Legislature:
Category:
Reset
Active:

feasibility study fuq dokument A Proposal for an Energy Policy For Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13083, 12819 u 12361 u ċioe: B’referenza għad-dokument riċenti ‘A Proposal for an Energy Policy For Malta’ jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-feasibility study li għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi fejn din qalet li kkonsidrat diversi għażliet dwar il-provvista ta’ gass naturali fosthom permezz ta’ pipeline interconnection bejn Gela u Delimara, liquified natural gas terminal f’Delimara Power Station bi trasport via sea vessels u compressed natural gas li jinvolvi l-ħażna u t-trasport ta’ gass kompressat f’pipes ġewwa sea vessels? Jista' jara li jiġu inklużi wkoll ir-rakkmandazzjonijiet finali fejn jintqal li skond l-istudju, liquified natural gas terminal bi storage capacity ta’ 600,000 cubic m tkun l-aħjar għażla u li l-introduzzjoni tal-gass naturali apparti milli jgħin fid-diversifikazzjoni, fil-ġenerazzjoni tal- fuel jikkontribwixxi sostanzjalment fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal- carbon dioxide flimkien ma' pollutants oħrajn ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi peress li l-istudju li qiegħed jirreferi għalih l-Onor Membru jifforma parti minn proċess li għadu ma ġiex konkluż. Għalissa ma jistax jkun ippubblikat.

Programm ta' xogħol — Tlestija ta' toroq residenzjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, lokalità b'lokalità, liema toroq residenzjali tlestew sa tmiem l-2008 mill-programm ta' xogħol li kien thabbar f'Awwissu 2006 ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista' ta' toroq li tlestew sa tmiem 2009.

Power stations — fly ash

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-fly ash iġġenerata mill-power stations? Jista' jagħti chemical breakdown? Fejn qed jispiċċa dan il-fly ash?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li, mill-analizi tal-kampjuni tal-Flyash li jsiru, il-kompożizzjoni tal-elementi hija kif ġej: mg/kg Cadmium 0.5 Chromium 11 Copper 20 Lead 64 Magnesium 4000 Nickel 3900 Vandium 4300 Zinc 170 Hexavalent Chromium 8.4 M ssir l-ebda analizi għal breakdown kimiku. Il-Flyash jiġi esportat lejn il-Ġermanja skont kuntratt.
Leg 11 PQ #13447 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Inċineratur tal-Marsa — skart bil-cholorine

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal diversi rapporti li l-inċineratur tal-Marsa huwa overstretched? Huwa minnu li l-inċineratur tal-Marsa jista' jaċċetta biss skart b’ċertu livell ta' cholorine fih għaliex jipproduċi d-dioxins, iżda li dan iwassal għal spikes? Matul is-sena 2009 kemm-il darba ntuża s- secondary chamber tal-inċineratur, aktar u aktar billi dan suppost jintuża meta jkun hemm il-problemi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux magħruf x'qiegħed jingħad bit-terminu 'overstretched'. Il-kontroll tal-kontenut ta' chlorine fl-iskart huwa l-mezz illi bih ikun ikkontrollat il-levelli ta' dioxins fl-emissjonijiet. Il-kontenut massimu ta' chlorine huwa rregolat mill-permess tal-IPPC. Is-'secondary chamber' huwa parti integrali mill-istruttura tal-impjant, illi għandu l-funzjoni illi l-iskart hu maħruq kompletament u hekk jiġi żgurat illi l-emissjonijiet huma skont il-livelli meħtieġa. Din l-istruttura hija intiża għal użu kontinwu u mhux bħala miżura ta' emerġenza.

Marsa — informazzjoni fuq l-inċineratur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-impjant tal-inċineratur tal-Marsa biex jiġi stallat? Kemm intnefqu flus fuq ir- retrofitting tiegħu ? Kemm kienu l- o perational costs tiegħu sa mill-i start up sal-lum sena b’sena, inkluż il-perjodu qabel ma ġie fully commissioned ? Kemm-il tunnellata skart ġie inċinerat? Kemm kien hemm waqfien tal-impjant li ma kienx skedat u ppjanat bil-quddiem? Kemm-il darba twaqqaf l-impjant għall-manteniment mill-bidu tiegħu sal-lum? Jista' jaghti breakdown dettaljat dwar kemm ġie proċessat skart mill-biċċerija, skart kliniku u skart kimiku f’termini ta’ volumi sena b’sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru għadha qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Manoel Island — Football Ground

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13023, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 1297 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Billi l-Ministru preċedenti ta' l-Edukazzjoni kien wieġeb nhar is-26 ta' Ġunju, 2007 li kien ser jitkellem mal-Ministri sħabu li b'xi mod jista' għandhom x'jaqsmu ma' l-istess proġett biex l-obbligi li daħlu għalihom l-MIDI fir-rigward tas-suġġett imqanqal minni - tal-ground ta' Manoel Island - jiġi onorat mill-aktar fis, xi progress sar minn dak iż-żmien 'l hawn u x'inhi l-policy tal-Ministru attwali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Art fejn illum hemm il-ground tal-futbol tifforma parti mill-konċessjoni emfiteutika tal-MIDI. Il-MIDI għandha obbligu li tibni ground alternattiv u qabel ma l- ground preżenti jiġi meħud, il-MIDI trid tkun lestit il- ground alternattiv. Il-MIDI qiegħda preżentament tistenna ir- review tal- Masterplan ta’ Manoel Island minn għand l-Awtorità ta’ Malta ta’ l-Ippjanar sabiex tkun tista’ tagħmel l-applikazzjonijiet tagħha biex tibda x-xogħol.
Leg 11 PQ #13471 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini ta' parlament ġdid

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13024 u ċioe: Billi l-pjan strutturali jgħid li Parliament and Ministries will concentrate in the Palaces and Auberges of Valletta, jista' l-Prim Ministru jgħid kif jirrikonċilja dan kollu mal-pjanijiet tal-Gvern li jibni Parlament ġdid qrib Bieb il-Belt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13024.

WasteServ — kopja tal-accounts

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13025 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-aħħar accounts tal-WasteServ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il- Wasteserv hija kumpannija pubblika limitata li hija regolata bil-Companies Act. Dan jobbligaha li tissottometti l-accounts awditjati lill-MFSA u għalhekk diġà huma aċċessibli.
Leg 11 PQ #13473 Sitting 184 2010-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapporti fuq West African Chemical Dumping

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13026 u jgħid x'azzjoni ħa l-Gvern dwar diversi rapporti fil-media u allegazzjonijiet li Malta hija hub tal-West African Chemical Dumping?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13026.
Leg 11 PQ #13441 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Clinical Waste

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi studji professjonali u indipendenti biex jiġi verifikat il-fatt li ħafna drabi clinical waste qed jiġi trasportat biss ftit metri il-bogħod miċ-civil abbatoir biswit il-biċċerija tal-Marsa minħabba l-inċineratur?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Biċċerija — animal by products - traceability

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x’passi konkreti qed jittieħdu dwar traceability ta’ animal by products fil-biċċerija li mhumiex adegwati għall-konsum uman biex jiġi żgurat li ma jerġgħux jidħlu fil-food chain?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Inċineratur tal-Marsa — Xogħol ta' conversion

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn liema ditta sar ix-xogħol tal-conversion tal-inċineratur tal-Marsa biex issir espansjoni tal-operat tiegħu? Kif intgħażlet din id-ditta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurma lid-Ditta responsabbli mill-upgrading tal-Impjant kienet Barbier & Tarozzi SpA, l-istess waħda li bniet l-impjant. L-iskop li nżammet din id-ditta kien li kienet taf eżattament fiex tikkonsisti l-installazzjoni. Il-WasteServ ma setgħetx iddaħħal kumpanija oħra peress li kienet titlef il-garanzija tal-Impjant oriġinali. Dan kien importanti minħabba li l-impjant oriġinali kien għadu ma ġiex ikkummissjonat u operat għal numru ta’ snin. Kien hemm estensjoni tal-kuntratt oriġinali mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li nġiebet clearance dwar l-iffinanzjar tiegħu mill-Ministeru tal-Finanzi.

Marsa — karkassi fil-landfills

Question

Jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni li matul l-aħħar sena ma intremew l-ebda karkassi fil-landfills meta kien wieqaf l-inċineratur tal-Marsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li matul l-aħħar sena, meta l-inċineratur kien wieqaf, ma ntremew l-ebda karkassi fil-landfill. Karkassi li kellhom jiġu maħruqa nżammu ġo l-friża sakemm l-inċineratur reġa’ nxtegħel u setgħu jiġu proċessati.

Inċineratur tal-Marsa — animal waste u clinical waste

Question

Billi nifhem li kien hemm pjanijiet oriġinali biex apparti minn animal waste u clinical waste l-inċineratur tal-Marsa kellu jipproċessa wkoll industrial chemical waste, jista' l-Minisitru jgħid fiex waslu dawn il-pjanijiet u meta mistenni jibda jagħmel dan? Jista' jgħid bħalissa kif qed jiġi disposed il-clinical waste, bħal ngħidu aħna thinners, zebgħa eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-apparat għat-trattament tal-chemical waste, bħalissa qed jiġi kkummisjonat. Diġà nħaraq kwantità ta’ liquid chemical waste bħala test u kien wieħed pożittiv. Iktar testijiet ser jitkomplew fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Clinical waste qed jiġi maħruq direttament fil-forn (Primary Combustion Chamber). Għall-informazzjoni tal-Onor Membru nixtieq ngħid li clinical waste ma jinkludix thinners u żebgħa.
Leg 11 PQ #13446 Sitting 183 2010-01-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Inċineratur tal-Marsa - real time data

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-inċineratur tal-Marsa qiegħed joffri d-data dwar l-operat tiegħu in real time? Għadha teżisti l-prassi li l-inċineratur jagħmel downloading tal-emissjonijiet kull nofs siegħa u wara d-data tintbagħat lill-organizzazzjoni Taljana għall-awditjar li wara tiġi mibgħuta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Faċilità tal-Inċineratur tal-Marsa hija obbligata tipprovdi lill-pubbliku readings kull nofs siegħa u kull ġurnata permezz tal-internet. Din l-informazzjoni qiegħda tiġi provduta fuq is-sit eletroniku tal-WasteServ http://www.wasteservmalta.com/main.asp?ID=19&TAB=Tab5 Il-WasteServ infurmat lill-MEPA li fil-preżent qegħda l-ewwel tgħaddi l-informazzjoni lill-kumpanija li mingħandha nxtara l-apparat u wara tippubblika l-informazzjoni fuq is-sit elettroniku. Il-WasterServ nfurmat ukoll lill-MEPA li qabbdet kumpanija barranija biex ittejjeb is-sistema.

Ditta Haase

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li d-ditta Haase li ħadet parti mill-impjant ta' Sant' Antnin u li hi rappreżentata minn Nazzareno Vassallo, f’Malta ħadet ukoll is-sistema tal-gass fil-Magħtab?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-Onor Membru jista faċilment jaċċedi għall-informazzjoni li hi pubblika.

Awtorità dwar it-Trasport — petizzjoni dwar grade separated junction fil-Kappara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-reazzjoni tal-Awtorità dwar it-Trasport għall-petizzjoni li ntbagħtet lilhom mill-Kunsill Lokali ta' San Gwann f’isem ir-residenti tal-Kappara dwar il-grade separated junction f’Mikiel Anton Vassalli Road, Kappara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħadet nota ta’ dak li tgħid il-petizzjoni u qed tieħu l-miżuri possibbli biex timmitiga l-problemi li qed jissemmew fil-petizzjoni

Park tal-Majjistral

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fil-Park tal-Majjistral? Jista' jinvestiga u jirraporta dwar ilmenti f’sezzjonijiet tal-istampa li ċerti rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governamentali ġieli qed jiġu ffaċċjati minn deċiżjonijiet amministrattivi meħudin miċ-Chairperson f’mod arbitrarju? X’passi konkreti ttieħdu biex jiġi implimentat il-pjan biex fil-park nazzjonali ma jidħlux vetturi bla ebda kontroll? X’passi qed jittieħdu biex is-sit ma jibqax jintuża għar-rimi tal-iskart u jkollu jitnaddaf regolarment? Kemm qed jkollhom say effettiv r-rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali fl-immaniġjar tas-sit? X’inhi il-pożizzjoni attwali tal-kaċċa f’dan is-sit? Ġiet solvuta u jekk iva, kif?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Marsa — Inċineratur - health hazards

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saru xi studji indipendenti u professjonali biex jiġi żgurat jekk l-inċineratur tal-Marsa ħoloqx health hazards għan-nies tal-madwar inkluz l-impjegati? Qatt waslu xi rapport lil WasteServ dwar l-effetti li l-fumes jista' jkollhom fuq in-nies msemmija? Jekk iva, x’passi ttieħdu u f’liema stadju ddaħħal il-Ministeru għall-Politika Soċjali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.