Appoġġ sħiħ lil Green Leaders fil-ministeri kollha
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti assikurazzjoni li s-segretarji permanenti kollha u d-diretturi għal Corporate Services fil-ministeri offrew appoġġ sħiħ lil green leaders fil-ministeri kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-Segretarji Permanenti kollha u d-Diretturi għal Corporate Services fil-Ministeri offrew appoġġ sħiħ lil Green Leaders fil-Ministeri kollha.
Fid-dawl ta’ bosta lmenti li reċevejt dwar reconsideration li ngħatat ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali tas-sena 2008 (Frar 2008) lill-każ PA05057/04 f’ġieħ it-trasparenza, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkunsidrax li tirreferi l-każ lill-Awditur tal-Awtorità għall-Investigazzjoni?
Billi ħafna drabi l-Korporazzjoni Enemalta ġabet l-iskuża li Malta ma jaqblilhiex tixtri żejt mill-Libya għaliex allegatament il-crude oil tagħhom għandu sulphuric content qawwi, jista' l-Ministru jgħid kif jirrkonċilja din l-allegazzjoni ma' diversi rapporti li jeżistu li karatteristika ta’ ħafna crude oils mill-Libya (mhux neċessarjament kollha) saħansitra għandhom fost l-aktar sulphur content baxx fost il-crude oils kollha dinjijja? Għalkemm huwa minnu li low sulphur crudes huma aktar għalja, fil-fatt jirriżulta li pajjiżna diġà qed jħallas għal low sulphur fuels propriju minħabba li l-feedstock huwa fih innifsu aktar għali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi Enemalta kellha kuntratt li tixtri HFO mill-Libya b’kontenut ta’ 3½% ta’ sulphur. Dan l-HFO kien jiġi minn Sardenja fejn il-Libyan National Oil Company (NOC) kienet tibgħat supplies ta’ crude oil. Ix-xiri tal-fuel oil kien FOB Sardenia fejn l-Enemalta kienet responsabbli li torganizza u tħallas biex titwassal għal Malta.
Fis-snin bikrin ta’ 2000’s Enemalta bdiet tixtri HFO b’inqas kontenut ta’ sulphur biex jitnaqqsu l-emissjonijiet – uħud kienu nxtraw mingħand suppliers kommerċjali permezz ta’ tender u ukoll mingħand NOC bil-prezz għali ta’ iktar mir-rati normali ta’ fuel bil-3½% sulphur.
Wara dan, il-kumitat tal-fuel procurement tal-Enemalta ddeċidiet li tixtri iż-żejt kollu b’tender, għax l-esperjenza uriet li x-xiri taż-żejt fis-suq taħt kuntratti ta’ sitt xhur jew sena, kienu bil-prezzijiet aħjar. Dan l-aħħar sew iż-żejt bil-1% sulphur u 0.7% sulphur qegħdin jinxtraw bit
-tender
u l-kuntratt li jmiss huwa kollu ta’ 0.7% sulphur. Dawn il-prezzijiet taż-żejt huma ta’ CIF. (jiġu meħuda Delimara u/jew Marsa).
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjon Enemalta għandhiex sistema ta’ remote resetting tas-substations għal kull meta jinqata' d-dawl jew għadha bis-sistema fejn tekniċi tagħhom ikunu jridu jduru minn sub station għall-oħra biex jixgħeluhom? Kemm normalment jieħu ħin dan il-proċess? Jekk iva, meta ddaħħlet din is-sistema ta' remote resetting? Jekk le, qattx ġiet kkunsidrata? Meta sar dan? Għaliex sal-lum għadha ma ġietx implimentata?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Enemalta għandha ħames Distribution Centres li għandhom sistemi ta’ ‘remote control’ u preżentament qed tiġi stallata s-sistema tal-SCADA biex tolqot id-Distribution Centres kollha fi żmien tliet snin. Madankollu is-substations MV (1300) mhumiex ‘remotely controlled’ u l-operazzjoni trid issir lokalment.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-residenti ta' San Gwann mhux dejjem isibu l-pilloli Lescol tal-cholestorol available fil-Pharmacy of Your Own Choice u ġieli jkollhom imorru saħansitra Birkirkara biex jixtruhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li għalkemm id-Dipartiment tal-POYC jagħmel minn kollox sabiex jkun jista’ jaqdi lill-pazjenti bl-aħjar mod possibbli, jista’ jkun li xi drabi dan ma jkunx possibbli minħabba skarsezza ta’ xi tip ta’ mediċina partikolari. F’dan il-każ il-pazjenti jiġu mitluba jmorru jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar Mater Dei.
Rigward il-kumment li l-pazjent qed ikollu jixtri l-mediċini minn Birkirkara, il-mediċini li jitqassmu mid-Dipartiment tal-POYC huma kollha b’xejn.
Jista' jikkonferma li waqt seminar f'Novembru 2008 l-Ministru kien stqarr li kull ministeru kellu jibdel karozza konvenzjonali bilfors għal waħda tal-elettriku u li kien se jkun hemm għażla ta' kiri u xiri? Jista' l-Ministru jgħid kemm intefgħu tenders għal dan? U jekk ma ntefgħux, sar il-kiri mitlub?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ewwel avviżż għal-xiri u kiri ta’ karozzi elettriċi inħareġ fil-bidu ta’-2009 (Advt. No. 102/2009) u għal dan l-avviżż ma intefet l-ebda offerta għal xiri u waħda biss għall-kiri. Din l-offerta għal kiri kienet teċċedi l-budget allokat u għalhekk ma setgħatx tiġi aċċettata.
Sussegwentement inħarġet sejħa oħra aktar tard fl-istess sena (Advt. No. 145/2009) speċifikament għall-kiri ta’ karozzi elettriċi u kienet sottomessa offerta waħda biss u li ġiet mogħtija f’Novembru 2009.
Dan kollu jixhed id-diffikulta li bi prezz raġonevoli jinstabu dawn il-vetturi fuq is-suq Malti.
Filwaqt li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant fir-Risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16174 b'mod partikolari t-
targets
definiti, il-Gvern ma kaxkarx saqajh iżda mill-ewwel ħadem bis-sħiħ biex jilħaq dawn it-
targets
kemm jista' jkun malajr.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-energy audits fil-binjiet tal-Gvern? Dawn minn min saru jew qed isiru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-MIstoqsija Parlamentari 7877. Ninsab ukoll infurmat li l-ewwel sejħa għal tenders imsejħa ‘Framework Agreement for Energy Auditing Consultancy’ numru CT2345/2006/3, ġiet mogħtija mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-2006. Dan il-kuntratt kien validu għal-perjodu ta' sentejn u permezz tiegħu saru sensiela ta' audits f' binjiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kif ukoll tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Saret sejħa għal reklutaġġ ta' energy auditors minn fost l-impjegati tas-Servizz Pubbliku u entitajiet governattivi. Bħala riżultat ta' din is-sejħa, kienet ġiet appuntata persuna li diġa bdit tagħmel
energy audits
fil-binjiet tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern.
Sadanittant tfassal id-dokument meħtieġ għall-ħruġ ta' sejħa għall-
tenders.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-fondi għall-inizjattivi ambjentali nġarbux kollha taħt il-kappa tal-Ministeru tiegħu fejn jidħlu dipartimenti tal-Gvern meta qabel kienu fi ħdan kull Ministeru? Jekk iva, għaliex sejrin jintużaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara liema huma l-inizjattivi ambjentali li qed jagħmel referenza għalihom.
Billi jidher li hemm problemi li jmorru lura għadd ta’snin biex ikun hemm servizz ta’ lift fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, jista' l-Ministru jikkunsidra li jiġi introdott chair lift għal persuna waħda li jista' jintuża kemm minn persuni anzjani u/jew b’diżabilità sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ lift konvenzjonali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-pjanijiet tal-Ministeru huma li jsib sit alternattiv minn fejn jopera Ċentru tas-Saħħa għall-area ta’ Sliema, San Ġiljan, Gżira, San Ġwann, Msida u l-inħawi tal-madwar. Għal dan il-għan inħarġet sejħa għal expression of interest minn propjetarji interessati li joffru art jew propjetà għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jindika jekk sarx liaison mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiġi żgurat li l-performance ta' kull segretarju permenanti fil-Ministeri rispettivi jieħu in konsiderazzjoni r-riżultati li jkunu nkisbu mill-green leaders?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-performance ta' kull segretarju permenanti tad-diversi Ministeri hija r-responsabbiltà tas-Segretarji Permanenti Prinċipali Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Prim Ministru
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jiġi ndirizzat l-istat ta’ abbandun li jinstab fih Bieb il-Gżira minkejja l-għadd kbir ta’ ilmenti pubbliċi dwar dan,
aktar u aktar billi dan il-bieb huwa meqjus bħala parti mill-wirt kulturali u storiku tal-Gżira u hija x-xewqa ta’ ħafna residenti tal-lokal li jkun restawrat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-imsemmi Bieb il-Gżira mhuwiex proprejta tal-Gvern u anqas mhi proprjetàskjedat. Għaldaqstant ir-responsabbiltà għaż-żamma ta' dan il-Bieb ma taqax fuq il-Gvern Ċentrali.
fondi għall-proġetti tat-teatru l-imwaqqa u l-parlament il-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm eżattament se jiġu jiswew il-proġett tat-teatru l-imwaqqa' u l-Parlament il-ġdid? Jista' jikkonferma s-sors tal-finanzjament tan-National Fund għall-proġett kollu tas-City Gate, inkluż it-teatru u l-Parlament? Kemm intnefqu diġà fuq il-proġett? Jikkonferma li tħallsu madwar €30 miljun? Fuqiex intnefqu u meta? Il-flus li ntnefqu minn fejn ġew allokati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-istima totali għal dan il-proġett, li jinkludi l-Parlament, it-Teatru u Bieb il-Belt hija ta’ € 80 miljun. Dwar is-sors tal-finanzjament tan-National Fund din hi materja li ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi. Mhux minnu li sa issa tħallsu madwar €30miljun. Fil-fatt l-ispiża sa l-aħħar ta’ Frar kienet ta’ €2.7 miljun li ntefqu mill-kumpanija Grand Harbour Regeneration Corporation li l-Gvern kien waqqaf sabiex tieħu ħsieb proġetti ta’ riġenerazzjoni. Dawn il-flus intefqu fuq xogħol ta’ investigazzjonijiet fuq is-sit, surveys, applikazzjonijiet tal-MEPA u konsulenza varji.
Mediterranean Conference Centre — multi functional theatre
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'costings għamel il-gvern dwar il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre f'multi functional theatre kif ikkonfermat miċ-Chairman mal-istess Mediterranean Conference Centre? Meta l-persuna, li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ġie nkarigat mill-gvern skont il-Prim Ministru sa minn sena ilu biex jara kif jista' jsir il-conversion tal-Mediterranean Conference Centre, ingħata xi indikazzjoni baġitarja dwar dan kif jidher li sar lil Renzo Piano fir-rigward tat-teatru l-antik u l-Parlament il-ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid sa meta l-Lands Department ser ikun waqqaf in-National Investment Fund?
Jista l-Ministru jagħti garanzija li mhu ser jkun hemm l-ebda piżijiet fuq it-
taxpayers
Maltin? Se jiġi żgurat li ma jkunx hemm kontijiet pendenti sakemm tintemm din il-legislatura b’riżultat tal-proġett ta’ Bieb il-Belt?
Billi fil-konferenza stampa tiegħu ta’ wara il-
budget
il-Prim Ministru kien ħabbar li l-fond ser ikollu d-dħul tiegħu ġej mill-
income
fuq il-kirjiet u konċessjonijiet ta' art tal-gvern, kif ukoll minn investimenti fi
stocks and shares
lokalment u barra il-pajjiz, tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-
projections
li saru s’issa mill-Ministeru tal-Finanzi?
Kif wieħed jista’ jirrikonċilja l-fatt li filwaqt li l-Prim Ministru qal li in-National Investment Fund se jkun imwaqqaf mil-Lands Department, is-Segretarju Parlamentari konċernat qal lil ġurnal lokali nhar l-14 ta' Marzu 2010 li m'huwa fl-ebda mod responsabbli għal dan l-
investment fund
?
Jekk il-gvern ser jiffinanzja l-
investment fund
minn bejgħ ta’ assi tal-gvern, dan mhux xorta waħda se jirrappreżenta nuqqas fid-dħul totali tal-gvern bħala gvern fejn jidħol
revenue
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif kollu meħtieġ dwar it-twaqqif tan-National Investment Fund, kif imħabbar fid-diskors tal-budget, se jingħata meta jitlestew il-pjani kollha li qegħdin jitħejjew.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-briefs bil-miktub li originarjament ingħataw lil Renzo Piano dwar it-teatru l-antik tal-Belt, kif ukoll il-bdil ta’ korrispondenza li kien hemm bejn iż-żewg naħat, specjalment wara li l-parametri allegatament inbidlu bosta drabi?
Jista' l-Ministru jgħid kif qed isir u kemm ilu għaddej il-proċess tas-separazzjoni tal-iskart mid-dipartimenti tal-Gvern? X'tibdiliet saru, jekk saru, fil-proċess kemm ilha li ddaħħlet is-sistema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz beda jingħata fl-1998 u tkompla mill-WasteServ permezz ta' kollezzjoni bl-użu ta' vetturi żgħar dedikati biex jiġbru l-iskart separat. Fl-2008 il-Gvern nieda servizz pubbliku pprovdut minn kolletturi privati biex jinġabar l-iskart separat mid-djar, magħruf bħala 'Irricikla t-Tlieta'. Issa ġew introddoti ukoll skemi biex dawn il-kolletturi privati jiġbru huma dan l-iskart u jieħdu huma l-benefiċju ta' l-Eko Kontribuzzjoni. Peress li dawn il-kolletturi privati parteċipi f'dawn l-iskemi huma lesti li jiġbru l-iskart separat ta' Dipartimenti tal-Gvern bla ħlas, il-WasteServ ma baqgħalhiex il-ħtiega li tibqa tipprovdi hija l-istess servizz ta' ġbir ta' skart separat mid-dipartimenti tal-Gvern.
Tnaqqis fil-konsum tad-dawl u l-ilma fil-ministeri
Question
Billi f'Novembru 2008 nifhem li l-Ministru kien stqarr waqt seminar li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurarli kien ser jgħasses fuq kull ministeru li jnaqqas il-konsum tad-dawl u l-ilma b'15% għas-sena 2009, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-għan intlaħaqx u minn min sar il-moniteraġġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed jimplimenta policies li kienu addottati fid-dokument ippublikat mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali f’Settembru 2009 dwar l-istrateġija Nazzjonali rigward miżuri għat-tnaqqis ta' emissjonijiet li joħolqu effett serra. Kif diġà intqal fir-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15963 magħmula mill-istess Interpellant, il-gvern diġà implimenta numru ta' azzjonijiet li kollha joħorġu minn dan il-pjan strateġiku
F'dak id-dokument, fost numru ta’ rikkmandazzjonijiet u azzjonijiet relatati, hemm azzjoni numru 25 ta' l-istrateġija finali li titkellem speċifikament dwar dak li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant fejn hemm stess wieħed isib definiti it-targets issettjati. Infatti din tgħid,
"The Government will, with effect from 2011, request each Head of Government entities to draw up and implement an annual Carbon Footprint Reduction Plan that will target, amongst others, reduction in general CO2 emissions, reduction in government road vehicles emissions, reduction by means of increased energy efficiency, reduction by means of application of RES technologies and reduction in water consumption"
.
L-istrateġija tal-Gvern dwar it-tibdil fil-klima hija waħda ċara u d-determinazzjoni tal-gvern li jimxi fuq dan il-pjan hija soda.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari mwieġba dwar applikazzjonijiet għas-sussidji fuq sistemi fotovoltajiċi jista' jikkonferma li kien hemm applikazzjoni mill-kunsill lokali ta’ San Lawrenz li ġiet skwalifikata jew irtirata wara li rriżulta li kien hemm arranġament ma' supplier li permezz tiegħu kienu se jiġu invoiced għal ammont akbar mill-valur attwali tas-sistema li kellhom il-ħsieb li jistallaw? Jista' jagħti d-dettalji kollha dwar dan il-każ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninstab infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma' rċeviet l-ebda applikazzjoni mingħand il-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz għal sussidju fuq sistemi fotovoltajiċi. Fuq l-applikazzjonijiet mitfugħa, il-proċess ta' verifika għadu ma intemmx.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15872 u jikkonferma fiex wasal il-proċess tal-ID Cards il-ġodda, issa li għadda ż-żmien li fih suppost l-Unjoni Ewropea kellha tagħtina jew tallokalna l-fondi meħtieġa? Jista' jikkonferma għaldaqstant meta se jibda dan il-proċess kif ukoll jagħti garanzija li l-proċess ikun intemm kollu sakemm tintemm din il-leġiżlatura fiż-żmien stipulat tagħha? Kemm-il darba l-fondi mill-Unjoni Ewropea mhumiex ġejjin, xi jfisser dan fil-prattika dwar dan il-proċess li diġà ilu żmien twil li waqa' lura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-proċess li għandu jalloka fondi mill-Unjoni Ewropeja għadu ma ngħalaqx.