk itteħditx enforcement notice fuq l-iżvilupp illegali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni PA 4854/09 ġiet approvata fl-20 ta' Mejju 2010. Kopja tal-permess li ħareġ fl-14 ta' Ġunju 2010 qed tigi annessa ma' din ir-risposta.

Bugibba — stabbilimenti li għadhom m'għalqux

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jispjega kif wara r-rapport datat 9 ta’ Settembru 2011 fit-timesofmalta.com, fejn ġie rrapurtat li fost stabbilimenti oħra hemm il-Fuyi Cantonese Cuisine u l-kċina ta’ Travellers Lodge u Cafelatte f’Buġibba kellhom jagħlqu, dawn għadhom miftuħin u joperaw bla ebda xkiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28161 li ser tingħata mill-Ministeru tas-Saħħa.