Jista' l-Ministru jweieġb mistoqsija parlamentari 35214 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm persuni li ħallsu l-liċenzji tat-televiżjoni għas-snin 2011 u 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ħallsu l-liċenzji tat-televiżjoni għas-sena 2011 kien 65,724 u għas-sena 2012 – (sal-aħħar ta’ Mejju) kien 4,622.
Jista' l-Prim Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe ftehim jew kuntratt, jekk hemm tal-lokazzjoni tal-binja li llum hi mikrija mill-Kummissarju tal-Pulizija jew mill-gvern u tintuża bħala Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-traskrizzjoni tal-kuntratti mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
allowance għal min ikun fil-kariga ta' Ministru u jieqaf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici hux se jibbenefika mill-miżura li daħħal il-gvern u cioè li dawk il-Ministri li ma jibqgħux fil-kariga jirċievu allowances għal sitt xhur sussegwenti it-tmiem tal-kariga tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt it-testing li qed isir tal-power station il-ġdida jew aħjar l-estensjoni jekk qed jintużax l-abatement equipment? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiffunzjona kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-testing u l-provi tal-impjant il-ġdid jnkludi wkoll l-‘Abatement Equipment’ u qed isir bħalissa. L-‘Abatement Equipment’ qed jintuża waqt il-ħin li l-impjant il-ġdid qed jiġi ttestjat, però hemm ħinijiet fejn partijiet tal-impjant jista’ ma jkunx qed jaħdem imħabba bżonn ta’ xi tibdil jew adjustments, li wara kollox huwa l-iskop tat-testing.
Jista' l-Ministru jikkonferma li qabel l-elezzjoni tal-2008 intbagħtu ittri fid-djar ma' Malta kollha jinfurmaw persuni li kienu applikaw għal qabar li issa kienu se jakkwistaw wieħed? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri intbagħtu? Jista' jgħid kemm minn dawn li irċevew l-ittri fil-fatt akkwistaw qabar? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvax il-bini ta' dawn l-oqbra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-2008 kienu ntbagħatu ittri b’informazzjoni lill-applikanti dwar lis-stadju tal-applikazzjoni sabiex jakkwistaw qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata. Fl-ittra l-applikanti kienu ukoll mistoqsija għadhomx interessati fl-applikazzjoni għall-akkwist ta’ qabar. Kienu ntbagħatu madwar 2,500 ittra.
Mill-2008 ma ġewx allokati oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata.
Fl-2007 kien ħareġ il-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-istess Ċimiterju.
L-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata tinsab fl-ewwel fażi tagħha cioe’ t-taħmil ta’ materjal.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, se jingħata transfer minn dan il-grad u jkun mibdil ma' xi ħaddieħor, meta bord ta' inkjesta mqabbad biex jinvestigah ma sab xejn kontra tiegħu anzi kellu kliem ta' tifħir fuq ix-xogħol tiegħu? Jista' jispjega ukoll l-għala l-overtime ta' dan l-individwu ma jkunx approvat meta tal-ħaddiema l-oħra ikun approvat hekk kif jidher fl-email mibgħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll fl-amministrazzjoni fil-Ministeru tiegħu datata 5 t'Ottubru 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li t-transfer ġie mitlub mill-impjegat innifsu. L-overtime jingħata skont l-esiġenza tas-servizz u b’mod responsabbli mill-management.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Minsitru tal-Affarijet Barranin jgħid x'kien il-kontenut diskuss fil-laqgħa li kellu mal-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nhar t-Tlieta 3 ta' April 2012 l-Ambaxxatur tal-Korea ta' Fuq kellu laqgħa ta' kortesija miegħi fuq talba tiegħu fi tmiem it-terminu tiegħu ta' Ambaxxatur akkreditat għal Malta
Waqt il-laqgħa ta' kortesija jien tkellimt fuq ir-rekord ta' turiżmu li kellha Malta fl-2011, fuq Malta li għandha l-akbar reġistru tal- vapuri fl-Ewropa, fuq il- Foreign Direct Investment għoli li għandha Malta u wkoll fuq ir-rata baxxa ta' qagħad li għandha Malta.
Awgurajt li taħdidiet tal-Korea ta' Isfel jergħu jibdew u jkomplu bi skop li jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi għal kwistjonijiet li hemm bejniethom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont tal-kontijiet tat-telefon, linja linja, li kull kunsill lokali għandu għas-sena 2010, 2011 u sa 31 ta' Marzu 2012? Jista' jippreżenta l-istess informazzjoni għax-xahar ta' Marzu 2012?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jiġbor l-informazzjoni rikjesta mill-Onorevoli Interpellant permezz ta' Memo 18/2012 li nħareġ mill-istess Dipartiment. Hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut, l-informazzjoni tkun ppreżentata fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru theddid ta' bomba fil-Qrati tal-Ġustizzja ta' Malta f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dettalji mitluba rigward numru ta bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin jinstabu hawn taht. Fil-Qrati Maltin bdew jinzammu s-statsitika ta’ Theddid ta’ Bomba mis-sena 2008.
Jista' l-Ministru jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra it-ticket bir-ritratt tal-ispeed camera tal-kontravenzjoni li d-dettalji tagħha qed tintbgħat separatament u liema ġiet deċiża fit-28 ta’ Mejju 2008?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Peress li prima facie l-informazzjoni mitluba ma tidherx li hija fl-interess pubbliku, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħti raġunijiet għaliex qed jitlob din l-informazzjoni flimkien mal-awtorizzazzjoni mingħand il-persuna nvoluta fil-kontravenzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm assistenti ġudizzjarji fil-Qorti tal-Familja? Jista' jgħid kemm ilhom biex jinħatru oħrajn ġodda?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja f’Malta:
Fid-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja hemm ħames (5) Assistenti Ġudizzjarju
part-time
u wieħed (1) Full-time jaħdmu fil-Qorti tal-Familja.
Ma jirriżultax li fil-Qorti tal-Familja hemm il-ħtieġa li jinħatru aktar Assistenti Ġudizzjarji.
Fil-Qorti ta’ Għawdex:
Fil-Qorti ta’ Għawdex hemm Assistent Ġudizzjarju wieħed li mhux biss jisma’ xhieda tal-Qorti tal-Familja, iżda kull xhieda oħra li jiġi assenjat jieħu mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), fid-diversi ġurisdizzjonijiet tagħha.
Ma jirriżultax li fil-Qorti ta’ Għawdex hemm il-ħtieġa li jinħatru aktar Assistenti Ġudizzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Air Malta qed tħallas kera għall-kmamar li jintużaw mil-loaders fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jista' jgħid għala ma jintużawx il-kmamar vojta fit-terminal l-antik?
Response (FENECH, TONIO)
L-Air Malta hija entita kummerċjali , u informazzjoni bħal din ma’ tigix ippublikata minħabba kunfidenzjalita.
Kulleġġ Dun Ġorġ Preca — cleaners fuq bażi part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-cleaners li jaħdmu fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca għadhom fuq bażi part-time u mhux full-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ingaġġ ta’ cleaners fl-iskejjel ta’ l-istat isir fuq bażi part-time minħabba li l-approvals li ngħataw għall-ingaġġ huma fuq bażi ta’ part-time u mhux full-time.
Bħal fi kwalunkwe skola oħra, il-
cleaners
fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca jaħdmu fuq bażi
part-time
skont is-sejħa għall-applikazzjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jikkonferma minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni li l-kunsilli lokali li qed japplikaw għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mal-MEUSAC mhux qed jiġu mejgħuna sal-iffirmar tal-grant agreement?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.