Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15288 li saret lill-Prim Ministru, u mistoqsija parlamentari 14361 li saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, li oriġinarjament saret lill-Politika Soċjali u jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiki jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
photovoltaic systems fuq bjut ta' ażjendi, binjiet u dipartimenti tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji jew consortia li wieġbu għall-expression of interest għall-istallar u manteniment ta' photovoltaic systems fuq bjut ta' ażjendi, binjiet u dipartimenti tal-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba kollha tinsab pubblikata fuq il-website tal-Gvern www.solarenergy.gov.mt.
Kunsilli lokali — skema finanzjarja msejħa Għajnuna lill-Kunsilli Lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14766 nitlob lill-Prim Ministru jwieġeb u jikkonferma meta approva l-policy għall-għajnuna finanzjarja biex ikun jista’ jsir rapport tekniku socjo-ekonomiku (E.I.A.) dwar l-impatti li jkunu se jolqtu lil-lokalità tagħhom negattivament, liema għajnuna finanzjarja ma taqax taħt l-Art 33 tal-Att Dwar il-Kunsilli Lokali. Il-policy qegħda taħt il-heading, “Għajnuna lill-Kunsilli Lokali sabiex jippreparaw rapporti dwar proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom”.
1) Meta l-policy ġiet fis-seħħ?
2) Meta ġew mgħarrfa formalment il-kunsilli lokali kollha ta’ Malta u Għawdex?
3) Meta applika l-Kunsill Lokali tal-Qala?
4) Il-Kunsill Lokali tal-Qala qatt tħallas taħt din il-policy jew le, dan aktar u aktar billi fil-gazzetta The Times tad- 9 ta' Ġunju 2008, intqal li l-Kunsill Lokali tal-Qala kienu tħallsu taħt din l-policy?
5) Kemm kien hemm talbiet oħrajn pendenti?
6) Kemm minnhom ġew aċċettati?
7) Kemm minnhom ġew rifjutati u liema kienu fiż-żewg każi?
8) Inkisbet awtorizzazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi qabel ma nħarġet din l-policy u
9) Jista' jgħid jekk għadhiex fis-seħħ?
Nitolb lill-Prim Ministru ġentilment tirreferi ukoll għall-kopja tal-policy relevanti li ngħatat mill-Ombudsman lil terzi, liema policy ingħata lilu minn Dr Chris Said innifsu, kif ukoll għal dak li qal verbatim Dr Chris Said waqt il-program fuq SMASH TV "KLIEM U FATTI" flimkien ma' artiklu li kien deher f'The Times tad-9.6.08 in konnessjoni mal-mistoqsija 14766 li qatt ma ġie kkoreġut?
Jekk huwa minnu li diġà nbeda xi xogħol fuq l-extension tal-power station ta’ Delimara, jista' l-Prim Ministru jgħid a bażi ta’ xiex sar dan meta s’issa kull ma nħareġ kien outline development permit u għadu ma nħarġix ir-rapport tal-awditur?
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li allegatament instab ħati li ma kienx qed jiddisponi mill-iskart tossiku tal-power station tal-Marsa kif suppost u x'passi ttieħdu kontrih?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kuntrattur ma nstabx ħati minn l-ebda awtorità. Madankollu wara li l-MEPA ħarġet ‘Stop Order’, il-kuntratt ġie tterminat.
Lahmeyer International — konsulenza dwar l-interkonnessjoni tal-enerġija li tgħaqqad lil Malta mal-Ewropa
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kkumissjonati mill-konsulenti Lahmeyer International dwar l-interkonnessjoni tal-enerġija li tgħaqqad lil Malta mal-Ewropa kif ukoll dak dwar ix-xogħol addizzjonali biex jikkumplimenta l-istudju tal-interkonnessjoni tal-enerġija li tgħaqqad lil Malta mal-Ewropa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mgħotija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 13557,13795 u 14767.
rapporti finali dwar l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu
Question
Jista' l-Minsitru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti finali dwar l-istrateġija tal-immaniġġjar tal-iskart solidu hekk kif approvat mill-Kabinett u kif mistenni li jiġi diskuss kif diġà ġie mwiegħed fil-Parlament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentement qed isiru l-aħħar emendi fuq ir-rapporti finali dwar l-istrateġija ta’ l-immaniġġjar tal-iskart solidu wara li dan ġie ppreżentat lill-Kabinett.
Dipartiment tat-taxxi interni — income tax refunds
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma d-Dipartiment tat-Taxxi Interni kemm mistenni jħallas imgħax approssimattiv fuq l-income tax refunds li suppost tħallsu sa tmiem is-sena li għaddiet kif kien oriġinarjament imwiegħed?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-imgħax approssimattiv fuq l-income tax refunds li suppost tħallsu sa tmiem is-sena jammonta għal €261,394.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parmalentari 14744 u 13448 u jgħid kemm ġie jiswa l-impjant tal-inċineratur tal-Marsa biex jiġi stallat?
Kemm intnefqu flus fuq ir-
retrofitting tiegħu
? Kemm kienu l-
operational costs
tiegħu sa mill-i
start up
sal-lum sena b’sena, inkluż il-perjodu qabel ma ġie
fully commissioned
? Kemm-il tunnellata skart ġie inċinerat? Kemm kien hemm waqfien tal-impjant li ma kienx skedat u ppjanat bil-quddiem? Kemm-il darba twaqqaf l-impjant għall-manteniment mill-bidu tiegħu sal-lum? Jista' jagħti
breakdown
dettaljat dwar kemm ġie proċessat skart mill-biċċerija, skart kliniku u skart kimiku f’termini ta’ volumi sena b’sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ir-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14745, 13615, 13089 u 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant mal-Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'se jiġri minn dawn l-irżieżet meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala irżieżer u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba l-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed ipoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14746 u 13685 u ċioe: billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikkmanda li m'għandhom isiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14749, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward tas-snin 2007, 2008 u 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-mistoqsija ma tistax tkun risposta mill-Ministeru tiegħi peress li l-unika informazzjoni miġbura mill-WasteServe tikkonċerna biss dak il-materjal indirizzat għal riċikaġġ u li jinġabar fil-faċilitajiet pubbliċi tal-Bring-in Sites. Ir-responsabbilta' għall-ġbir u ż-żamma ta' data relatata ma taqax fuq il-WasteServe. Inizjattivi privati li jittieħdu dwar riċiklaġġ jkunu rapportati lill-MEPA li żżomm dawn ir-records fuq bazi nazzjonali.
skema ta' inċentivi għal domestic alternative energy systems
Question
Minn kemm ilha li ġiet fis-seħħ l-iskema l-ġdida tal-Budget 2010 dwar inċentivi għal domestic alternative energy systems , jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet li daħlu minn applikanti Maltin s’issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li minn mindu meta nfetħet l-iskema l-ġdida tal-Budget 2010, min 416 il-applikazzjoni, 291 Malti applikaw għal sistema ta' panelli fotovoltajċi. Taħt l-iskema għal solar water heating system, kien hemm erba' applikanti Maltin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-permessi meħtieġa biex tibda titħaddem parti mill-landfill għall-hazardous waste? Meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni oriġinarjament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ewwel applikazzjoni tal-IPPC għall-landfill tal-iskart perikoluż ġiet sottomessa lill-MEPA f’Diċembru tal-2005. Din ġiet evalwata minn konsulenti mqabbda mill-MEPA għal dan il-għan, u l-ewwel kummenti u mistoqsijiet għal aktar informazzjoni ntbagħtu lill-applikant f’Settembru tal-2007. Wara dan, l-applikant informa lill-MEPA bl-intenzjoni li tiżdied l-applikazzjoni għaż-żona tat-trattament. Għaldaqstant, il-Kumitat tal-IPPC (li huwa legalment responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-IPPC), f’April tal-2008 informa lill-applikant li dawn iż-żewġ attivitajiet ser jiġu meqjusin f’applikazzjoni waħda. Informazzjoni rigward iż-żona tat-trattament waslet għand il-MEPA f’Jannar tal-2008, u iktar informazzjoni rigward il-landfill waslet f’Lulju tal-2008. Din l-informazzjoni ġiet evalwata mill-MEPA u fi Frar 2010 il-MEPA staqsiet għal iktar informazzjoni rigward it-tip ta’ skart li se jidħol fl-impjanti, il-kwantitajiet previsti, it-tip ta’ trattament li se jsir u pjanti tal-proposta.
Proċess tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji preċiżi lil din il-Kamra f'liema stat wasal il-proċess tas-sottomissjoni tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima taħt ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tħejjija tat-Tieni Komunikazzjoni ta' Malta dwar it-Tibdil fil-Klima taħt ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda għada mhix konkluża iżda qiegħda di stat avvanzat. L-abbozz kien ippreżentat lill-Kabinet u fil-ġranet li ġejjin se jkun konkluż.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji preċiżi dwar l-ammont totali minn sorsi Maltin ta' emissjonijiet magħrufa bħala greenhouse gases għas-sena 2008 partikolarment mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, u ċioe l-Power Stations tal-Marsa u Delimara li jaqgħu taħt il-parametri tal-Emissions Trading Scheme Directive?
Jista' jikkonferma jekk matul is-sena 2008, meta konna ninsabu fl-ewwel sena tal-Emissions Trading Period hekk kif stabbilit taħt din id-direttiva, Malta qabżitx jew le il-limiti, jew capping ta' emissjonijiet allokat lilha mill-Kummissjoni Ewropea u ċioe ta' madwar 2.1 miljun tunnellata CO2?
Jista' jikkonferma jekk Malta għamlitx użu minn xi forma ta' mekkaniżmu li jista' jeżisti taħt l-Emissions Trading Scheme Directive li permezz tiegħu xi allokazzjonijiet żejda ta' C02 li seta' fadlilha Malta minn wara l-ewwel Emissions Trading Period (minn 2005 sa tmiem 2007) ġew trasferiti għat-tieni Emissions Trading Period biex b'hekk ikun jista' jkopri xi emissjoni żejda ta' greenhouse gases li setgħu ġew emissi fis-sena 2008 u li jmorru oltre l-capping stabbilit għal Malta mill-Kummissjoni Ewropea?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-emissjonijiet tas-CO2 mill-Marsa Power Station għas-sena 2008 kienu 1,043,935mt u ta’ Delimara 974,650mt li jammontaw 2,018,585mt. Dawn kienu taħt dik li kienet allokat lil Malta mill-kummissjoni li kien ta’ 2,107,837mt.
Malta m’għamlitx użu minn mekkaniżmu li żżid l-
allowances
għaliex l-emissjonijiet attwali kienu taħt dak li kien approvat mill-kummissjoni fl-2008.
Triq tal-Ibraġġ — bankina okkupata - periklu tar-residenti
Question
Peress li għal dawn l-aħħar ħames snin, residenti tal-Ibraġġ Road faċċata tal-Halland Hotel, qed ikollhom jimxu f'nofs ta' triq minħabba li l-bankina hija okkupata u l-awtoritajiet lokali minflok ma ħadu passi preventivi, ħallew titwaħħal tabella tal-iSmart Meters u l-insistenza biex tiġi ppjanata zebra crossing ħalli ttaffi mill-ispeed li karozzi jsuqu bih lejn/minn Paceville weħlet fuq l-ixkaffa, jista' l-Prim Ministru jikkonferma min hu lest li jerfa' kull responsabilità f'kull każ ta' aċċident fatali, kif ukoll li jinsisti mal-awtoritajiet lokali biex jittieħdu passi preventivi għas-sigurtà tar-residenti tal-lokal?
Minħabba l-gravità tal-każ, ma jemminx il-Prim Ministru li l-Gvern Ċentrali għandu jagħti l-input tiegħu direttament f'din il-kwestjoni?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14359 u 13425 u jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fil-Park tal-Majjistral?
Jista' jinvestiga u jirraporta dwar ilmenti f’sezzjonijiet tal-istampa li ċerti rappreżentanti tal-għaqdiet mhux governamentali ġieli qed jiġu ffaċċjati minn deċiżjonijiet amministrattivi meħudin miċ-Chairperson f’mod arbitrarju?
X’passi konkreti ttieħdu biex jiġi implimentat il-pjan biex fil-park nazzjonali ma jidħlux vetturi bla ebda kontroll? X’passi qed jittieħdu biex is-sit ma jibqax jintuża għar-rimi tal-iskart u jkollu jitnaddaf regolarment?
Kemm qed jkollhom say effettiv ir-rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali fl-immaniġjar tas-sit?
X’inhi il-pożizzjoni attwali tal-kaċċa f’dan is-sit? Ġiet solvuta u jekk iva, kif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Fil-Park tkomplew ix-xogħlijiet ta’ indafa u anki tkomplew jinżergħu sigar. Ma naqsux li jitkomplew ukoll il-'guided tours' minn persuna li taħdem mal-Park.
Kull deċiżjoni li titieħed issir bi qbil bejn il-membri tal-Bord kollu u hemm indikazzjoni li s’issa kien hemm qbil mill-maggoranza tal-Bord fuq kull ħaga li saret fil-Park.
Bħal issa qed isir l-aħħar xogħlijiet biex eventwalment ikun regolat l-access fil-Park. Fil-ġejjieni qasir ser inkunu nistgħu nħabbru din il-miżura fil-pubbliku. Il-Bord għamel rapport dettaljat dwar kif dan l-aċċess għandu jkun regolat. Ninsab infurmat li f'dawn il-jiem ser issir laqgħa pubblika ta' konsultazzjoni mar-residenti tal-Manikata u diġà ħarġu diversi avviżi sabiex inkisbet l-informazzjoni ta’ dawk kollha li għandhom interess ta’ aċċess għall-Park.
Preżentement qiegħda tkun evalwata l-istallazzjoni ta' CCTV’s barra mis-servizzi tal-gwardjani lokali u l-pulizija biex jissuperviżżaw il-Park biex jitrażżnu l-abbuzi.
L-Għaqdiet interessati huma mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-liberta kollha dwar dak kollu li jixtiequ li jitwettaq fil-Park.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14361 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u 13440 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid jekk qattx kien hemm xi pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li talbu kjarifiki jew tagħrif dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet mitluba kjarifika dwar l-operat tal-inċineratur tal-Marsa minn xi pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12758, jista' l-Ministru jikkonferma għaliex impjant state of the art bħal TTF ma jistax jinċinera id-demm fil-biċċerija? Jista' jagħti l-każ li m'hemmx apparat available? X'passi ttieħdu wara li irriżulta li kien sar dumping tad-demm fis-sewer system?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f'Seduta oħra