Billi l-pjan strutturali jgħid li Parliament and Ministries will concentrate in the Palaces and Auberges of Valletta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-pjanijiet tal-Gvern li jibni Parlament ġdid qrib Bieb il-Belt?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Gvern dwar diversi rapporti fil-media u allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni Sportiva li ser tmexxi il-Kumpless Sportiv ġdid propost għall-Għargħur hux ser jingħata xi għajnuna mill-Good Causes Fund? U jekk iva, kemm?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelleant illi l-Good Causes Fund ma rċieva l-ebda applikazzjoni mill-Għaqda li tmexxi l-Kumpless Sportiv ġdid propost fil-Għargħur u għalhekk ma ninsabx f’pożizzjoni li ngħid jekk il-proġett imsemmi hux ser jingħata xi forma ta’ għajnuna.
Jista' l-Ministru jghid jekk it-tankijiet kbar under construction quddiem l-ex Sea Malta humiex tal-Gvern? Jekk iva, għal liema għan inbnew u għal liema skop sejrin iservu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn it-tankijiet huma ta’ l-Enemalta. L-għan ta’ dawn it-tankijiet huwa biex l-Enemalta jkollha riserva ikbar ta' fuel.
Air Monitoring Stations — real-time data fuq il-website
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk bit-teknoloġija tal-lum il-processing ta’ data li hi riklamata bħala real-time m’għandhiex tieħu sigħat twal bħalma qed jiġri regolarment fil-każ tal-Air Monitoring Stations, ġieli anke aktar minn 12-il siegħa, minkejja li l-update issir kuljum fit-3.00am, kif nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, 2009 l-aħħar data on-line mill-unit taż-Żejtun kient 0000hrs u sas-7.00am kien għad m'hemm l-ebda update? Teknikament din ma tistax tissejjaħ real-time data kif qed tiġi klassifikata fil-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Persuni kwalifikati u speċjalizzati f’real-time data on-line stqarrew miegħi li n-norma hi li bit-teknoloġija tal-lum din qatt m'għandha tieħu aktar minn ftit minuti u f’ħafna każi sekondi.
Jista' l-Prim Ministru jindika meta kienu l-okkażjonijiet fejn kien hemm ħsara u/jew qtugħ tad-dawl f’kull Air Monitoring Unit mill-1 t’Ottubru sal-lum? Għaliex il-units ta’ Kordin u tal-Għarb jagħtu dejjem real-time data kemm raw data kif ukoll processed data u dawk tal-Msida u ż-Żejtun sa sitt sigħat wara nofs il-lejl ta' bejn l-20 u l-21 ta Novembru, 2009 ma kellhom l-ebda data updates għax dawn ma jagħtux processed data? Ġaladarba d-data on-line tal-Imsida u ż-Żejtun hi biss raw data, xi processing ta’ data jsir mis-server fil-Furjana? Kull kemm jiġi ikkalibrat l-apparat li hemm fil-monitoring stations? Dan isir mill-Awtorità dwar l-Istandards ta' Malta?
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-fly ash apparti milli qed jiġi storjat f’jumbo bags fil-Marsa Power Station, qed jiġi maħżun ukoll f’post magħruf bħal tal-Belula ħdejn Għar Lapsi, Siġġiewi u li dan ta’ l-aħħar mhuwiex jiġi storjat sewwa, tant li huwa suġġett għall-weathering?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Enemalta m'hix taħżen irmied f'Tal-Belula.
Gozo and Malta Sewage Treatment Plant — landfills għal liquid wastes
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra fejn qed jispiċċa is-sewage sludge mill-Gozo and Malta North Sewage Treatment Plant? Billi l-landfills mhux suppost jaċċettaw liquid wastes, jista' jgħid jekk sarux xi testijiet biex jiġi stabbilit dan is-sludge huwiex hazardous?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm precipitators stallati fil-Power Station tal-Marsa? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu skond l-ispecifications tagħhom? Kemm jiġbor nugrufun kull wieħed kuljum? Jista' jgħid jekk dawn humiex electrostatic precipitators, u jekk le ta’ liema teknoloġija huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija AngelouEconomics sabiex tlaħħam il-Vision 2015 tal-Gvern Malti f’diversi oqsma? Kemm u liema kumpaniji oħrajn ta' konsulenza ġew konsidrati u short listed qabel saret l-għazla finali?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12955.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 12677 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm qed jitħallas il-kuntrattur involut u min huwa? Kemm ġie dumped construction waste fil-baħar fl-istess perjodu? Jista' jikkonferma jekk fil-kaz tal-proġett ta’ Smart City dan il-construction waste qed jiġi dumped fl-offshore dumping zone?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-ewwel żewġ mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat.
Dwar l-aħħar mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett li qed jirreferi għalih huwa wiehed privat.
Jikkonferma l-Prim Ministru li compliance certificate tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huwa validu biss għal xagħrejn mid-data tal-issue u jekk f’dan it-timeframe ma jkunx applika għad-dawl u l-ilma lill-entità konċernata, l-applikant ikollu japplika mill-ġdid għal compliance certificate ieħor minħabba r-riskju li jistgħu jsiru tibdiliet strutturali lill-bini? Jekk dan huwa minnu, kif jispjega l-fatt li 30% tal-pending compliance certificates – 128 minn 456 – ilhom pendenti għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal aktar minn xahrejn, filwat li 107 minnhom ilhom pendenti għal aktar minn erba' xhur? Kif jispjega l-fatt li dawn ġew miżmuma pendenti għand l-Awtorità, meta skond l-istess kriterju kull dikjarazzjoni minn perit li ilha aktar minn xahrejn ma tibqax aktar valida? Ghaliex dawn il-128 compliance certificate bid-dikjarazzjoni tal-perit ma ġewx proċessati, jew jekk kien hemm xi problemi għaliex ma ntbagħtux lura? Dan kollu minkejja li f'kull provvediment id-dikjarazzjoni fuq il-compliance certificate tibqa' dik tal-perit konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12720 u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijiet fejn il-livell tal-sulphur dioxide (SO2) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station ta' Kordin, qabeż il-livell kif regolat mid-Direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?
Msida Air Monitoring Station — Livell ta' carbon monoxide
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12719 u jgħid jekk mill-1 ta' Jannar sal-lum kienx hemm ħinijet fejn il-livell tal-carbon monoxide (CO) hekk kif imkejjel mill-air monitoring station tal-Imsida, qabeż il-livell kif regolat mid-direttivi tal-Unjoni Ewropea? Jekk iva, meta kienu dawn l-istanti u b'kemm inqabeż il-livell regolat?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12679 u 12266 u jgħid kemm huwa l-massimu li tista' titla' l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta?
Kif u minn min tiġi assessjata? X’inhuma l-pagi taċ-Chief Human Resources Officer u taċ-Chief Technical Officer? X’inhuma l-performance agreements u t-targets li dawn iċ-Chief Officers mistennija jilħqu? Xi kwalifiki għandhom il-persuni li kollha jokkupaw il-karigi ta’ Chief Officers?
Kif intgħażlet il-Public Relations Officer il-ġdida tal-korporazzjoni? Inżammet il-prassi tal-imgħoddi li jkun hemm ukoll
call for applications
interna?
Il-persuna magħżula għandha kwalifiki fil-marketing u jew communications kif kien mitlub fil-call for applications esterna? Jekk iva, x’inhuma?
Xi rwol għandu fil-Ministeru tiegħu l-Policy Manager, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fir-rigward tal-operat dirett tal-Eenemalta? Kemm ikollu say fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jittieħdu fil-korporazzjoni nnifisha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-performance bonus taċ-Chief Officers kollha tal-Korporazzjoni Enemalta jista' ilaħħaq sa massimu ta’ 15% tal-paga.
L-Enemalta għandha
Performance Management Review
li permezz tagħha il-Korporazzjoni tagħmel evalwazzjoni oġġettiva fuq il-ħaddiema li għandhom
performance bonus
, fosthom iċ-
Chief Officers
. L-assessjar tal-
performance management
taċ-
Chief Officers
issir miċ-
Chief Executive Officer
u dik taċ-
Chief Executive Officer
issir miċ-
Chairman
.
Il-
Performance Management Review
taħdem billi issir evalwazzjoni regolari matul is-sena fuq bażi ta’
one-to-one
fuq objettivi li jiġu assenjati individwalment miċ-
Chief Executive Officer
fil-bidu tas-sena. Din l-evalwazzjoni tiġi konkluza fl-aħħar tas-sena.
Il-paga taċ-
Chief Human Resources Officer
u taċ-
Chief Technical Officer
hija ta’ €41,930 fis-sena.
Il-
Marketing and Public Relations Officer
il-ġdida tal-Korporazzjoni intgħażlet wara li saru numru ta’
interviews
ma’ persuni li applikaw għal dan il-post, wara sejħa li saret u li kienet miftuħa għall-impjegati ta' l-Enemalta. Il-
call for applications
esterna kienet titlob li l-applikanti għandhom ikollhom
degree
fil-komunikazzjoni jew f’qasam relatat. Il-persuna li intagħżlet tikkwalifika għal dawn il-kriterji li ġew mitluba.
Il-
Policy Manager
li qed jirreferi għalieħ l-Onor. Interpellant hu uffiċjal fil-Ministeru tiegħi, liema Ministeru huwa responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta u ma' għandu ebda rwol amministrattiv fil-Korporazzjoni.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12491 u 12254 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat ma’ Media Consulta u jgħid x’kien il-maximum coverage tiegħu? Billi jidher li din id-ditta tħallset biss madwar €4 miljuni meta l-kuntratt suppost jagħlaq fi żmien ftit xhur biss, jista’ jgħid jekk xogħol li għalih kienet oriġinarjament qed tiġi kkunsidrata kuntrattwalment ġiex allokat lil kumpanija/i oħrajn fil-qasam tal-public relations u reklamar?
Kemm kien hemm kumpaniji short listed qabel ma saret l-għażla aħħarija li allegatament damet 16-il xahar? Liema kienu? Liema kienu l-kumpaniji li ħadu x-xogħol oriġinarjament maħsub li kellu jsir minn Media Consulta? Minn min sar is-selection process u min kienu l-membri tal-bord konċernat?
Kemm kien hemm proġetti li fih il-Media Consulta użat l-expertise f’funding tal-Unjoni Ewropea fejn ippruvat iġġib funding għal proġetti ko-finanzjati mal-Gvern Malti lejn pajjiżna?
Din il-kumpanija setgħet b’xi mod ġiet rrakkmandata minn xi gvern jew partit politiku barrani? Apparti minn xi xogħol għall-Balearic Islands, kemm kien hemm destinazzjonijiet turistiċi oħrajn fejn il-Media Consulta kellha kuntratti simili fuq skala nazzjonali jew reġjonali? Kif jispjega l-fatt li f’laqgħa tal-Public Accounts Committee f’Ġunju 2007, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tat-Turizmu ta’ dak iż-żmien qal li €10 miljuni minn dan il-kuntratt kellhom joħorġu minn fondi tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ diversi applikazzjonijiet li kellha taghmel Media Consulta f’isem l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Jikkonferma dak li ġie spjegat fl-istess laqgħa li l-ħlas tagħhom kien kopert fil-budget tal-Ministeru fejn kien hemm item taħt European Union Funds li kien jismu Branding? Il-Gvern għandu xi ħsieb li meta jiskadi l-kuntratt jeżerċita l-option li saħansitra jestendi l-kuntratt b’sena oħra? Jikkonferma li skond media release li ħareġ il-Gvern stess kien intqal mal-iffirmar tal-kuntratt li Media Consulta kienet responsabbli għal €7 miljun annual account li jkopri l-media, advertising, selected public relation services, events u sales promotion activities tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta?
Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għadha taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta is-Sur Sam Mifsud appena nħatru Media Consulta bhala International Communications Partners tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta li ‘it’s more evident that these people have what it takes…and more importantly, have the vision and the know how to significantly enhance Malta’s image and presence internationally’? Taqbel mad-dikjarazzjoni li kien għamel dak inhar il-Ministru tat-Turizmu l-Onor. Zammit Dimech li dan l-iżvilupp kien se jwassal biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jkollha ‘a higher return for the money invested in its marketing”?
Jekk il-Media Consulta ma jidhirx li għamlet ix-xogħol kollu mistenni minnha ta’ reklamar, kif tista’ tirrikonċilja dan kollu mad-dikjarazzjoni tal-ex Ministru Zammit Dimech li ‘having one agency representing our tourism interests in all core markets should ensure a co-ordinated and clear message of what product Malta is all about”? Id-due diligence dwar l-għażla finali min għamlu? Ma' Media Consulta Malta hemm jaħdmu xi uffiċjali għoljin li setgħu kienu mal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta fil-ġimgħat ta’ qabel ma saret l-għażla finali?
Kemm kien hemm dipartimenti governattivi u jew aġenziji tal-Gvern li għamlu xogħol ieħor ma’ Media Consulta? Meta sar l-aħħar independent audit mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta biex jiġu skrutinizzati l-effettività tal-media campaigns u public relations assignments tal-Media Consulta?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12492, 12219 u 11970 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12495 u 12169 u ċioe: B’referenza għall-mistoqsijiet supplimentari li saru in konnessjoni mal-allegazzjoni dwar ilmijiet imniġġsa fil-Kalanka, limiti ta' Delimara, possibilment minħabba fish farming fil-viċin, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) Meta saru l-aħħar
tests
mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li fuqhom ibbaża t-tweġiba tiegħu?
b) Jista' jpoġġi dawn it-
tests
fuq il-Mejda tal-Kamra?
ċ) Dawn it-
tests
saru
in house
jew minn xi esperti tekniċi mqabbdin minn barra l-Awtorità?
d) Dawn saru f’Malta jew barra minn Malta?
e) Fejn eżattament saru u liema metodi ntużaw?
f) La kienu se jsiru dawn it-
tests
għaliex fil-bidu ta’ Ottubru l-Fisheries Control Division qalu li kienu bdew jinvestigaw il-każ huma wkoll u li ttieħdu l-kampjuni u kienu qed jistennew ir-rapporti tal-laboratorju?
g) Liema
tests
saru l-ewwel tal-Fisheries Control Division jew tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
ġ) Jekk mit-
tests
allegatament ma ġiex stabbilit li dan kien ikkawżat mil-lega bajda tal-
fishfarms
, x’kienet ir-raġuni li wasslet biex ikun hemm lega bajda fil-baħar?
h) Ġiet ikkwantifikata l-ħsara potenzjali li setgħet saret lill-
poseidonia
, speċi protetta ta'
seaweed
essenzjali għall-eko sistema Mediterranja marittima?
ħ) Il-Gvern kellu rapporti bħalma kellha il-
media
lokali li dak li deher f’Kalanka deher ukoll f'San Pawl il-Baħar u anke qrib il-kosta tal-Qawra?
i) Il-konsultazzjoni saret direttament jew
tramite
l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mal-esperti barranin li ilhom jgħidu li dan huwa
by product
inevitabbli tat-
tuna
ranching industry
nnifisha għax il-
blue fin
tuna
minnha nnifisha toħloq wkoll ċertu xaħam?
j) Il-Gvern jaqbel ma' dak li ilhom jgħidu bosta esperti lokali u barranin li dan l-aktar li jiġri huwa meta t-
tuna
tkun konċentrata f’numri kbar fi spazji relattivament limitati?
k) Qatt ġie kkunsidrat x’effett negattiv jistgħu jħallu
tuna ranches
li f’ħafna każi jistgħu jkunu wisq qrib il-kosta nnifisha?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12555 u jikkonferma jekk f'kemm ilu mwaqqaf l-uffiċċju tal-awditur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx inħarġu struzzjonijiet minn membri fit-top management tal-Awtorità lill-istaff tad-direttorati sabiex ma jirreferux każijiet għall-investigazzjoni tal-awditur mingħajr ma jkunu għaddew mingħand l-istess membri tat-top management? Jekk iva, jista' jgħid jekk din l-ordni għadhiex fis-seħħ? Jekk iva, jħoss li tmur kontra l-kunċett u l-ispirtu tal-whistleblowing?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità tikkonferma li qatt ma ngħataw struzzjonijiet bħal dawn. L-impjegati ta' l-Awtorità jistgħu jgħaddu l-ilmenti tagħhom direttament lill-Awditur. Fil-fatt din hija s-sitwazzjoni u l-Awditur tal-MEPA diġà qed jinvestiga ilmenti individwali simili.