Għal kemm nifhem li il-konnessjoni ta’ Malta ma' Renzo Piano tmur lura s-snin dwar il-proġett tat-teatru l-imwaqqa, jista' l-Ministru jgħid meta ġie commissioned għall- assignment speċifiku li għandu bħalissa mill-gvern Malti? Dan jmur lura saħansitra għal qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet jew le? Jekk iva, x’kienet il-brief tiegħu sa dakinhar u x’kienu s-suġġerimenti tiegħu sad-data tal-elezzjoni li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Renzo Piano Building Workshop kienu kkummissjonati f'Novembru tas-sena 2008, jiġifieri wara l-aħħar Elezzjoni Ġenerali.
Billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġie kkwotat mill-media jgħid fil-kuntest ta’ użu aħjar tal-Malta Conference Centre bħala multi purpose theatre li l-gvern Malti kien daħal f’negozjati biex jixtri proprjetà madwar l-MCC sabiex jipprovdi faċilitajiet għall-espansjoni, jista' l-Ministru jgħid dwar liema valur ta’ proprjetà qegħdin nitkellmu u x’inhi l-footprint kkonċernata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qegħdin isiru negozjati sabiex il-Gvern jixtri proprjetà mingħand il-privat sabiex jipprovdi faċilitajiet għall-espansjoni tal-Malta Conference Centre. Madanakollu, il-valuri tal-proprjetà u l-footprint kkonċernata, għadhom qed jiġu stabbiliti, peress li għadhom għaddejjin it-taħditiet mas-sidien.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha mal-perit Renzo Piano dwar is-siting u l-bini tal-Parlament il-ġdid kif ukoll dwar il-parametri li ntalab jaħdem fihom? Kemm kien hemm struzzjonijiet li ma ngħatawx bil-miktub u jekk iva x’kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Perit Piano ingħata struzzjonijiet verbali mill-Prim Ministru biex fuq is-sit tat-Teatru Rjal jinbena Parlament fil-laqgħa li kellu miegħu f'Pariġi f'Ottubru 2008.
Sussegwentament, il-Perit Piano ġie Malta f'Jannar 2009 u f'laqgħa li kellu mal-Prim Ministru ssuġerixxa li l-Parlament jinbena fuq Pjazza Ħelsien u t-Teatru Rjal mibdul f'performing space. Dan is-suġġeriment ġie aċċettat.
Għalhekk m'hemm ebda briefs miktuba jew korrispondenza x'tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra minkejja l-ħafna invezjonijiet li smajna fil-media.
Jista' l-Ministru jgħid x’kien speċifikament ir-rwol tal-perit li dettalji dwaru qed jintbagħru separatament fil-proġett ta' Bieb il-Belt? Kemm tħallas u mistennija titħallas id-ditta tiegħu għax-xogħol ta' perizja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-perit in kwistjoni huwa partner f'ditta privata li tirrapreżenta lil Renzo Piano Building Workshop. Għaldaqstant il-Gvern m'għandu l-ebda kuntratt mal-perit imsemmi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15677 u 15332 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14749, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għar-rigward tas-snin 2007, 2008 u 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-aħħar informazzjoni miġbura għas-sena 2007 u 2008, l-ammont ta’ skart muniċipali li ġie irriċklat kien jammonta għal-tlieta fil-mija tal-ammont iġġenerat, filwaqt li l-ebda persentaġġ ma ġie rikuperat u re-użat. Dawn il-persentaġġi huma riżultat tax-xogħolijiet li kienu għaddejjin fuq l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’ Antnin, b'riżultat li l-maġġor parti ta' l-iskart għas-sena 2007 u 2008 kellu jiġi ddevjat lejn it-terraferma artifiċjali ta’ l-Għallis.
Fir-rigward is-sena 2009 dwar l-ammont ta’ skart li ġie re-użat, riċiklat u rikuperat, din l-informazzjoni għada mhux iffinalizata. Dan il-għaliex bħal issa tkun qed tiġi miġbura l-informazzjoni min operaturi ta’ l-iskart fejn imbagħad trid tiġi analizata u kompilata f’forom kommuni skont il-qafas legali li jirregola lis-skart.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15679, 15302, 14745, 13615, 13089 u 12775 u 12323 u jgħid kemm mill-irziezet f'pajjiżna huma compliant mal-Food Security and Safety Regulations tal-Unjoni Ewropea? X'għajnuna qed jagħti l-Gvern biex jgħinhom jagħmlu l-investimenti meħtieġa sabiex jiġu compliant? Kemm minn dawn il-farms ġew mibdula għall-użu ieħor? X'se jiġri minn dawn l-irżieżet meta l-għajnuna finanzjarja diretta tieqaf fi tmiem is-sena d-dieħla? Jista' jikkonferma li f'żoni bħall-Magħtab hemm tmienja biss minn 24 razzett li għadhom joperaw bħala irżieżet u li ħafna minn dawn jinsabu f'qagħda ħażina ferm? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn għandhom jitħallew ikomplu joperaw minħabba l-kundizzjonijiet li jinsabu fihom? X'garanzija għandu l-konsumatur li l-Gvern qed ipoġġi l-interessi u l-kunsiderazzjonijiet tal-istess konsumaturi dwar il-food security and safety l-ewwel u qabel kollox?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-irziezet li jrabbu l-annimali għandhom kundizzjonijiet differenti relatati mas-settur partikolari imma li kollha jridu jiġu konformi sal-2012.
It-Taqsima ghall-Iżvilupp Rurali għandha numru ta’ miżuri ta’ għajnuna finanzjarja fosthom Miżura 121 indirizzata speċifikament għal għajnuna sabiex isir immodernizzar tal-irziezet. Din hija parti minn żewġ programmi ta’ għajnuna (2004-2013) li l-gvern innegozja mal-Unjoni Ewropea, b’total ta’ madwar €133miljun immirati sabiex issir it-trasformazzjoni meħtieġa fis-settur agrikolu ħalli jkun vijabbli.
Barra minn hekk, taħt l-iskema SMPPMA (
Special Market Policy Programme for Maltese Agriculture
) is-settur agrikolu jingħata fondi sostanzjali oħra immirati ħalli s-settur isir aktar effiċjenti.
Il-Ministeru, huwa konvint li b’dawn l-għajnuniet, ngħatat opportunità suffiċjenti.
Il-garanażija tas-salubrita ta’ l-ikel, li joriġina mill-annimali, ġejja mill-fatt li dan il-gvern qiegħed jagħmel numru kbir ta’ ispezzjonijiet li jsiru fuq il-
farms
u testijiet li jsiru lill-annimali u tjur li jinstabu fuqhom. Ukoll isiru ispezzjonijiet waqt il-qatla . Dan barra programmi nazzjonli ta’ testjiet fuq il-prodotti li joriginaw mill-annimali u tjur
Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi kweżit dwar il-bdil ta’ użu ta’ irziezet, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15602 u ċioe: Billi l-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil tal-klima ġiet finalizzata f’Settembru 2009, jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar dan li ġej:
a) fiex waslu l-istudji dwar dawk il-proposti kollha speċifikati fir-rapport li skont l-istess daħla kien għad iridu jiġi approfonditi aktar?
b) il-pjanijiet għall-
awareness campaign
mudellata fil-kampanja tal-introduzzjoni tal-ewro?
ċ) it-twaqqif tal-
climate change division
fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?
d) it-twaqqif tal-
climate change consultative council
?
e) l-
inter ministerial committee on climate change and energy
taħt ic-
chairmanship
tal-Prim Ministru?
f) il-ħatriet ta’
climate change policy analysts
fid-diversi korporazzjonijiet tal-Gvern?
g) jekk il-Gvern għadux marbut li b’seħħ mill-1 ta' Lujlu 2010 jesiġi li l-provedimenti dwar bjar f’residenzi privati jiġu infurzati?
ġ) sarux taħdidiet mal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta biex jiġu introdotti
middle third lane
għal
bi
-
directional use
?
h) billi sa Lulju kellu jiġi introdott
national shadow price for carbon
, fiex waslu l-pjanijiet tal-gvern jekk jirriżulta li l-
climate division
għadha lanqas twaqqfet?
ħ) ir-riżultati miksuba s’issa mill-pjan dwar effiċjenza fl-użu tal-enerġija?
għ) il-wegħda li jiġi introdott ‘
a market incentive mechanism
’ għall-
users
industrijali u intraprizi li skont id-dokument għandu jkun ferm aktar attraenti milli huwa sal-lum fl-użu tal-enerġija alternattiva?
i) l-applikazzjoni u l-użu ta’
low grade geothermal technology
?
j) il-
carbon footprint reduction plans
fl-entitajiet governattivi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi bħalissa qed tagħmel sejħa għal Chief Officer Climate Change & Policy kif ukoll għal erba' Senior Analysts biex ikunu jiffurmaw parti mid-Diviżjoni tal-Climate Change sabiex titwaqqaf din is-sezzjoni u tieħu ħsieb timplementa l-istrateġija nazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.
Minkejja l-fatt li din is-sezzjoni għadha qed titwaqqaf skont il-proċeduri tal-Gvern, ta’ min ifakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern (jew l-entitajiet tieghu) diġà ħa bosta miżuri relatati mal-miri tal-Istrategija fosthom ir-riforma tat-trasport pubbliku, skemi ta’ pannelli fotovoltajiċi, eċċ.
Billi fit-23 ta' Marzu 2010, il-Prim Ministru qal fuq it-televiżjoni u fil-Parlament li ma kienx hemm foul play fil-każ tal-qtugħ tal-power station ta' xi xhur ilu, jista' l-Ministru jgħid meta ġiet konkluża l-inkjesta maġisterjali billi ftit jiem ilu ġejt mgħarraf fil-Parlament li din kienet għadha ma ġietx konkluża?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-inkjesta maġisterjali għadha ma ġietx konkluda. Madankollu, mir-riżultati tal-inkjesta interna tal-Enemalta, ma nstabx li kien hemm xi foul play.
Kunsilli lokali skema finanzjarja msejħa Għajnuna lill-Kunsilli Lokali
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15798 mwieġba fit-23 ta' Marzu 2010 dwar għajnuna lill-kunsilli lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid:
a) meta ġew mgħarrfa formalment l-kunsilli lokali kollha ta' Malta u Għawdex;
b) meta applika l-Kunsill tal-Qala;
c) min kienu l-kunsilli li talbu l-għajnuna u ġew irrifjutati;
d) kisbu l-Awtorizazzjoni tal-Finanzi qabel ma nħarġet din il-
policy;
e) jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-
policy
relattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-policy, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, saret biex jiġu mgħejjuna Kunsilli Lokali li jkunu jridu jagħmlu studju dwar l-impatt soċjo-ekonomiku fuq il-lokalità tagħhom fuq proġetti ta’ ċertu kobor li jkunu proposti li jsiru fil-lokalità tagħhom.
Il-Kunsilli Lokali kollha kienu ġew mgħarrfa dwar din il-policy mis-Segretarju Parlamentari Chris Said personalment waqt laqgħa li saret għall-Kunsilli Lokali dwar diversi materji.
Il-Kunsilli Lokali tal-Qala applika fit-2 ta’ Ġunju 2008 u kien l-uniku Kunsill li applika minn meta ħarġet din il-policy. Kif indikajt fir-risposta 15798 sallum il-Kunsill Lokali tal-Qala ma ngħatax l-għajnuna finanzjarja għaliex sa issa ma rriżultax li mexa mal-kundizzjonijiet li hemm fl-istess policy.
Ma kienx hemm bżonn l-awtorizzazzjoni tal-Finanzi biex tingħata din l-għajnuna għaliex dawn il-fondi huma provduti fil-vot ta’ fondi speċjali.
kumpaniji li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li d-dipartiment kkonċernat tax-xogħol waslulu rapporti li waqgħu lura fil-ħlas tal-pagi u bonuses dovuti lill-ħaddiema reġistrati magħhom? Tista' ġentilment tagħti lista ta’ dawk il-kumpaniji li dwarhom rriżulta li dawn l-ilmenti u allegazzjonijiet huma veritieri?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15013 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'passi ħa l-Gvern Malti flimkien mal-awtoritajiet kompetenti wara li minn bipartisan report ta' 330 faċċata li ġie released waqt hearing tal-investigations subcommittee permanenti tas-Senat Amerikan, irriżultaw four case histories waqt hearing on keeping foreign corruption out of the united states li fihom irriżulta, fost affarijiet oħra, li kienet intużat Malta biex isiru wire transfers ta' xi $9.2 miljun in konnessjoni mal-ex-President, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, biex jikseb appoġġ fl-Istati Uniti permezz ta' lobbyist account biex ikun jista' jixtri US made armored cars u C-130 military cargo planes?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern Malti ma rċieva ebda informazzjoni mill-awtoritajiet Amerikani jew xi talba mingħandhom għal xi tip ta’ azzjoni dwar dak allegat u għalhekk ma seta’ jieħu ebda azzjoni fir-rigward. B’danakollu l-Gvern Malti ħa nota ta’ l-allegazzjonijiet u qed isiru l-verifiki opportuni mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet fuq ftehim dwar double taxation agreement mal-Federazzjoni Russa u l-Ukrajna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ftehim dwar double taxation agreement mal-Federazzjoni Russa kien ġie konkluż u ffirmat f’Diċembru ta’ l-2000. Il-Federazzjoni Russa qatt ma waslet sabiex tirratifika dan it-trattat. Riċentement, din il-Federazzjoni talbet li jerġgħu jibdew negozjati mill-ġdid fuq dan it-trattat. Dawn it-trattati ġodda, però, għadhom ma bdewx.
Ftehim ukoll kien ġie konkluż ma’ l-Ukrajina f’Settembru ta’ l-1997, iżda dan it-trattat, qatt ma ġie ffirmat. L-Ukrajina wkoll kienet talbet li jerġgħu jinfetħu t-trattati dwar dan il-Ftehim. Sar
round
wieħed ta’ negozjati fi Frar ta’ l-2008. Qegħdin nistennew konferma għal meta jista’ jsir it-tieni
round
dwar dawn in-negozjati.
Kwestjoni fuq infemiera li rritornaw lura għax-xogħol
Question
Peress li l-gvern għandu l-policy li jinċentiva r-ritorn ta' infermiera ommijiet fuq il-post tax-xogħol wara li dawn ikunu bnew familja; peress li l-gvern qal ripetutament li hawn ħtieġa kbira ta' infermiera, jista' l-Ministru jgħid għalfejn m'hijiex policy kostanti fis-swali kollha li l-infermiera li jkunu għażlu li jirritornaw għax-xogħol fuq bażi ta' reduced hours jew anke saħansitra bl-erbgħin siegħa jieħdu lura s-sala li jkunu telqu minnha meta jkun għad hemm in-nuqqas u l-ħtieġa ta' riżorsi umani fl-istess sala? Jagħmel sens li meta l-gvern qed jgħid li għandna bżonn l-infermiera, dawk l-infermiera ommijiet li jirritornaw għax-xogħol fuq reduced jew erbgħin siegħa jinxteħtu daqqa' sala u daqqa' sala oħra minn jum għal jum b'mod li jinxteħtu barra mit-tieqa l-principji tal-continuity of care u specialisation, apparti mill-ħela ta' esperjenza kbira li dawn ikunu akkumulaw fil-mother-ward tagħhom?
Kemm huma l-infermiera nisa li rritornaw għax-xogħol sena b'sena fl-aħħar ħames snin fuq bażi ta' reduced hrs, fuq bażi ta' erbgħin siegħa u
fuq bazi ta' sitta u erbgħin siegħa separatament? Kemm minnhom żammew is-sala oriġinali tagħhom? Kemm minnhom le? F'liema dipartiment jew addirittura ward seħħ dan l-iktar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’ seduta oħra.
applikazzjoni biex issir proġett kontra l-għargħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni sabiex isir proġett għal kontra l-għargħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
F'każ li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-applikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea biex nibbenefikaw mill-finanzjament ta' l-Unjoni Ewropea, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea għal-Progett Kontra l-Għargħar tista' tkun sottomessa biss wara li jkun konkluż il-proċess kollu tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni mill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kumpanija għamlet l-Strategic Environmental Assessment dwar l-istrateġija għall-iskart solidu? Kemm ġej jiswa dan l-eżerċizzju? Meta tlesta jew mistenni jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li l-iStrategic Environmental Assessment għall-iskart solidu sar mill-Kumpanija ADI Associates Ltd għall-valur ta' €12,000 (inkluż il-VAT). Dan l-eżerċizzju jkun konkluż fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Prim Ministru jara li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet jinvestiga ilmenti li wasluli mingħand ħaddiema fl-Isptar St Philips, li l-ħaddiema li ilhom fuq four day week minn Ottubru li għadda, ilhom minn tmiem Diċembru ma jieħdu l-paga u l-aħħar li tħallsu kien nofs il-paga dovuta fix-xahar ta’ Jannar? Meta mistennija tiġi regolarizzata din is-sitwazzjoni? Jista' jgħarraf lill-Kamra jekk id-dipartiment konċernat huwiex diġà konxju dwar din il-problema u jekk hux qed jagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2009, id-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg irċieva talba f’Ottubru biex xi ħaddiema tas-St. Philip’s Hospital jaħdmu 20% siegħat inqas. Il-permess biex dawn il-ħaddiema jaħdmu 20% anqas sigħat ta’ xogħol ingħata mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impjieg u kien effettiv mit-12 ta’ Ottubru 2009, limitat għal 4 ġimgħat u fuq kudizzjoni li l-ebda ħaddiem ma jingħata s-sensja.
Il-permess baqa’ jiġi mġedded sat-2 ta’ Jannar 2010, wara li d-Dipartiment sar jaf li l-pagi ta’ Diċembru 2009 ma tħallsux lill-ħaddiema kollha. Ninsab infurmat li min baqa’ fl-impjieg tħallas il-paga sa nofs Jannar.
Il-Dipartiment qiegħed jinvestiga l-każijiet kollha li għandu quddiemu. Fejn jirriżulta li kien hemm ksur tal-liġi, id-Dipartiment jieħu l-passi neċessarji skont il-liġi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 15678, 15303, 14746 u 13685 u ċioe: billi dan l-aħħar poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ internal email tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fejn deher ċar li l-Uffiċċju tad-Direttorat tal-Ippjanar kien irrikkmanda li m'għandhom isiru ebda kuntatti diretti mal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Prim Ministru jirrikonċilja dan ma' tweġiba parlamentari preċedenti fejn ingħatajt x’nifhem li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt ma kienet ħarġet struzzjonijiet simili?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-e-mail tal-21/07/2004 li ħarġet mid-Direttur ta’ l-Ippjanar kienet qed tindirizza każi fejn il-Case Officers waqt l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet kienu qed jirreferu għall-opinjoni tal-Awditur meta l-Case Officer ma kienx qed jaqbel mal-opinjoni tas-superjuri tiegħu.
Dan il-punt qed jiġi kkonfermat li fl-istess
e-mail
id-Direttur ta’ l-Ippjanar qed jirreferi għad-direttorat kif ukoll għall-
Commissions
“DCC” jiġifieri qabel tkun ittieħdet deċiżjoni u fl-
e-mail
huwa msemmi li għall-gwida uffiċjali għandhom jirreferu l-każi lil
Executive Committee
.
Il-ħaddiema tal-MEPA qatt ma nżammu mill-
Management
milli jibgħatu l-ilmenti tagħhom lil Awditur u, kemm ilmenti personali, kif ukoll dwar xi permessi li nħarġu mill-MEPA. Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-Awditur direttament.
skart tossiku tal-power station tal-Marsa — stop order
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15422, jista' l-Prim Ministru jgħid l-istop order dwar xiex inħarġet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet żewġ stop orders: Waħda inħarġet lill-Enemalta sabiex l-iskart tal-power station tal-Marsa ma jibqax jiġi trasferit għal sit li ma kellux permess ambjentali speċifiku biex jipproċessa dan it-tip ta’ skart. It-tieni stop order bl-istess data inħarġet lill-operatur tas-sit biex ma jibqax jaċċetta aktar skart ta’ dan it-tip fis-sit imsemmi u sabiex l-iskart tal-power station tal-Marsa li kien hemm maħżun fis-sit jitneħħa minnufih. Wara li l-Awtorità ħarġet l-Stop Orders, il-kuntratt ġie tterminat (nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15422).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm users privati u kummerċjali separatement, li qed iħallsu l-kontijiet tad-dawl u ilma b'installments u jekk dawn l-arranġamenti tkomplewx taħt ARMS Ltd tal-Gvern?
Response (FENECH, TONIO)
B’referenza għad-domanda hawn imressqa mill-Onor. Interpellant, matul is-sena 2009, 3352 ftehim intlaħqu bejn il-konsumaturi flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Enemalta. Dan in-numru jinkludi 3109
users
privati u 243
users
kummerċjali.
Matul din is-sena (sal-ġurnata tal-lum it-18 ta’ Marzu 2010), 1906 ftehim intlaħqu taħt l-ARMS Ltd.