Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16853 u ċioe: B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħaw it-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kuntatti mal-Unjoni Ewropea u/jew istituzzjonijiet tagħha dwar funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt primarjament dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru il-ġdid minflok l-Opera House l-antika? Jekk iva, kien hemm xi feedback indikattiv min-naħa tal-Unjoni Ewropea dwar dan, u x'kien?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-GHRC m’għamlet l-ebda kuntattti mal-Unjoni Ewropea u/jew istituzzjonijiet tagħha dwar funding għall-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Belt primarjament dwar il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament il-ġdid u t-teatru l-ġdid minflok l-Opera House.
Stallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-erba' kumpaniji li tefgħu formalment il-bid tagħhom s'issa għall-kuntratt tal-istallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew? Jekk huma konsorzja, minn min huma komposti? Minn min huwa kompost il-bord tal-membri tal-aġġudikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Fid-dawl ta' rapporti li dehru fl-istampa lokali li hemm għadd ta' sewwieqa tat-taxis li qed jaħdmu mingħajr meter bi ksur sfaċċat tal-liġi, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm minnhom li qed jagħmlu dan? X'multi ngħataw s'issa fejn irriżultaw każijiet simili? Jeżisti freephone service kemm għall-Maltin u l-barranin fejn jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom in real time jekk jiltaqgħu ma' każijiet simili kif ukoll ma' każijiet oħrajn kif allegat fejn xufiera jkunu lesti li jrikkbu nies mingħajr meter?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li fil-prize day tal-iskola primarja Santa Tereża, Msida ġew mistiedna l-Ministru u back bencher tal-gvern fost l-oħrajn, filwaqt li d-deputati Laburisti tad-distrett fosthom is-sotto skritt lanqas ġew mistednin? Ta' min kienet din id-deċiżjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif inhi l-prassi s-soltu, l-iskola stiednet għal jum il-premjazzjoni l-Ministru tal-Edukazzjoni. Bħala r-rappreżentant tal-Ministru, peress li kienet impenjata fuq xogħol uffiċċjali, mar l-Onor. George Pullicino.
Il-
Back Bencher
riferut għalih fil-mistoqsija parlamentari kien l-Onor. Robert Arrigo. Hija prassi ta’ din l-iskola li kull membru tal-istaff u l-kunsill skolastiku jista’ jistieden żewġ persuni. L-Onor. Robert Arrigo kien il-mistieden tal-President tal-kunsill skolastiku. Id-deċiżjoni dwar persuna mistiedna għal Jum il-Premjazzjoni tittieħed mill-Kap tal-Iskola.
Jista' l-Ministru jgħid x’qed jżomm il-Ministeru tiegħu milli jippubblika r-rapport dwar l-investigazzjoni ordnata dwar nuqqasijiet serji fl-operat tal-Gozo Channel li skont kif rapportat ilha magħluqa għadd ta’ ġimgħat? Jista' jippubblika dan ir-rapport kif ukoll dettalji sħaħ dwar x’irriżulta minn din l-inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu jsir dumping illegali f’Għawdex fil-limiti tad-Dwejra qrib San Lawrenz? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ndunat b’dan? Skont l-istess awtorità dan l-iskart meta u kemm ilu li ġie depożitat?
Fid-dawl tal-
image
ta’ eko-Għawdex li l-gvern qed jipprova jippromwovi, x’inhi t-tweġiba tal-gvern għar-rapporti fil-gurnal The Sunday Times li skont għadd ta’ residenti dan it-tip ta’
dumping
minn skart u
rubble
ilu jsir mingħajr ma ttieħed ebda azzjoni snin sħaħ?
Il-kunsill lokali meta għarraf lill-awtoritajiet dwar dawn l-abbużi li allegatament ilhom għaddejjin is-snin?
X’passi ħadu l-awtoritajiet meta skont rapport fl-istess ġurnal id-dumping tal-construction waste allegatament ilu għaddej sa mis-sena 2000 tant li l-landfill żgħir li hemm, spiss jirreferu għaliha bħala l-mini Magħtab?
Ma jħossx il-Prim Ministru li dan l-abbuż baqa' jsir ripetutament mingħajr ma ħadd jieħu ebda passi kontra min kien responsabbli għalih minn nies li sabuha konvenjenti li jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni b’dan il-mod biex jiffrankaw li jħallsu l-landfill charges tal-construction waste?
Ma jħossx il-gvern li flok jistrieħ fuq il-fatt li sal-lum Għawdex minkejja li ilu li ġie ddikjarat eko-Għawdex u straħ fuq eco-warden biss, għandu bżonn nies adegwati mqabbdin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha biex jiżguraw li tiġi implimentata l-enforcement f’mod serju u effettiv?
Kif jistgħu l-awtoritajiet inklużi l-Pulizija jiġġustifikaw il-fatt li ma kenux jafu b’dan l-abbuż, li ilu jkaxkar is-snin, meta biex isir dan l-abbuż regolarment intużaw trucks kbar permezz ta’ trips ripetuti minn u lejn id-dumping sites illegali?
B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħaw it-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16506 u ċioe: Billi oriġinarjament kien intqal f’mistoqsijiet parlamentari preċedenti li l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea għall-karti tal-identità il-ġodda kellu jagħlaq fi tmiem Frar li għadda u issa fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16030 intqal li l-proċess li għandu jalloka fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-għan għadu ma ngħalaqx, jista' l-Ministru jindika:
a) meta issa mistenni jagħlaq dan it-terminu ta' żmien;
b) jekk id-dewmien biex tiġi proċessata l-applikazzjoni tistax twassal biex ikun hemm aktar dewmien milli maħsub biex isir it-tiġdid ta' karti tal-identità ġodda; u
ċ) kif jolqot l-iskadenzi li l-gvern oriġinarjament kellu f’moħħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għal darb'oħra l-Onor Interpellant ma kkwotax preċiż dak li jien għedt fir-risposta għal PQ 14273 minn fejn nippreżumi li ħa l-kwotazzjoni. Billi l-proċess fih inniffsu hu wieħed ta' għaxar xhur u dan jibda jgħodd mill-allokazzjoni tal-fondi, hu ovvju li l-proċess tat-tieni jeffettwa tal-ewwel.
power station ta' Delimara — consumer research study
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16371 u jgħid minn min sar il-consumer research study dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna, inkluż l-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Meta ġie kkummissjonat u meta tlesta? Kemm ġew intervistati nies? Liema kumpanija nediet dan l-istudju? Kemm tħallset tiegħu? Jista' jqiegħed kopja tal-findings tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jinħarġu regolamenti biex ma jkunx hemm tipjip permess f’playgrounds pubbliċi għat-tfal? Jista' jinvestiga għadd ta’ilmenti li rċevejt minn diversi ġeneturi li fil-każ tal-playground ta’ Hemel Street, Swieqi qed ikun hemm spiss żgħażagħ li l-ħin kollu jitkellmu ħażin quddiem minorenni, jagħtu n-nar lil diversi oġġetti u anki jirrikorru għal chain smoking f’area frekwentata mit-tfal infushom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat. Rigward it-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onorevoli Membru li għaddejt dan l-ilment lill-Pulizija sabiex tinvestiga u tieħu l-passi meħtieġa skont il-liġi.
B’referenza għar-rapport tal-Awditur Ġenerali 2008, jista’ l-Ministru jagħti dettalji sħaħ dwar dawn l-items speċifikati fir-rapport tal-ftehim bejn Wasteserv u l-gvern biex jiġu ri-imburżati €244,000 fi spejjeż mill-Ministeru flimkien ma’ kopja dettaljata tal-ftehim? X’kien ikopri flimkien mal-fatturi (invoices) relevanti? Jista' jgħid min kienu s-service providers li tħallsu €60,000 fis-sena 2008 mingħajr ma kien hemm riċevuti fiskali jew tax invoices għal dawn is-servizzi? Liema kienet dik il-kumpanija li tħallset €60,000 għal servizzi ta’ konsulenza mingħajr mal-awditur irnexxielu jsib kopja tal-ftehim konċernat jew imqar dokumentazzjoni dwar l-ingaġġ tagħha? X’kien is-servizzi offrut minn din il-kumpanija u liema kumpaniji oħrajn ġew avviċinati għal xogħol simili? Lil min tħallsu €14,000 f’konsulenza għal park tan-natura f’Xrobb l-Għaġin? Lil min tħallsu €10,000 għal konsulenza fuq ir-riabilitazzjoni tas-Salini?
Jista' l-Ministru jagħti kopji tal-ftehim dwar it €18,000 f’konsulenza li tħallsu in konnessjoni ma' Ta’ Qali Animal Welfare Shelter u jgħid liema kienet dik l-NGO privata li skont l-Awditur Ġenerali tħallset €9,300 mingħajr ma jidher li kien hemm ftehim validu? Lil min tħallset is-somma ta’ €477,000 f’
direct orders
f’konsulenzi in konnessjoni mal-inċineratur tal-biċċerija li dettalji dwarha ma instabux traċċi? Lil min tħallset is-somma ta’ €32,000 lill-periti in konnessjoni mar-
refurbishment
tal-istess sit mingħajr evidenza miktuba tal-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi? Lil min tħallset is-somma ta’ €65,000 għal
skips
għall-biċċerija fis-snin 2007 u 2008 meta l-kuntratt mad-ditta konċernata skada fis-sena 2006 mingħajr ma nstabu traċċi ta’ estensjonijiet formali tal-kuntratt? Billi intqal fil-
media
li l-ministeru ma jagħmilx supervizjoni tad-
direct orders
, liema uffiċjal jew entità li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Ministeru se terfa' r-responsabbiltà għal dawn l-allegati nuqqasijiet kollha bi ksur tal-
financial regulations
tal-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar ordni ta' żejt għall-Korporazzjoni Enemalta, u għal liema perjodu ta' żmien? Iċ-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta kien involut f'din id-deċiżjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fit 23 ta’April saret l-aħħar adġudikazzjoni tal-Fuel Oil mill-Fuel Procurement Committee li ċ-chairman huwa membru. Il-perjodu kien ta’ sitt xhur – Awwissu 2010 sa Jannar 2011.
B'referenza għan-nies li xtraw Digital Terrestrial Decoders minn Malta li kienu qed jaraw l-istazzjonijiet tar-RAI u Mediaset free-to-air, u f’daqqa waħda dawn it-trasmissjonijiet ġew imblukkati, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dan l-imblukkar sarx min-naħa tal-gvern jew tal-PBS? Jekk le, jista' jgħid jekk dan l-imblukkar sarx min-naħa tal-GO jew tal-Melita? Tista' l-Awtorità ta' Malta għall-Komunikazzjoni taġġornana dwar din il-pożizzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda imblukkar ta' trasmissjonijiet Free-to-Air li ġejjin minn Sqallija min-naħa tal-Gvern jew tal-PBS.
F’dan ir-rigward, nista' ngħid ukoll, li l-MCA tgħamel monitoraġġ regolari fuq dawn il-frekwenzi u ma jirriżultalhiex li kien hemm xi tnaqqis tas-sinjali msemmija jew xi imblukkar ta' dawn it-trasmissjonijiet minn entitajiet stabbiliti f’Malta. Minn dan il-monitoraġġ fil-fatt jidher illi it-trasmissjonijiet diġitali minn Sqallija għadhom qed jinqabdu mill-inħawi fejn normalment is-sinjali mill-Italja jinqabdu sew.
Madankollu, u importanti illi wieħed ikun jaf, illi minħabba li dawn it-trasmissjonijiet huma imxandra minn pajjiż ieħor, dawn ma jaqawx fil-ġurisdizzjoni Maltija u għalhekk, l-MCA jew entitajiet oħra regolatoriji, ma jistgħux jiggarantixxu li trasmissjonijiet li jixxandru minn Sqallija, jibqaw jinqabdu minn Malta.
Inżid ukoll li fir-rigward tat-trasmissjonijiet fuq in-
network
kummerċjali diġitali terrestri li topera minn Malta, hija il-prerogattiva tal-kumpanija li topera din in-
network
jekk titrasmettix f’format ‘encrypted’ jew le.
Jista' l-Ministru jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti dwar fondi għall-inizjattivi ambjentali fejn il-Prim Ministru talabni niċċara liema huma l-inizjattivi ambjentali li qed nirreferi għalihom, nirreferi ġentilmenti lill-Ministru għas-sitwazzjoni li ilha għaddejja minn kemm ilhom li ġew appuntati l-green leaders mis-sena 2005, tant li l-istess Ministru kemm-il darba rrefera għaliha u anki semmihom fil-website tiegħu, kif jista' jikkonferma l-Prim Ministru li mis-sena 2005-2009 kull ministeru kellu fond li seta' juża għall-inizjattivi ambjentali fejn diversi items b'laqta ambjentali inxtraw permezz ta' dan il-fond imsejjaħ "Green Leaders Environmental Initiatives"? Sas-sena 2009. dawn kienu maqsumin indaqs f'kull ministeru, iżda mis-sena 2010 kellhom jintużaw allegatament għall-energy audits, jista' jikkonferma li meta nxtraw l-ewwel sett ta' photovoltiac panels fis-sena 2006 il-fond tal-Green Leaders Environmental Initiatives għal kull ministeru dakinhar kien jammonta għal Lm10,000 u li fis-sena 2007 l-flus allokati f'dan il-fond niżlu għal Lm5,000? Jikkonferma li f'rapport tal-awditur ġenerali tas-sena 2009 kien hemm silta mir-rapport li kienet titkellem dwar 5.6.4 expenditure by green leaders declining since commencement of initiative? Għaldaqstant, jekk dawn il-fondi issa nġabru kollha taħt il-ministeru tiegħu, meta sa żmien ilu kienu fi ħdan kull ministeru, jista' jikkonferma għalxiex se jintużaw matul din is-sena finanzjarja, u jekk iva, kemm intużaw diġà?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi lill-ministeri hi eżercizzju pubbliku li jiġi ppubblikat fl-estimi tal-gvern ta’ kull sena.
L-allokazzjoni tal-fondi għal din is-sena hija kommessa għall-eżerċizju ta’ Energy Audits u nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi ghat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16179
Lehmayer International black listed mill-Bank Dinji — informazzjoni
Question
Billi ilhom li dehru rapporti li l-kumpanija internazjonali Lehmayer International ilha żmien blacklisted mill-Bank Dinji, jista' l-Ministru jgħid speċifikament meta ġie mogħti l-ewwel xogħol lilha mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi? Meta għamlu due diligence dwar din il-kumpanija?
Meta saru jafu bil-
blacklisting
tagħha? Għadx hemm xi xogħol ta' konsulenza li għadhom għaddejjin fuqu u liema hu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat illi l-MRA iffirmat kuntratt ta’ xogħol mal-kumpanija imsemmija wara sejħa pubblika ghal offerti f’Settembru 2006. Din il-kumpanija ġiet magħżula wara li l-proposta kienet skont il-kriterji tat-tender u peress li kienet l-aktar vantaġġuża għall-gvern. Irrid nghid illi r-Regolamenti tal-Kuntratti Pubbliċi ma jippermettux li matul il-proċess ta’ evalutazzjoni tat-tenders isir blacklisting ta' xi operatur ekonomiku involut fil-proċess.
Il-Bank Dinji ħabbar id-deċiżjoni tiegħu dwar Lahmeyer International fis-6 ta' Novembru tal-istess sena.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 4630 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 219 tal-11 ta' Mejju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi kemm kellha ilmenti uffiċjali minn konsumaturi dwar:
a)
claims
esaġerati dwar
financial savings
marbutin mal-istallazzjoni ta'
solar thermal systems
;
b) jekk kienx hemm allegazzjonijiet li ċerti importaturi tas-sistemi fotovoltajiċi użawx
high pressure sales tactics
u anke pprovdew statistika finanzjarja li tqarraq bil-konsumaturi u xerrejja tal-prodotti u servizzi tagħhom;
f’dak il-każ x’passi ttieħdu mill-awtorità dwar dawn l-ilmenti u kemm minnhom irriżultaw li kienu ġustifikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi ma rċeviet ebda ilment mingħand konsumaturi dwar claims li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.