Jista' l-Prim Ministru jispjega l-fatt li l-SO2 emissions recorded mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ftit ilu fin-Nofsinhar ta' Malta laħqu ċertu peak ftit wara li l-Marsa Power Station inxtegħlet mill-ġdid wara ix-shut down temporanju tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-livelli tas-sustanzi inkwinanti kollha mkejjla mill-istazzjonijiet ta’ kejl kontinwu li għandha l-MEPA jvarjaw minn kejl għall-ieħor (l-istazzjon ikejjel l-ammont ta’ sustanza fl-arja kontinwament u jikkalkula l-medja ġeneralment kull kwarta) u mhuwiex possibbli illi wieħed jattribwixxi kull varjazzjoni li jkun hemm fl-ammont ta’ sustanza inkwinanti għall-fattur wieħed partikulari. L-iskop ta’ dawn l-istazzjonijiet m’huwiex li wieħed jiddetermina s-sors tat-tniġġiż imma li wieħed ikejjel il-kwalità tal-arja fl-lokalitajiet differenti sabiex ikun jista’ jassessja jekk ikunux qed jiġu rispettati l-valuri tal-limitu stipulati mid-direttiva tal-UE fuq il-kwalità tal-arja.
M’huwiex xjentifikament korrett li wieħed joqgħod jipprova jestrapola konklużjonijiet rigward l-oriġini tal-inkiwnanment minn dawn il-miżurazzjonijiet. Il-MEPA tista’ tikkonferma li f’dak li għandu x’jaqsam mad-diossidu tal-kubrit (SO2), s’issa għadhom ma ġewx irreġistrati
exceedances
kemm tal-
hourly limit value
ta’ 350ug/m3 kif ukoll tad-
daily limit value
ta’ 125ug/m3 stipulati mid-direttiva 1999/30/EC kif trasposta minn AL 224/2001 mill-istazzjon ta’ kejl kontinwu fiż-Żejtun mill-2007 s’issa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiċi jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 12492, 12219 u 11970 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm kien il-grant li rċieva l-Gvern biex permezz tiegħu xtara ħafna mill-apparat ta' dan il-laboratorju nazzjonali? Jikkonferma li ħafna minnu mhuwiex jintuża bħalissa? X'inhi r-raġuni għal dan, jekk dan jirriżulta li huwa minnu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-grant li rċieva l-Gvern kien ta’ €755,765.19. L-apparat huwa stallat u jintuża skond il-bżonn.
Gozo and Malta Sewage Treatment Plant — landfills għal liquid wastes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13019 u jgħarraf lill-Kamra fejn qed jispiċċa is-sewage sludge mill-Gozo and Malta North Sewage Treatment Plant? Billi l-landfills mhux suppost jaċċettaw liquid wastes, jista' jgħid jekk sarux xi testijiet biex jiġi stabbilit dan is-sludge huwiex hazardous?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13020 u jgħid kemm hemm precipitators stallati fil-Power Station tal-Marsa? Kemm minnhom qegħdin jaħdmu skond l-ispecifications tagħhom? Kemm jiġbor nugrufun kull wieħed kuljum? Jista' jgħid jekk dawn humiex electrostatic precipitators, u jekk le ta’ liema teknoloġija huma?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-power station tal-Marsa hemm tliet electrostatic precipitators stallati li kollha kemm huma qed jaħdmu skond l-ispecifications tagħhom imma ma jiġbrux nugrufun.
Ninforma lill-Onor Interpellant illi anki meta l-precipitators għamlu żmien weqfin, l-emissjoni ta' trab mill-Marsa kienu taħt il-limiti stabiliti mid-Direttiva tal-EU u tal-MEPA.
Ninfurmak ukoll illi l-emissjonijiet huma verifikati minn makkinarju li hu kalibrat minn persuni professjonali, li m'humiex impjegati tal-Enemalta u huma skond standard EN 17025.
Monument tas-Sette Giungno — Kumitat Festi Nazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif fl-assenza tal-monument tas-Sette Giungno il-Kumitat Festi Nazzjonali beħsiebu jikkommemora dan l-avveniment nazzjonali is-sena id-dieħla u fejn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li għad fadal numru ta’ xhur mhux ħażin, il-preparamenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sette Giugno 2010 għadhom ma nbdewx. Nikkonferma li ċerimonja ta’ tifkira se ssir u dan a bażi tal-ftehim ta' Marzu 1990 milħuq bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni.
Jista' l-Ministru jippublika r-rapport tal-inkjesta interna li niedejt dwar il-ħruġ tad-demm qrib il-biċċerija tal-Marsa? Billi l-Ministru qal li apparti minn nuqqasijiet min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kien hemm wkoll nuqqasijiet interni operazzjonali li dwarhom kellu jieħu passi, jista' l-Ministru jelenka x’kienu dawn in-nuqqasijiet u x’passi ittieħdu? Billi id-demm li jinħareġ mill-biċċerija suppost jinħaraq mill-inċineratur innifsu, għaliex dan spiċċa xorta waħda fit-triq kif irriżulta li ġara?
Studju dwar l-impatt tas-saħħa ambjentali u l-impatt ekonomiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jikkummissjona studju verament indipendenti dwar l-impatt ta' environmental health u anke l-impatt ekonomiku fuq il-Gvern – u mhux fuq l-operaturi privati prospettivi – dwar l-inċineratur li l-Gvern jidher li ddeċieda dwaru strateġikament fil-prinċipju, għas-snin li ġejjin fin-Nofsinhar ta' Malta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li tajt għall-mistosija nru 13454.
Jista' l-Ministru jgħid x’reazzjoni kien hemm dwar l-eko-kontribuzzjoni kif mħabbra li tiġi emendata permezz ta' avviżi legali u kif beħsiebu jimxi 'l quddiem il-Gvern f’dan ir-rigward? Jista' jippubblika s-sottomissjonijiet u ilmenti kollha li seta' rċieva l-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru rċieva numru ta’ sottomisjonijiet. Dawn qed ikunu evalwati biex jiġu ffinalizzati l-avviżi legali. Peress li l-informazzjoni tista' tkun kummerċjalment sensittiva dawn is-sottomissjonijiet ma jistgħux jiġu ppublikati.
capsules Seven Seas Advanced Joint Care — diskrapanza fil-prezz
Question
Jista' l-Ministru jispjega l-fatt kif il-capsules Seven Seas Advanced Joint Care li f’Malta jinbiegħu €28 għal 60 u €56 għal 120 kapsula, fl-Ingilterra jinxtraw b’ekwivalenti ta’ €20 għal 60 kapsula u meta wieħed jixtri 120 kapsula jħallas €40 u anki jingħata 60 kapsula b’xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni f'kemm mid-dawl dekorattiv għall-jiem tal-Milied qegħdin jużaw energy saving lamps? Il-Gvern ta xi linji gwida dwar dan qabel ma bdew jersqu t-tħejjijiet għall-jiem tal-Milied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Ministeru m’għandux informazzjoni dwar kemm dekorazzjonijiet tal-Milied jużaw energy saving lamps. Il-Gvern ma ħassx il-bżonn li joħroġ xi linji gwida dwar l-użu ta' energy saving lamps fil-Milied għax huwa fatt magħruf li l-Gvern jappoġġja u jinkoraġġixxi, fejn hu prattiku u fejn it-teknoloġija tippermetti, l-użu ta’ energy saving lamps fi kwalunkwe żmien tas-sena u kien għalhekk ukoll li ta eżempju meta nvesta €4 miljun f’għoti ta’ bozoz energy saving b’xejn.
entitajiet differenti tat-Tarznari Maltin — proċess ta' privatizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-entitajiet differenti tat-Tarznari Maltin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċessi tal-privatizzazzjoni tal-entitajiet tat-Tarzna qegħdin fi stadju differenti.
1. Manoel Island Yacht Yard
– in-negozjati huma fi stadju avvanzat ħafna
2. Ship Repair
Bormla – in-negozzjati huma mexjin tajjeb u nittamaw li ma jdumx ma jintlaħaq ftehim.
3. Ship Building
Marsa – in-negozzjati għadhom għaddejin ukoll
4. Malta Super Yacht
– Kif ġie mħabbar fit-3 ta’ Novembru 2009, peress li l-ebda offerta ma laħqet l-aspettattivi tal-kumitat ta’ evalwazzjoni il-
Privatisation Unit
stiednet lil
bidders
eżistenti biex jagħmlu offerti ġodda. Dawn l-offerti huma mistennija f’Jannar 2010.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi ratifikat it-trattat dwar is-sħubija ta' Malta fi ħdan IRENA – International Renewable Energy Agency?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-abbozz tar-ratifika tat-trattat dwar is-sħubija ta' Malta fi ħdan IRENA – International Renewable Energy Agency – huwa lest u mistenni lir-ratifika ssir f’qasir żmien
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid meta hu mistenni li jiġi diskuss is-Solid Waste Management Strategy Document tal-Gvern fil-Parlament kif imwiegħed mill-Ministru Pullicino, issa li ġie formalment approvat mill-Kabinett?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lil-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Air Monitoring Stations — real-time data fuq il-website
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13011 u jgħid jekk bit-teknoloġija tal-lum il-processing ta’ data li hi riklamata bħala real-time m’għandhiex tieħu sigħat twal bħalma qed jiġri regolarment fil-każ tal-Air Monitoring Stations, ġieli anke aktar minn 12-il siegħa, minkejja li l-update issir kuljum fit-3.00am, kif nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru, 2009 l-aħħar data on-line mill-unit taż-Żejtun kienet 0000hrs u sas-7.00am kien għad m'hemm l-ebda update? Teknikament din ma tistax tissejjaħ real-time data kif qed tiġi klassifikata fil-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Persuni kwalifikati u speċjalizzati f’real-time data on-line stqarrew miegħi li n-norma hi li bit-teknoloġija tal-lum din qatt m'għandha tieħu aktar minn ftit minuti u f’ħafna każi sekondi.
Jista' l-Prim Ministru jindika meta kienu l-okkażjonijiet fejn kien hemm ħsara u/jew qtugħ tad-dawl f’kull Air Monitoring Unit mill-1 t’Ottubru sal-lum? Għaliex il-units ta’ Kordin u tal-Għarb jagħtu dejjem real-time data kemm raw data kif ukoll processed data u dawk tal-Msida u ż-Żejtun sa sitt sigħat wara nofs il-lejl ta' bejn l-20 u l-21 ta Novembru, 2009 ma kellhom l-ebda data updates għax dawn ma jagħtux processed data? Ġaladarba d-data on-line tal-Imsida u ż-Żejtun hi biss raw data, xi processing ta’ data jsir mis-server fil-Furjana? Kull kemm jiġi ikkalibrat l-apparat li hemm fil-monitoring stations? Dan isir mill-Awtorità dwar l-Istandards ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13011.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-filters li hemm fil-lobby area ta' Hexagon House jilqgħux biss għal sustanzi organiċi jew anke għal dawk mhux oragniċi bħall-hydrogen sulphide?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-filters stallati ġewwa Hexagon House fihom l-activated charcoal u għalhekk jassorbu numru ta' sustanzi, kemm organiċi kif ukoll inorganiċi, fosthom il-hydrogen sulphide.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'Hexagon House min jiddeċiedi min imur id-dar minħabba raġunijiet ta' saħħa, il-management jew l-impjegat?
F'każ li huwa l-impjegat, ma jaħsibx li r-responsabilità tal-Health and Safety qed tintefa' fuq l-impjegati nfushom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li abbażi tal-proċedura f'każ li jkun hemm xi rwejjaħ, is-senior management tal-Hexagon House, jikkonsulta mar-rappreżentanti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, dwar l-azzjoni li għandha tittieħed. Id-deċiżjoni li tittieħed mill-managment flimkien mar-rappreżentanti tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, tiġi kkomunikata lill-impjegati rispettivi, permezz ta' gwida lill-impjegati ta' x'għandhom jagħmlu fil-każ partikolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħdu l-awtoritajiet fid-dawl tal-mistoqsija parlamentari 8659, li saret fit-18 ta' Mejju 2009, biex jiġi żgurat li l-permit conditions tal-applikant qed jiġu onorati fir-rigward tal-kumpanija li allegatament qed tniġġes l-arja qrib Hexagon House? X'enforcements saru s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-permessi msemmiha f'PQ 8659 għadhom fl-istadju ta' pproċessar, billi l-operaturi ntalbu mill-MEPA jeżaminaw u jispeċifikaw fid-dettall il-metodi li bihom ser jikkontrollaw l-impatti ambjentali. Il-MEPA ukoll kitbet lill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma sabiex tieħu passi kontra l-kumpanija li kienet qiegħda titfa’ l-iskart tal-proċessi tagħha fid-drenaġġ b'mod illegali.
energy assessors for dwellings — Software użat waqt courses
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija kienet responsabbli għas-software li l-energy assessors ħadmu fuqu waqt il-courses tal-energy assessors for dwellings? Ħarġet xi tender dwar dan u jekk le, liema kienu l-kumpaniji l-oħra short listed? Is-software personalizzat li ser jużaw l-assessuri biex jagħmlu xogħolhom min ser jagħmlu? Liema kumpanija ser tingħata dan l-inkarigu u kemm ser jiġi jiswa? Kif intgħażlet din il-kumpanija? In-nefqa tas-software personalizzat tinsab inkluża fin-nefqa kkwotata tal-programm tas-software? Jikkonferma li għalkemm is-software huwa lest, għadu ma ġiex modifikat f’mod personalizzat biex jibda jitħaddem minnufih mill-assessuri? Meta mistenni jsir dan?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li biex ġie żviluppat is-software li l-energy asessors ħadmu fuqu waqt il-courses tal-energy assessors for dwellings kien inħareg tender li kien ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern No. 18331 tat-28 ta’ Ottubru 2008 taħt advert No 73. Għal dan it-tender, saru ħames offerti li minnhom kienet intgħażlet dik tal-Building Services Engineers.
Is-
software
li ser jużaw l-assessuri hu l-istess wieħed li ġie żviluppat għall-kors. L-assessur ser ikollu l-faċilità li meta jiġi biex jirreġistra ċ-ċertifikati jkun jista’ jdaħħal in-numru tar-reġistrazzjoni u dettalji oħra tal-assessur. Is-
software
li ħadmu biħ l-assessuri matul il-kors ma kellux din il-faċiltà. Mhux se jkun hemm l-ebda spiża żejda biex din il-faċilità tiddaħħal. Ir-raġuni li dan is-
software
għadu ma ngħatax lill-assessuri hi minħabba li qed isir xogħol ta’
programming
u testijiet fuq is-sistema tal-
e-Gov
li ser tintuża’ biex iċ-ċertifikati jiġu reġistrati u jinħarġu, kif ukoll biex isir ix-xogħol kollu ta’ awditjar mill-Uffiċju tar-Regolamenti tal-Bini permezz tal-
backend
tas-sistema.
Issa li għadda ftit taż-żmien mindu kien hemm il-qtugħ ta’ dawl estensiv tat-18 ta' Novembru, 2009 jista' l-Ministru formalment iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra :
a) il-
findings
preliminary
tal-investigazzjonijiet interni li saru flimkien mad-dettalji ta’ min għamilhom
b) ir-raġunijiet tekniċi li wasslu għal dan il-każ
ċ) stqarrija ċara u kategorika min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta dwar jekk abbażi tal-investigazzjonijiet tekniċi dan kienx dovut għal każ ta’ sabutaġġ jew le, flimkien ma' kopji ta’ rapporti li waslulhom min-naħa tal-Pulizija dwar l-investigazzjonijiet li huma ġew imqabbdin jagħmlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-Inkjesta Maġisterjali u dik tal-Pulizija għadhom għaddejin, nħoss li jkun prematur li jsir xi tip ta' kumment jew mod ieħor fuq il-każ.