Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12584 u jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija AngelouEconomics sabiex tlaħħam il-Vision 2015 tal-Gvern Malti f’diversi oqsma? Kemm u liema kumpaniji oħrajn ta' konsulenza ġew konsidrati u shortlisted qabel saret l-għazla finali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Mistoqsija Parlamentari numru 11178.
Awtorità tad-Djar — spezzjoni tal-partijiet komuni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12586 u jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tagħmilx spezzjoni tal-partijiet komuni tal-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fuq talba li saritilha minn xi inkwilini xi ġimgħat ilu dwar allegati abbużi u rregolaritajiet?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11431 u ċioe: fid-dawl ta' rapporti li skond l-Unjoni Ewropea pajjiżna waqa' lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' online security u anti spam measures, jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib? Hemm xi ħsieb li wara discussion paper dwar l-ispam li kienet tqassmet fin-NISCO ferm qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, titressaq leġislazzjoni komprensiva li tinkludi provedimenti għall-prosekuzzjoni għal min jagħmel kontravenzjonijiet ta' spam, spyware u malware?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12395, jista' l-Ministru jinforma jekk l-istudju hemmx referenza għalih fil-proposta tal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta dwar l-enerġija f'kuntest ta' pjan nazzjonali?
Kunsill Malta għall-Isport — Art ħdej il Qasam tad-Djar tax-Xwieki
Question
Tista' l-Ministru tgħid il-Kunsill Malti għall-Isport lil min għadda art ħdejn il-Qasam tad-Djar tax-Xwieki, li għaddiet riċentament lill-istess kunsill mit-Taqsima Proprjetà tal-Gvern tramite AL 177/09? Tista' tgħid jekk il-Gvern għaddiex din l-art? Tista' tgħid min huwa earmarked biex jieħu din l-art? Min huma l-uffiċjali reġistrati ta' din l-assoċjazzjoni jew club?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-art imsemmija ġiet mgħoddija lill-Birkirkara St. Joseph Sports Club. Il-kuntratt ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 27 ta’ Ottubru, 2009. Id-dettalji tal-uffiċjali jinsabu fil-kuntratt ippreżentat lill-Parlament.
San Ġiljan — riħa tad-drenaġġ fil-Bajja ta' Spinola
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iwassal biex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed ikun hemm riħa ta' drenaġġ fil-Bajja ta' Spinola, San Ġiljan, qrib il-monument "LOVE" speċjalment li skond diversi sajjieda, tinxtamm aktar qawwija tard bil-lejl?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li għaddejt l-ilment tiegħu lill-K.S.I.
Jista' l-Ministru jgħid dwar il-korsijiet li saru għal energy assessors (for dwellings)
Kemm saru korsijiet?
Kemm kienet l-attendenza?
Kemm għaddew u weħħlu mill-eżami?
Kemm ħallas kull persuna għal kors?
Kemm tħallsu l-persuni li għamlu l-kors għal kull kors u sabiex jikkoreġu l-eżami? Kemm ġie jiswa l-programm tas-softwareli l-assessors ħadmu fuqu waqt il-kors?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s’ issa saru għaxar korsijiet għall-assessuri dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-attendenza kienet ta’ 135 li ħdax minnhom kienu uffiċjali tal-Building Regulations Office. Minn dawn weħlu 5 parteċipanti li qagħdu għal resit u għaddew. Kull persuna bl-esklużjoni tal-Uffiċjali tal-Building Regulation Office ħallas € 825.
Il-persuni li għamlu l-kors tħallsu € 18,880 biex ippreparaw il-kontenut tal-kors u noti li tqassmu lill-parteċipanti, € 2950 għal kull kors li taw, € 2360 għal kull sezzjoni ta’ eżami (f’kull sezzjoni, saru tlett karti differenti tal-eżami li minnhom intgħażlet waħda), organizzazzjoni u supervizjoni tal-eżami, u korrezzjoni tal-karti tal-eżami.
Il-
program
tas-
software
ġie jiswa € 23,659.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm għalliema fl-MCAST tal-ICT li għandhom sehem dirett jew interess jew interessi kummerċjali fl-IT outlets u/jew ħwienet relatati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hija policy tal-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) li kull min ikollu sehem dirett jew interess jew interessi kummerċjali f’IT outlets u/jew ħwienet relatati jrid jieħu permess bil-miktub biex ikun jista jipprattika attivita’ barra l-Kulleġġ.
Din il-
policy
hija maqbula kemm mal-Malta Union of Teachers kif ukoll mal-Union Ħaddiema Magħqudin.
Jirriżulta mid-dokumenti tagħna li hemm persuna waħda li talbet u ngħatat dan il-permess għax ġie stabbilit li l-attività mhix konfliġġenti mas-servizzi li toffri l-MCAST.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12488 u ċioe:Nixtieq ġentilment nirreferi lill-Prim Ministru għall-iskema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 'Money for Parking' li permezz tagħha żvilupp ġdid irid ikun marbut mal-ħruġ ta’ permess fejn biex jiżdiedu l-għadd ta’ dwellings jew inkella jinbnew oħrajn irid bilfors jinħoloq parkeġġ jew garaxxijiet għas-sidien ta’ dawn l-appartamenti. Meta jirriżulta li xi propjetarji jew żviluppaturi ma jkunux jistgħu jagħmlu dan jew ma jkunux iridu jibnu garaxxijiet, nifhem li hija l-prassi li jħallsu somma flus lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ipattu għal dan in-nuqqas ta’ parking space. Nifhem ukoll li dawn il-flus suppost imorru ġo fond biex permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ndirizzati l-problemi tal-karozzi u tal-parking.
Jikkonferma l-Prim Ministru li dawn il-flus minflok intużaw għall-iskop oriġinali tagħhom, parti minnhom intużaw biex tinxtara Hexagon House għat-taqsima ambjentali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Kemm inġabru flus taħt din l-iskema madwar Malta u Għawdex kemm ilha teżisti l-iskema sena b’sena?
Kemm minnhom inġabru minn tas-Sliema biss?
Kemm mis-somma miġbura marret fuq ix-xiri ta’ Hexagon House?
Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Unit - impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12342 u jgħid kemm hemm membri fl-Enforcement Unit tal-Awtorità ta' Malta dwar Ambjent u l-Ippjanar bħalissa? Jista' jagħti rendikont tal-ħidma tagħhom minn Jannar din is-sena 'l hawn? Kif inhuma deployed?
Mediterranean Conference Centre — Studju ta' vijabilità bħala bini tal-Parlament
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12435 u jgħid jekk hux minnu li l-perit, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, f'xi stadju jew ieħor kien għamel xi studju dwar il-vijabbilità tal-użu tal-Mediterrenean Conference Centre bħala bini tal-Parlament? Jekk huwa minnu jista' jiġi pubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Perit imsemmi ma kienx imqabbad mill-MITC biex jagħmel xi studju għal użu ta’ l-MCC bħala bini tal-Parlament.
L-anqas ma jirriżulta li kien sar xi studju dwar l-MCC fil-leġislatura preċedenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12371 u ċioe: Billi fir-rapport dwar l-enerġija ta' pajjiżna intqal ċar u tond li l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kienet ikkummissjonat studju biex jinvestiga l-options kollha għall-provista tal-elettriku bejn is-sena li għaddiet sas-sena 2020, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan l-istudju u meta mistenni jintemm u jiġi pubblikat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12370 u ċioe: B’referenza għan-New Water Saving Campaign li kellha tibda din is-sena u li qiegħda mniżżla bħala measure proposed 1a.4 fir-rapport imħejji dwar Energy Policy għal pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-kampanja, meta ġiet introdotta u minn min qed titmexxa? Kemm se tiġi tiswa l-kampanja u x’inhuma l-allokazzjonijiet medja sector by sector għaliha? Din kienet kampanja għaliha jew sempliċiment bħala parti mill-Kampanja Switch?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — qbil mar-rakkmandazzjoni proposta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12367 u jgħid jekk bħala Ministeru għadhomx jaqblu mar-rakkmandazzjoni proposta fir-rapport dwar l-enerġija : 3A4 measures proposed li: "in accordance with the conclusions of the studies carried out, the government will pursue the realisation of the required infrastructure for the provision of a natural gas supply"?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12320 u jispjega l-fatt li meta suppost ir-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tiġi diskussa u finalizzata qabel titressaq fil-Parlament għall-approvazzjoni tal-Kamra u diversi policies tal-Awtorità, għadhom qed jiġu reviewed minn kummissjoni maħtura apposta nhar it-2 ta' Ottubru 2009, liema xogħol mistenni jitlesta sa tmiem is-sena? Il-Gvern, permezz tal-Awtorità diġà qed jimplimenta mingħajr ebda konsultazzjoni partijiet mill-istess riforma fejn fost l-oħrajn qed joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għal kull min jixtieq iservi full-time fuq boards tad-Development Control Commission mingħajr ma biss nafu jekk dawn l-istrutturi humiex ser jinbidlu jew le bir-riforma? Jista' jgħid ukoll għal dawk li jistgħu jkunu interessati li jservu fuq il-Planning Appeals Board?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-proċess tar-riforma tal-MEPA tnieda f’April 2008. Bħala parti minn dan il-proċess saret konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa li kien jinkludi fost oħrajn Konferenza Nazzjonali, laqgħat ma’ stakeholders, laqgħa mar-rapprezentanti ta’ l-Oppozzizjoni, laqgħa mal-impjegati tal-MEPA. Żgur li kien proċess ta’ konsulatazzjoni mill-aktar wiesgħa u miftuħ.
F’dan il-proċess ta’ riforma ġew diskussi il-mużuri kollha li qed jikkonsidra il-gvern inkluż it-twaqqif ta’ żewg
Environment and Planning Commissions
u
Environment and Planning Review Tribunal
kollha fuq bażi
full-time
. Dawn ser jissostitwixxu id-
Development Control Commision
u l
-Planning Appeals Board
rispettivament. Il-gvern hu kommess li jistabbillixxi dawn il-ħatriet mill-aktar fis possibbli għalhekk il-gvern nieda l-proċess tal-ħatra liema proċess huwa ntis li jispiċċa darba tidħol fis-sehh il-liġi l-ġdida. Dan għaliex ir-riforma qed tħares lejn bidla fil-liġijiet li jirregolaw il-MEPA. Il-ħsieb hu li din il-liġi titressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kamra fil-ġimgħat li ġejjien.
Hemm numru ta’ miżuri fir-riforma li ma jinħtiġux bidla fil-liġi sabiex jiġu attwati u għalhekk diġa bdew jiġu mplimentati.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12333 u ċioe: Peress li ftit ġimgħat ilu l-Prim Ministru waqqaf kummissjoni għar-reviżjoni tal-policies tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, billi huwa għażel li jinnomina għadd ta’ persuni li qed jirrappreżentaw lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' jgħid jekk inkunx korrett jekk nifhem li l-Users Committees tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u anke għaqdiet ambjentali mhux governattivi, issa għandhom l-obbligu li jaġġornaw regolarment lill-entitajiet li qegħdin jirrapreżentaw dwar l-andament tal-laqgħat li qed ikollhom bħala rappreżentanti tagħhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12339 u ċioe: B’referenza għar-rapporti li dehru fil-media lokali li l-Awtorità dwar it-Trasport qiegħda tikkonsidra serjament li twessa’ Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Kappara, jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ għadd ta’ residenti fl-inħawi u ċittadini oħrajn dwar il-fatt li ż-żona madwar ir-roundabout tal-gass fi Triq Mikiel Anton Vassalli u Sliema Road, fil-Kappara huma postijiet fejn l-inċidenti tat-traffiku ma jonqsux?
Fl-imgħoddi kien hemm saħansitra każijiet fejn vetturi skidjaw u telgħu l-bankina u anki faqgħu ċ-ċint tal-Korporazzjoni Enemalta, fost partijiet oħrajn. Sa ftit jiem ilu biss kellna mill-ġdid każ gravi fejn vettura telgħet il-bankina u nqalbet.
Fiċ-ċirkostanzi, apparti mill-pjanijiet li għandu l-Gvern dwar il-Kappara Junction, tista' l-Awtorità dwar it-Trasport flimkien mal-kunsill lokali konċernat jaraw li jitqiegħdu
crash barriers
fuq iż-żewġ naħat ta’ Regional Road u Sliema Road u fuq is-
central strips
tal-istess toroq?
Tista' tiġi introdotta sistema ta’
pelican lights
biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu bla periklu? Jistgħu jittieħdu passi effettivi biex jiġi mrażżan sewqan eċċessiv f’dawn l-inħawi, kif ukoll li jiġu introdotti
speed cameras
bejn Kappara Service Station u r-
roundabout
tal-gass?
Jirriżultali li dan l-ilment ilu jitressaq lill-awtoritajiet għal aktar minn ħames snin, iżda ninsab infurmat li minkejja dan kollu l-Awtorità dwar it-Trasport lanqas bagħtet
acknowledgements
lill-persuni li ressqu dawn l-ilmenti matul is-snin.
Għal soluzzjoni ħolistika nemmen li l-Awtorità għandha tikkonsidra serjament li tfassal pjan flimkien mal-kunsill lokali konċernat u l-Kummissarju tal-Pulizija.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet?Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li issieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?