Rapport ta' Lahmeyer International — Energy Interconnection Malta-Europe
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapporti li skond il-mistoqsija parlamentari 4530, Lahmeyer International għamlet f’isem l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi dwar Energy Interconnection Malta-Europe?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13557.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — SEA fuq l-energy policy
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi kkummissjonat Strategic Environmental Assessment fuq l-energy policy? Meta ġie mniedi dan il-proċess u minn min qed isir l-iStrategic Environmental Assessment? Sa meta huwa mistenni li tiġi ikkonsolidata l-energy policy tal-pajjiż kif imwiegħed mill-istess Ministru nhar l-14 ta' Diċembru 2009 permezz tal-mistoqsija parlamentari 13142?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-
tender
għal konsulenza tas-Strategic Environmental Assessment (SEA) fuq l-
energy policy
ġie ppublikat fis-7 ta' Settembru 2009. Il-kuntratt ġie ffirmat fit-30 ta' Novembru 2009 u l-proċess mistenni jieħu madwar sena. Wara dan il-proċess l-
energy policy
tkun tista' tiġi kkonsolidata.
Billi skond stqarrijiet li dehru fl-istampa l-Kunsill Lokali tal-Gżira m'għandu x’jaqsam xejn ma' dan u d-deċiżjoni taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fil-ħinijiet ta’ tard bil-lejl toħloq perikli kbar għas-sewwieqa billi qed titfi regolarment it-traffic lights li hemm bejn Sliema Road u Rue D’Argens, il-Gżira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inkjesta li kienet ġiet kkummissjonata mill-Korporazzjoni Enemalta wara l-qtugħ riċenti li kien hemm fil-power station?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba l-fatt li l-inkjesti tal-Pulizija u tal-Maġistrati għadhom ma ġewx konklużi, ma jkunx prudenti li jiġi ppublikat r-rapport tal-Enemalta għalissa
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki minimi basiċi mitluba fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kull meta ssir sejħa għall-mili tal-postijiet vakanti ta' spetturi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-kwalifiki kurrenti applikabbli għal postijiet vakanti ta' spetturi.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — Konsulenti Laymeyer International
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew kkummissjonati rapporti mill-Ministeru nnifsu u mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi mill-konsulenti Lahmeyer International? X'kienu jikkonċernaw? Kemm ġie jiswa kull studju individwali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi kkummissjonat żewġ rapporti lil Lahmeyer International GmbH skont kif ġej:
Rapport
Valur
Data ta kummissjoni
Studju dwar l-interkonnessjoni tal-enerġija li tgħaqqad lil Malta mal-Ewropa
(Energy Interconnection Malta-Europe)
€397,500
2 ta' Mejju 2007.
Xogħol addizzjonali biex jikkumplimenta l-istudju Interkonnessjoni tal-enerġija li tgħaqqad Malta mal-Ewropa
(Additional work to complement the study – Energy Interconnection Malta Europe)
€68,800
28 ta' Settembru 2009
L-ewwel studju kien ikkumissjonat wara sejħa għall-offerti filwaqt li t-tieni wieħed ingħata direttament lil-Lahmeyer International GmbH wara approvazzjoni mill-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13131, 11705 u 11431 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infratruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferti lilu u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: fid-dawl ta' rapporti li skond l-Unjoni Ewropea pajjiżna waqa' lura f'dak li għandu x'jaqsam ma' online security u anti spam measures, jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi mistennija jittieħdu fil-ġejjieni qarib? Hemm xi ħsieb li wara discussion paper dwar l-ispam li kienet tqassmet fin-NISCO ferm qabel l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, titressaq leġislazzjoni komprensiva li tinkludi provedimenti għall-prosekuzzjoni għal min jagħmel kontravenzjonijiet ta' spam, spyware u malware?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din id-domanda ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13118 u ċioe: B'referenza għall-iżbroff li kien hemm minħabba tfiegħ illegali fis-sistema tad-drenaġġ li qed iwassal għall-iżbroff li kien hemm u għad ikun hemm mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ taċ-Ċumnija fil-Mellieħa:
a) Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawn l-irżieżet tal-majjali u jekk hux se jittieħdu passi kontra min qiegħed iwettaq dan l-imsemmi abbuż?
b) Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li la darba l-problema ġiet identifikata, ma tteħditx azzjoni mill-ewwel kontra dan l-abbuż?
ċ) Jista' jgħid xi kwantità ta' ilma/likwidi jiflaħ dan l-impjant qabel ma jibda jitfa' fil-baħar drenaġġ mhux trattat? X'azzjoni qed tieħu l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tikkontrolla din il-problema?
d) Jista' jgħid x'analiżi saret tal-ħsara marittima li diġà seħħet fl-inħawi tal-Impjant?
e) Il-Ministeru informa lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika b'dan l-iżbroff tad-drenaġġ fil-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-irziezet konċernati huma potenzjalment dawk kollha li joperaw fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-KSI bdiet tieħu passi permezz ta’ ittri li ntbagħatu lill-diversi irziezet li kienu qed ibattlu fit-Tramuntana ta’ Malta permezz ta’ bowsers sabiex dawn ibattlu f’postijiet alternattivi, bħala miżura temporanja.
Is-sidien ta’ l-irziezet ġew ukoll infurmati diversi drabi jikkonformaw ma' l-Avviż Legali LN 139 ta’ l-2002 dwar il-kontroll ta’ rimi fis-sistema tad-drenaġġ.
Rigward azzjoni t'infurzar, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
L-impjant jiflaħ massimu ta’ 785 m3 fis-siegħa sa massimu ta’ 1,260 m3 bl-ilma tax-xita.
Il-ħsara li ssir lill-ambjent marittimu f’dawn il-każijiet hija waħda minuri u riversibbli u b’hekk l-analiżi li jsiru huma dawk ta’ l-ilma ttrattat fil-ħruġ ta’ l-impjant.
F’każ ta’ żbroffi ta’ volumi sostanzjali ta’ ilma mhux trattat għall-livelli meħtiega, il-KSI tinforma l-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u liema skemi ta’ waste packaging producers għandhom audit trail tal-operat tagħhom mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn kemm ilhom joperaw dawn l-audit trails f’kull każ partikulari? X’inhi l-fehma uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar dan l-operat? L-Awtorità tiddistingwi bejn waste packaging producers u collector? Jekk iva, kif? Jista' jassigura lill-Kamra li fl-analiżi u fil-monitoraġġ tagħha l-Awtorità tiżgura li l-kumpaniji taħt kunsiderazzjoni fejn jidħol monitoraġġ huma konformi mad-definizjoni ta’ producer skond it-termini tal-Att dwar Eko Kontribuzzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-produtturi ta' l-ippakkjar għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħala hekk imsemmija, kif ukoll li jipprovdu d-data f'dan ir-rigward. Kull produttur huwa obbligat li jżomm audit trail adegwata ta' l-operat tagħhom sabiex tiġġustifika l-ammonti li ġew impoġġiha fuq is-suq kif ukoll dak li ġie rkuprat/riċiklat.
Hemm ukoll numru ta' produtturi li jagħżlu li jissieħbu ma' skema sabiex din tilħaq l-obbligi tagħhom għan-nom tal-produtturi membri tagħhom. F'dan il-każ l-iskema għandha l-obbligu li żżomm
l-audit trail
hi, u għandha obbligu ieħor li tqabbad awditur sabiex jagħmel dan.
Bħalissa l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qed tħejji pjanijiet sabiex toħroġ
tender
sabiex t'ingaġġa awdituri jgħinu lill-Awtorità ssaħħaħ din is-sistema u bl-għan li
l-audit trails
tal-produtturi jiġu verifikati.
Iva, l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) tiddistingwi bejn produtturi ta' l-ippakkjar u
collectors
. Produtturi ta' l-ippakkjar huma dawk li jpoġġu materjal ta' l-ippakkjar fuq is-suq Malti, jew permezz ta' importazzjoni jew produzzjoni, u kif ġa msemmi għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Il-
collectors
huma dawk li jiġbru l-iskart, u huma wkoll suġġetti għar-reġistrazzjoni tal-vettura tagħhom.
L-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) mhijiex l-Awtorità kompetenti fir-rigward tal-Att dwar l-Eko Kontribuzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm isiru breathalyser tests fuq sewwieqa pparkjati qrib pubs fl-inħawi ta’ San Ġiljan kif ukoll raids fl-istess pubs biex jiġi żgurat li ma jirrizultawx każijiet allegati ta’ traffikar u użu ta’ drogi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sabiex persuna tkun meħtieġa tagħti kampjun tan-nifs għal test tan-nifs iridu jkunu segwiti il-provedimenti ta’ l-artikolu 15C tar-Regolament tat-Traffiku (Kap 65). Dawn l-istess Regolamenti ma jippermettux li tkun operata il-proċedura kif suġġerita mill-Onorevoli Interpellant, ċioe’ li jsiru breathalyser test fuq sewwieqa pparkjati qrib pubs. Infurmat ukoll illi l-Pulizija tagħmel spezzjonijiet kemm f’istabbilimenti ta’ divertiment kif ukoll fl-inħawi tagħhom għal xi abbuż ta’ droga.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — problema ta' drenaġġ fit-Triq il-Wied l-Msida
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax issib soluzzjoni dejjiema għall-problema tad-drenaġġ li spiss ifur fi Triq il-Wied, l-Msida minkejja diversi rapporti li rriżultaw li saru lill awtoritajiet? Għalkemm il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet rrapurtata li qalet li kienet konxja mill-problema u li l-pompi blukkati li kien hemm fi Triq il-Wied ġew msewwija, ma jaħsibx li hemm bżonn approach aktar intensiv u ħolistiku meta fi kliem l-istess korporazzjoni s-sistema tad-drenaġġ ma tkunx tista' tlaħħaq mal-ilmijiet kbar li jaqgħu meta tagħmel xita qawwija tant li b’konsegwenza ta' dan spiss jinqalgħu bosta manhole covers li jirriżulta f’ħafna drenaġġ ifur fit-triq msemmija? Jekk iva, x’inhuma il pjani li għandha f’moħħha l-istess Korporazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13090 u 12762 u jgħid jekk meta jinħarġu compliance certificates mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dawn jintbagħtux bil-posta jew jingħatawx by hand across the counter mill-enforcement officers? Ir-raġuni hija ovvja għaliex meta dawn jinħarġu bl-idejn ir-riskju ta’ korruzzjoni fil-ħruġ ta’ permessi simili jikber. Jekk m'għadhomx jinħarġu by hand, jista' jgħid meta twaqqfet din il-prattika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13090.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13089 u 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant ma' Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'se jiġri minn dawn il-farms meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala farms u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba fil-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed ipoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?
ETC — nies jirreġistraw għax-xogħol bħala registered disabled
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jirreġistraw għax-xogħol bħala registered disabled mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? Kemm minnhom ilhom jirreġistraw sena jew anqas, bejn sena u sentejn, bejn sentejn u tliet snin, bejn tliet snin u erba' snin, bejn erba' snin u ħames snin kif ukoll minn ħames snin 'il fuq?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li fl-aħħar ta’ Novembru 2009 kien hemm 460 persuna reġistrata mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ bħala registered disabled kemm fuq l-ewwel parti kif ukoll fuq it-tieni parti tar-reġistru.
Dawn kienu ilhom jirreġistraw hekk :-
Ilhom jirreġistraw
Nov-09
Sena jew inqas
223
Minn sena sa sentejn
106
Minn sentejn sa tliet snin
47
Minn tliet snin sa erba' snin
30
Minn erba' snin sa ħames snin
17
Minn ħames snin ‘il fuq
37
Total
460
Billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikmanda li m'għandhom jsiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
Jista' Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13021 u jgħid kemm intnefqu flus f'reklami awdjoviżivi u stampati dwar il-budget wara li tħabbar? Liema kienet id-ditta li ħadet ħsieb l-advertising campaign inkluż l-art work flimkien mal-kitba tat-text tar-reklami? Kemm tħallset u kif intgħażlet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li tħallas total ta’ €29,080.42 f’reklami stampati fil-gazzetti lokali, €1162 f’online banners, u €162 f’reklamar fuq ir-radju. Sar avviż dwar il-baġit li ġie mxandar ukoll fuq TVM u Radju Malta permezz tal-Public Service Obligation.
Il-Lighthouse Communications Ltd. intgħażlet b’mod dirett biex tikkoordina l-kampanja tal-Baġit u ntefqu total ta’ €18,199.76 fuq produzzjoni ta’ reklami awdjoviżivi għat-televiżjoni, għar-radju, għall-użu
online
u għall-gazzetti stampati. Dan il-fond intuża wkoll għad-disinn u koordinament ta’ ktejjeb li ntbagħat lir-residenti kollha ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll għall-preparamenti ta’ xogħolijiet konnessi u l-produzzjoni ta’
backdrops, pop-up stands
u fotografija fost affarijiet oħra.
Intefqu wkoll €1217.64 għal reklami bil-kulur li dehru fil-gazzetti stampati. Dawn ġew koordinati mill-kumpanija JP Advertising Limited.
Billi l-Prim Ministru riċentement tkellem fit-tul favur l-introduzzjoni tal-Islamic Finance f’Malta u billi issa għadda żmien mhux ħażin minn mindu l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ppubblikat consultation document dwar dan u anke kisbet il-feedback meħtieġ, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jiġi introdott dan il-kunċett ġdid? Fuq liema binarji ser jkun u x’time scales hemm maħsuba għal dan? Il-Gvern qed jikkonsidra retail banking, project financing, special purpose vehicles, jew anke fund management u assigurazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-onorevoli interpellant illi ninsab infurmat illi l-eżerċizzju dwar il-Consultation Document oriġinali kif ukoll il-Feedback Statement li sussegwentement inħareġ mill-MFSA dwar l-introduzzjoni tal-Islamic Finance f’Malta kienu jirreferu speċifikament għall-qasam tal-Banking (inkluż retail banking, u tranżazzjonijiet bankarji oħra bħal project financing), u għall-qasam tas- Securities (kompriż il-fund management).
Il-
Consultation
Document
ma kienx jirreferi għal qasam ta’ l-assigurazzjoni li fil-fatt kien ippjanat li jiġi trattat fi stadju ulterjuri.
Ninsab infurmat ukoll illi l-pożizzjoni preżenti hi li filwaqt li fil-qasam tas-
securities
, l-MFSA waslet biex tikkonkludi l-istudji tekniċi kollha sabiex tkun f’pożizzjoni li tippubblika linji gwida f’dan ir-rigward fl-ewwel nofs tal-2010, fil-każ ta’ l-
Islamic
Banking
ġew identifikati numru ta’ diffikultajiet legali u tekniċi li għadhom qed jiġu studjati mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma’ wieħed ikun jista’ jipproċedi f’dan ir-rigward.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu ġew allokati fondi għall-isports initiative scheme for local councils aktar kmieni din is-sena? Liema kienu l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn dan? Kemm kien hemm għaqdiet sportivi li bbenefikaw? Kemm minnhom għad għandhom refużjonijiet pendenti x’jieħdu u kemm ilaħħqu b’kollox individwalment? Meta mistenni jsir dan il-final settlement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-iSports Initiative Scheme tal-2009 ġew ivvotati € 60,000 li ħarġu nofs mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u nofs mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn din l-iskema. Dawn il-Kunsilli huma marbutin li jsegwu proċess biex ikunu jistgħu jieħdu dawn l-ammonti, fosthom li jipproduċu evidenza tal-avveniment u tal-infieq li jkunu għamlu.
S’issa huma tlett Kunsilli li bagħtu id-dokumenti kollha u tħallsu. Dawn huma il-Mellieħa, ir-Rabat (Għawdex) u ix-Xagħra (Għawdex).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mistennija toħroġ il-permessi għall-esportazzjoni tal-flyash li għadu maħżun Delimara sakemm joħorġu dawn il-permessi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permess għall-esportazzjoni tal-flyash (Ref MT 08/000014) inħareġ fl-20 ta' Novembru 2009.
Proġetti mhux aċċettati għall-fond ambjentali mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13085, 12818 u 12351, li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu, u jikkonferma li Malta hija waħda minn erba' stati membri tal-Unjoni Ewropea li naqset milli tibbenefika mill-fond ambjentali ta’ €207 miljun tal-Unjoni Ewropea allokati lill-proġetti ambjentali taħt il-Life Programme għas-sena li għaddiet? Jikkonferma li l-erba' proġetti sottomessi minn pajjiżna lkoll ġew skwalifikati minħabba li ma laħqux il-livelli u s-selection criteria meħtieġa? Bħala Gvern Malti, jista' jgħarrafna għaliex l-ebda proġett Malti ma ġie approvat jew saħansitra aċċettat u dan meta pajjiż żgħir ġirien tagħna li ssieħeb magħna bħal Ċipru, irnexxielu jirċievi 'l fuq minn €6 miljun b’rabta ma' ħames proġetti differenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet sottomessi minn enti pubbliċi (il-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u l-WasteServ Malta) għall-finanzjament taħt il-Life Programme fis-sejħa tal-2008 u deċiżi matul is-sena li għaddiet flimkien mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ma nistax inpoġġi informazzjoni dwar iż-żewġ applikazzjonijiet l-oħra għax m’humiex minn enti kontrollati mill-Gvern.
Il-Gvern jixtieq li jsir użu massimu minn pajjiżna mill-fondi taħt il-programmi tal-UE. Għar-rigward dan il-programm, matul is-sena li għaddiet saru numru ta’ seminars u laqgħat individwali għal partijiet interessati biex jipprovdu kemm informazzjoni u assistenza.