Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm petizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-30 ta’ Settembru 2012? Kemm minnhom kienu dwar taħrikiet tal-Pulizija u kemm minnhom kienu dwar taħrikiet tal-gwardjani? Kemm minn dawn il-petizzjonijiet ġew milqugħa (Pulizija għalihom u gwardjani għalihom)?Mill-petizzjonijiet li ġew milqugħa, kien hemm petizzjonijiet li nħafru mhux għax il-Pulizija jew gwardjan għamlu ħażin li ħarġu t-taħrika imma peress li kien hemm ċirkustanzi mitiganti li l-Pulizija/gwardjan ma setgħax ikun jaf bihom? Jekk iva, kemm? Huwa minnu li l-maggorparti tal-petizzjonijiet jinħafru minn ċirkostanzi bħal dawn u mhux għax ikun hemm xi nuqqas min-naħa tal-uffiċjal? Jekk iva ma jidhirlux il-Ministru li allura qed jintefa' dawl ikreh fuq dawn il-funzjonarji meta jingħad li 60% tal-każijiet il-petizzjonant ikollu raġun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bi tlett tabelli li jagħtu d-dettalji għall-ewwel tlett domandi li għamel l-Onorevoli Interpellant fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu.
L-ewwel tabella turi l-istat kurrenti tal-petizzjonijiet reġistrati manwalment bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Settembru 2012, skont kif jidher fl-LES System.
It-tieni tabella turi l-istat kurrenti tal-petizzjonijiet reġistrati online bejn il-21 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru 2012.
It-tielet tabella turi l-petizzjonijiet reġistrati online bejn il-21 ta’ Mejju u t-30 ta’ Settembru 2021, li ma ntlaqgħux biex ikunu proċessati peress li kienu ivalidi (per eżempju petizzjonijiet fuq taħrikiet li ċ-ċitazzjonijiet għalihom ikunu tħallsu diġa.
Intant ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ ġbir ta’ żamma ta’ informazzjoni relatata ma’ petizzjonijiet ma żżomx data relatata mal-bqija tal-informazzjoni li qed jitlob fil-Mistoqsija Parlamentari. Għaldaqstant mhux possibli li tingħata tali informazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jisimha l-kumpanija Brażiljana li semma' fil-programm televiżiv Xarabank tat-2 ta' Novembru 2012 li ġabet il-kwartjieri ġenerali tagħha f'Malta? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija? Jista' jgħid kemm minnhom huma Maltin?
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsiru l-eżamijiet tal-hairdressing fl-MCAST?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-eżami bil-miktub tal-kors tal-hairdressing tal-MCAST isir darbtejn f’sena. Iż-żewġ dati ta’ dan l-eżami li jmiss huma l-15 ta’ Novembru 2012 u s-6 ta’ Ġunju 2013.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-gvern ta' Malta għandux xi titolu jkun li jkun fuq din il-proprjetà?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament huwa proprjetà tal-Gvern skont il-Ftehim li sar bejn il-Gvern u s-Santa Sede.
Jista' l-Ministru jgħid liema qorti ta' liema nazzjonalità sovran għandha ġurisdizzjoni fuq kull kwestjoni li tinqala mal-BWSC? Jista' jgħid jekk tintuża l-power station tal-Marsa jkollniex inħallsu multi? Jekk iva, kemm se jkunu dawn il-multi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi skont il-kuntratt iffirmat bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-kuntrattur BWSC, l-arbitraġġ isir f’Londra, l-Ingilterra l-International Chamber of Commerce, iżda l-liġi applikabbli hija l-liġi Maltija. Il-penali mill-MEPA marbuta ma’ l-użu tal-power station tal-Marsa huma magħrufa. Il-Korporazzjoni qed tikkunsidra li tagħmel claim għalihom lill-kuntrattur.
Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm hemm talbiet għal mahfra presidenzjali u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u għal kemm minnhom indaħal direttament il-kabinett?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li talbiet ghal mahfra fuq każi ta' droga jiġu riferuti lill-Kabinet.
TALBIET GĦALL-MAĦFRA TALBIET MILQUGĦA
2008 163 7
2009 138 8
2010 61 13
2011 71 12
2012 72 3
sa l-24 ta’ Ottubru 2012
Total 505 43
TALBIET PENDENTI: 57
Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar ħames snin kemm hemm talbiet għal maħfra presidenzjali u kemm minnhom għadhom pendenti? Jista' jgħid kemm intlaqgħu u għal kemm minnhom indaħal direttament il-kabinett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 37328.
Qorti tal-Appell Kriminali — sentenzi ta' priġunerija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sentenzi ta' priġunerija effettiva matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm minnhom ġew ikkonfermati fil-Qorti tal-Appell Kriminali imħallef b'imhallef jew imnaqqasa imma baqgħet piena ta' ħabs effettiva?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dan l-aħħar ħames snin mill-Qrati tal-Maġistrati, Ġudikatura Kriminali inghataw 1518-il sentenza ta’ ħabs effettiva li ma jinkludux dawk is-sentenzi li minnhom ikun sar appell stante li f’każijiet bħal dawn l-esekuzzjoni tas’sentenzi jiġi sospiż. Mill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali u mill-Qorti Kriminali, għall-istess żmien ingħataw 597 sentenza ta’ ħabs effettiva.
Rigward l-ahhar parti tad-domanda, tali statistika ma tinżammx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36206 u jagħti breakdown tal-ispejjeż li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet relatati mal-events kollha tal-euroelectric? Jista' jgħid min kienu l-kantanti li ħadu sehem f’dan l-event u kemm tħallsu l-kantanti jew l-aġenti tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-ispiza tidhirx ġustifikata meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korpoazzjoni bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, il-gvern ta' Malta għandux xi titolu jkun li jkun fuq din il-proprjetà?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jippreżenta l-accounts tal-Malta Freeport ta' dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-accounts tal-Malta Freeport Corporation jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra regolarment. Barra minnhekk l-accounts qiegħdin ukoll fuq il-website tal-Malta Freeport.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija hux se jkunu qed jinvestigaw kriminalment ir-rapporti li dehru fil-mezzi tax-xandir li persuni mietu kawża ta’ intossikazzjoni mit-trattament tal-kemoterapija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-pulizija qed tinvestiga l-allegazzjonijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll qed issir inkjesta mill-Maġistrat ta’ l-Għassa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-Gvern mill-camping site ta' Baħar iċ-Ċagħaq sena b'sena għal dawn l-aħħar erba' snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar erba’ snin id-dħul tal-Gvern mill-camping site ta’ Baħar iċ-Ċagħaq huwa kif ġej:-
2009 € 40,000
2010 € 50,000
2011 € 48,950
2012 € 49,800 (sas-26 ta’ Settembru)
Total
€ 188,750
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan u indikazzjoni ċara taż-żoni kollha individwalment li se joħroġ biex ikunu privatizzati għall-parking f'Malta u Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33851 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammont tal-kontijiet tat-telefon, linja linja, li kull kunsill lokali għandu għas-sena 2010, 2011 u sa 31 ta' Marzu 2012? Jista' jippreżenta l-istess informazzjoni għax-xahar ta' Marzu 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33851.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet relatati mal-events kollha tal-euroelectric? Jista' jgħid min kienu l-kantanti li ħadu sehem f’dan l-event u kemm tħallsu l-kantanti jew l-aġenti tagħhom? Jista' jgħid jekk din l-ispiza tidhirx ġustifikata meta wieħed iqis il-qagħda finanzjarja prekarja tal-korpoazzjoni bħalissa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-affarijiet Barranin jgħid il-għala l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u liema applikazzjoni ilha mis-27 t’April 2010, sal-lum, aktar minn sentejn wara għadha ma ġietx ipproċessata, speċjalment wara li saru l-intervisti neċesarji?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li dan il-każ għandu jiġi ffinalizzat dalwaqt u l-persuna kkonċernata għandha tiġi nfurmata bid-deċizjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex ikun hemm fixed point tal-pulizija wara jew ħdejn residenza ta’ xi ħadd? Jista' jgħid kemm hawn mxerrda ma' Malta u Għawdex u f’liema lokalitajiet qiegħdin? Kemm hi l-ispiża biex iżżomm fixed points?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma diġa ġie spjegat fi Tweġibiet għall Mistoqsijiet oħra simili, mhix il-prassi li tagħrif dwar miżuri ta’ sigurtà li jittieħdu mill-awtoritajiet kkonċernati u l-modalitajiet ta’ tali protezzjoni u fejn jittieħdu, għandu jkun ippublikat. L-istess sigurta’ hekk titlob.
Kif ukoll spjegat fit-Tweġiba preċedenti, huwa diffiċli sabiex wieħed jikkwantifika kemm tiswa s-sigurta’ li l-pulizija tagħmel ma’ persuni. Waħda mir-raġunijiet għal dan hija d-differenza fl-iskala tas-salarju fil-grad ta’ kuntistabbli tal-pulizija. Però jekk wieħed jieħu in konsiderazzjoni paga medja ta’ kuntistabbli, mingħajr
allowances
ta’ Ħdud u festi, huwa stmat illi fil-preżent din tiswa madwar €1,353 kull ġurnata, mingħajr ħlasijiet ta’
overtime
li jista’ jkun hemm.
allowance għal min ikun fil-kariga ta' Ministru u jieqaf
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-eks Ministru Carmelo Mifsud Bonnici hux se jibbenefika mill-miżura li daħħal il-gvern u cioè li dawk il-Ministri li ma jibqgħux fil-kariga jirċievu allowances għal sitt xhur sussegwenti it-tmiem tal-kariga tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-provedimenti stabbiliti għal meta Ministru ma jibqgħax iservi fil-kariga huma applikabbli.