Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17332 u 17153 u jgħid kemm ilu jsir dumping illegali f’Għawdex fil-limiti tad-Dwejra qrib San Lawrenz? L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta ndunat b’dan? Skont l-istess awtorità dan l-iskart meta u kemm ilu li ġie depożitat?
Fid-dawl tal-
image
ta’ eko-Għawdex li l-gvern qed jipprova jippromwovi, x’inhi t-tweġiba tal-gvern għar-rapporti fil-gurnal The Sunday Times li skont għadd ta’ residenti dan it-tip ta’
dumping
minn skart u
rubble
ilu jsir mingħajr ma ttieħed ebda azzjoni snin sħaħ?
Il-kunsill lokali meta għarraf lill-awtoritajiet dwar dawn l-abbużi li allegatament ilhom għaddejjin is-snin?
X’passi ħadu l-awtoritajiet meta skont rapport fl-istess ġurnal id-dumping tal-construction waste allegatament ilu għaddej sa mis-sena 2000 tant li l-landfill żgħir li hemm, spiss jirreferu għaliha bħala l-mini Magħtab?
Ma jħossx il-Prim Ministru li dan l-abbuż baqa' jsir ripetutament mingħajr ma ħadd jieħu ebda passi kontra min kien responsabbli għalih minn nies li sabuha konvenjenti li jarmu l-iskart tal-kostruzzjoni b’dan il-mod biex jiffrankaw li jħallsu l-landfill charges tal-construction waste?
Ma jħossx il-gvern li flok jistrieħ fuq il-fatt li sal-lum Għawdex minkejja li ilu li ġie ddikjarat eko-Għawdex u straħ fuq eco-warden biss, għandu bżonn nies adegwati mqabbdin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha biex jiżguraw li tiġi implimentata l-enforcement f’mod serju u effettiv?
Kif jistgħu l-awtoritajiet inklużi l-Pulizija jiġġustifikaw il-fatt li ma kenux jafu b’dan l-abbuż, li ilu jkaxkar is-snin, meta biex isir dan l-abbuż regolarment intużaw trucks kbar permezz ta’ trips ripetuti minn u lejn id-dumping sites illegali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi wasal rapport fil-MEPA illi kien hemm xi rdim fl-inħawi li rriżulta jissejħu Ta' Maxwell. Dan ir-rapport wasal il-MEPA xi 3 ijiem qabel deher fil-gazzetta tal-Ħadd. Sa dakinhar laħaq inħareġ Enforcement Notice fuq il-każ irrappurtat.
Qabel dan, kien hemm 4
Enforcement Notices
oħra fl-inhawi - 3 rigward kmamar illegali, u oħra dwar
dumping
.
L-informazzjoni li kienet qed tasal għand il-MEPA minn diversi sorsi, kienet qed tingħadda mill-
management
tas-sezzjoni ta' l-Infurzar tal-MEPA lill-Pulizija, u fil-fatt dan għen lill-pulizija biex jinvestigaw aħjar u jiftħu kawżi proprju fuq hekk.
Intant saru iktar spezzjonijiet mis-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA, flimkien mal-Pulizija, u nħarġu 13-il
Enforcement Notice
oħra, li waħda minnhom tkopri art pjuttost imdaqqsa, u li tinsab xi 400 metru 'l bogħod mill-irdim li kien deher fil-gazzetta.
Stallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17334 u 17120 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema huma l-erba' kumpaniji li tefgħu formalment il-bid tagħhom s'issa għall-kuntratt tal-istallazzjoni tal-cable connection bejn Malta u l-grid tal-enerġija Ewropew? Jekk huma konsorzja, minn min huma komposti? Minn min huwa kompost il-bord tal-membri tal-aġġudikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi qed jittieħdu biex jkun hemm fast tracking tal-queues li qed jkun hemm ta' kuljum fl-aġenzija ARMS Ltd, b'inkonvenjent kbir għal dawn in-nies speċjalment meta jkunu persuni ta' ċertu età, bi bżonnijiet speċjali u problemi oħra ta' saħħa kif ukoll nies li jkunu ħadu leave apposta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li nifhem li kien hemm għaddejjin bejn il-Ministeru, Malta Enterprise, Malta Resources Authority u l-Korporazzjoni Enemalta biex tiġi riżolta l-kwestjoni dwar EBRD funding għall-PV systems? Il-Gvern jinsab miexi lejn feed in tariff jew lejn net metering system?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-taħdidiet bejn l-Enemalta u l-Malta Resources Authority dwar il-Feed-in Tariff jinsabu fi stadju avvanzat. Huwa ttamat illi d-deċiżjonijiet li hemm bżonn, jittiehdu fil-jiem li ġejjin sabiex b'hekk jitħaffef l-użu tal-Fondi mill-Unjoni Ewropea għall-istallazzjoni ta' PVs.
Il-Gvern se jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif wkoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjoni se jieħu l-gvern dwar il-kummenti pożittivi tal-Kummissarju għat-Tfal dwar il-ħtieġa ta’ smoking bans f’playing field areas f’pajjiżna wara l-każ li tqajjem dwar abbużi simili flimkien ma abbużi oħrajn fil-playing field ta’ Hemel Street, Swieqi, fost oħrajn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17240.
Jista' l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjoni u jew x’pożizzjoni għandu dwar il-proposta Ġermaniza biex l-Unjoni Ewropea tintroduċi Independent European Ratings Agency?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s’issa ma saret l-ebda proposta uffiċċjali u konkreta sabiex titwaqqaf Credit Rating Agency indipendenti ewropea. Il-Gvern jieħu pozizzjoni uffiċċjali u nformata meta u jekk proposta bħal din issir.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux - kif għandhom pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea – pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar il-biodiversità? Jekk iva, meta ġie addottat u fiex wasal fl-implimentazzjoni tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-Gvern Malti milli jagħti tweġibiet sħaħ u konkreti dwar follow ups meħuda u ppjanati lill-Unjoni Ewropea dwar ir-rapport li ħejjew dwar il-Biċċerija Maltija, il-Food and Veterinary Office tal-Unjoni Ewropea (FVO)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li follow ups qed isiru.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17188 u 16829 u jikkonferma kemm hemm fondi speċifikament available għall-micro credit scheme għall-SMEs li ġiet imħabbra fil-budget ? Huwa minnu li n-nuqqas ta' fondi hija waħda mill-fatturi għad-dewmien fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 16829.
Kordin Industrial Estate — fabbrika li qed tipproduċi exhausts b'riħa qawwija
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17217 u jinvestiga ilmenti li wasluli li fil-Kordin Industrial Estate hemm plastics moulding factory li qed tħalli exhausts b’riħa qawwija joħorġu direttament fid-direzzjoni tal-courts tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li uffiċjali tal-MEPA investigaw dan il-każ nhar il-Ħamis 25 ta’ Marzu kif ukoll nhar il-Erbgħa 12 ta’ Mejju. Fiż-żewġ każijiet, ir-rapporti jindikaw li fil-ħin ta’ l-investigazzjonijiet, l-uffiċjali ma nnotaw l-ebda exhausts jew irwejjaħ qawwija ħerġin mill-plastic moulding factory. Madankollu, l-uffiċjali tal-MEPA innotifikaw lis-sid ta’ din il-fabbrika, sabiex jistalla apparat adekwat biex jiffiltra aħjar l-arja li ħierġa minn din l-istallazzjoni. Il-MEPA wkoll talbet u ngħatat informazzjoni dwar it-tip ta’ materjal jew kimika li tintuża fuq il-post. L-informazzjoni tindika li, b’referenza għad-direttiva 1999/45/EC (Reach Compliance), il-materjal użat mhuwiex perikoluż. Ta’ min jgħid ukoll, li fl-akwati tal-courts tal-Vittoriosa Lawn Tennis Club hemm diversi attivitajiet industrijali li jistgħu joħolqu nkonvenjent u għalhekk jista’ jagħti l-każ li l-allegati rwejjaħ irriżultaw minn sorsi oħra u mhux mill-plastic moulding factory.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17231 u 16853 u ċioe: B'referenza għall-każ li d-dettalji dwarhu qed jintbagħtu separatament, u li fih daħal ukoll l-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċerna refusal min-naħa tal-istess awtorità għal bini ta’ lift fi block ta' appartamenti, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li fih hemm żewġ familji fejn membri tagħhom huma it-tnejn 'il fuq minn 80 sena fl-età u ftit li xejn jifilħu jitilgħu t-taraġ, peress li t-talba għal lift kienet ġiet aċċettata fil-prinċipju mill-Awtorità tad-Djar u soġġetta għall-permessi meħtieġa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u billi l-awditur għaraf il-fatt li din hija problema reali u umanitarja u anki offra soluzzjoni f’paġna 2, paragrafu 4 tal-kummenti tiegħu, jista' l-Prim Ministru jara li dan il-każ jiġi rikunsidrat strettament fuq bażi strettament umanitarja mingħajr ma wieħed jippermetti li jinfetħu l-bibien għal xi abbużi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant ġiet rifjutata fit-28 ta’ Jannar 2009 u l-Awditur tal-MEPA ippubblika rapport fuq dan is-suġġett fis-26 ta’ Novembru 2009. Fil-konklużjoni tiegħu, l-Awditur qabel mad-deċiżjoni li ttieħdet mill-MEPA. Huwa żied ghid li f’każi bħal dawn il-konsiderazzjoni umanitarja m’għandhiex tiġi njorata iżda lanqas ma għandhom jiġu njorati l-kuntest urban u l-karatteristiċi tal-madwar.
Ġa la darba l-applikant ma talabx rikonsiderazzjoni tal-applikazzjoni u lanqas appella mid-deċiżjoni, tista’ tiġi esplorata l-ideja ta’ l-Awditur li l-applikant jiddiskuti alternattiva mal-
Planning Control Unit
fi ħdan il-MEPA biex isir disinn ħolistiku tal-blokka kollha u mhux ta’ parti waħda biss.
Għandu jkun disinn li jirrispetta l-arkitettura ta’ l-iżvillup għax kif sostna tajjeb l-Awditur ir-raġunijiet umanitarji m’għandhomx jipprekludu soluzzjoni aċċettabbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17232 u 16924 u 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-rappot imsemmi ġie kkummisjonat fis-6 t’Ottubru 2009 u tlesta fl-1 ta’ Frar, 2010.
Għaldaqstant bi tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija nixtieq ninforma lill-onorevoli interpellant li l-Awditur Ġenerali kien għamel rapport fuq id-Dipartiment tal-VAT imsejjaħ Performance Audit – Reviewing VAT Liability: VAT Investigations and Credit control exercises li kien iffoka fuq il-perjodu Jannar-Diċembru, 2004. Dan ir-rapport kien pubblikat fl-2006.
F’dan ir-rapport l-Awditur kien irrimarka kif ġej:
Since 2003, the Department has registered a significant improvement in the rate of return of audit work undertaken. In fact, in 2005 the additional VAT liability assessed amounted to Lm7.50 for every Lm1 (against the Lm5.2 for every Lm1 in 2004) the Department spent on audits carried out. This indicates a 44 per cent improvement in the Department’s efforts related to audit work over the previous year.
L-awditur imbagħad għamel xi rakkomandazzjonijiet kif ġej (f’paġni 10 u 11):
· Li jiġu appuntati speċjalisti sabiex jiżviluppaw b’mod xjentifiku kriterji u piżijiet relattivi fis-sistema ta’ l-analiżi ta’ riskju. Dawn il-kriterji kellhom jibqgħu jiġu evalwati b’mod kontinwu sabiex tiġi analiżżata l-effettivita’ tagħhom.
Dan beda jsir billi nġiebu speċjalisti Inglizi taħt Twinning Agreement ma’ l-Amministrazzjoni ta’ Taxxa fir-Renju Unit sabiex jgħinu biex jitjiebu l-parametri ta’ l-analiżi ta’ riskju. Dan il-proċess komplessiv ma setax jibqa’ jiġi evalwat b’mod
kontinwu għax id-dipartiment ma kellux ir-rizorsi umani kwalifikati fis-suġġett biex iwettqu din l-evalwazzjoni.
· Jitkompla l-proċess ta’ dokumentazzjoni dwar devjazzjoni mill-parametri stabiliti ta’ l-analiżi ta’ riskju u jsiru linji gwida fir-rigward ta’
value judgement.
Dan baqa’ jsir u anke saru linji gwida kif rakkomandat.
· Titjieb il-koordinazzjoni ta’ inizjattivi sabiex jiġu targitjati persuni għal investigazzjonijiet mid-dipartiment u mit-TCU
Dan sar billi twaqqaf kumitat b’rappreżentanti mid-Dipartiment tal-VAT, mid-Dipartiment tat-Taxxi interni u mit-TCU biex jikkordina dawn l-inizjattivi. Dan il-kumitat g
ħadu jiltaqa’ sal-lum.
· Jiddaħħlu ħaddiema bi kwalifika professjonali biex tissaħħaħ il-kwalità ta’ l-istaff
Dan sar f’dawn l-aħħar snin. Illum fid-Dipartiment tal-VAT insibu 4 Accountants Professjonali, 5 Uffiċjali Ekonomiċi, u ħarġet sejħa wkoll għall-2 avukati
· Jissaħħaħ il-proċess ta’ awditjar billi jiġu segwiti standards internazzjonali ISA u IFAC billi jkomplu jiddaħħlu checklists u manuals kif kien diġa’ beda jsir.
Dan sar billi komplew jiġu aġġornati checklists u manuals u sar taħriġ lill-ispetturi tal-VAT minn accountants professjonali mit-TCU dwar il-proċess ta’ awditjar u r-rappurtaġġ dwaru.
· Jiġi kkalkulat il-VAT Gap.
Dan ġie ikkalkulat is-sena l-oħra bl-intervent tal-Kummissjoni Ewropeja.
Fl-2007 l-Awditur Ġenerali kienu ippubblika ukoll Rapport dwar il-VAT Information Exchange System (VIES) fid-Dipartiment tal-VAT. Din hi sistema komputerizzata li hija magħquda mal-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropeja u li permezz tagħha, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa ta’ kull pajjiż membru tirraporta provvisti intra-komunitarji li fuqhom ma tkunx tħallset VAT. Din l-informazzjoni tinġabar permezz ta’ l-Istatement Rikapitulattiv (Recapitulative Statement) li jintbagħat mill-persuni reġistrati.
Fir-rapport tiegħu l-awditur għamel rakkomandazzjonijiet ta’ kif jidhirlu hu li għandha titjieb l-effiċjenza u jiżdiedu anke xi rapporti li ma kinux qegħdin isiru b’mod regolari mis-sistema. Ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jirrigwardaw żvilupp ta’
software
li kien għadu qed jiġi żviluppat.
Ir-rakkmandazzjonijiet ta’ l-awditur twettqu kollha kif jidher minn
follow up audit
bl-istess titolu li gie ippubblikat is-sena l-oħra.
kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17233, 17011 u 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17276 u jikkonferma jekk id-data tal-kwalità tal-arja teżistix by segment? Jista' jipprovdi figuri dwar particulate matter għal dawn l-aħħar erba' snin? Kemm-il darba l-gvern jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad ma għandhomx id-data neċessarja, x’time lines jeżistu biex dawn jibdew joperaw skont normi stabbiliti tal-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17152 u jgħid x’qed iżomm il-Ministeru tiegħu milli jippubblika r-rapport dwar l-investigazzjoni ordnata dwar nuqqasijiet serji fl-operat tal-Gozo Channel li skont kif rapportat ilha magħluqa għadd ta’ ġimgħat? Jista' jippubblika dan ir-rapport kif ukoll dettalji sħaħ dwar x’irriżulta minn din l-inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jikkonferma rapporti li wasluli li hemm investigazzjonijiet għaddejjin dwar ħruġ ta’ visas mill-ambaxxati Maltin f’Beijing u f’New Delhi? Jekk iva, minn min qed issir l-investigazzjoni u meta mistennija jiġu konklużi?
Response (BORG, TONIO)
Ma hemm ebda investigazzjoni għaddeja fl-Ambaxxata f'Beijing.
Għar-rigward New Delhi, il-Pulizija ta' New Delhi qiegħda tinvestiga l-involviment ta' cittadini Indjani fl-akkwist ta' visas, uħud minnhom mill-Kummisjoni Għolja Maltija, a bazi ta' dokumenti foloz.
Il-Ministeru ried jassigura ruħu li ma hemmx persuni ta' nazzjonalità Maltija u/jew persuni fl-impjieg tal-Kumissjoni Għolja li huma involuti.
Għalhekk wara li nġabret l-informazzjoni meħtieġa mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-Pulizija ta' Malta intalbet tinvestiga.
Is-Central Visa Unit qed jindaga jekk kienx hemm nuqqasijiet fil-proċedura ħalli wieħed jara hemmx lok għal passi dixxiplinari, irrispettivament mill-investigazzjoni tal-Pulizija.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Fid-dawl ta’ rapport tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power, jista' l-Ministru jgħid :
għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena;
il-gvern għandu ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP;
il-gvern għandu xi pjani li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH;
il-gvern għandu xi pjani għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
;
kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jiċċara għal-liema rapport qiegħed jirreferi.
Fid-dawl tal-għadd ta’ mistoqsijiet li għamilt f’dawn l-aħħar xhur dwar l-introduzzjoni tal-karti tal-edentità l-ġodda f’pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qed iwaddab il-piż tal-introduzzjoni tal-karti tal-identità l-ġodda fuq l-Unjoni Ewropea għal dak li għandu x’jaqsam il-finanzjament tagħhom? X’jiġri jekk dan il-finanzjament ma jseħħx? Għandu data indikattiva meta mistennija ssir din l-allokazzjoni ta’ fondi, aktar u aktar billi kif qed nifhem minn tweġibiet preċedenti l-arloġġ ta’ għaxar xhur jibda jdur minn meta jkunu effetivament allokati l-fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti assigurazzjoni kategorika li sakemm issir l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss diment li issir ma' u/jew qrib l-iskadenzi elettorali ta’ din il-leġislatura, l-introduzzjoni ta’ dawn il-karti tal-identità minflok dawk skaduti tkun seħħet darba għal dejjem?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern ma wabbadx il-piż tal-introduzzjoni tal-karti tal-identita fuq l-Unjoni Europea tant illi fi tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 16978 jien indikajt li jekk it-talba għal fondi taħt l-ERDF ma tirnexxiex, il-Gvern lest li jsib mezz alternattiv ta’ finanzjament.
Madankollu, il-Gvern kellu l-oppoturnità li jitlob finanzjament mill-Unjoni Ewropeja u b’resposabbilità fassal u għamel applikazzjoni għal dan il-finanzjament. Mhux sigriet li l-Gvern m’għandux xi bir bla qieh u kull mezz ta’ finanzjament addizzjoniali jagħti opportunità li jitwettaq programm aktar wiesa għal benefiċċju tal-Maltin.
Jien infurmat mhux uffiċċjalment li fil-fatt it-talba tal-Gvern ntlaqat. U għajr għal xi kjarifiċi, il-fondi se jiġu allokati. Fiduċjuż li jekk ma tinqalax xi ċirkustanza straordinarja, dan se jfisser li sa l-elezzjoni li jmiss, is-sistema il-ġdida tkun f’postha.
Fl-aħħarnett, intenni li l-karti ta’ identità preżenti ma humiex skaduti u minn irid waħda ġdida kull ma jrid jagħmel hu li jmur u jbiddilha.
Biex persuna bid-dħul baxx jew bla xogħol li tkun tbati mid-diabete tkun eleġibbli għall-gluco/sticks b'xejn mill-isptar, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji applikati? Hemm xi age limit dwar l-eleġibilità u jekk iva, għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li kull persuna li tbati mill-kundizzjoni tad-dijabete Type 1 u li jkollha inqas minn 35 sena indipendentament jekk ikollhiex dħul baxx jew tkun bla xogħol, hija intitolata għal 50 blood glucose monitoring stick b’xejn fix-xagħar. Filkas ta’ mara tqila li għandha id-dijabete Type 1, il-pazjenta tkun intitolata għal-100 blood glucose monitoring stick b’xejn fix-xagħar. Minħabba din id-diskrepanza, wasalna fil-fazijiet finali ta’ emmendi biex nirregolaw in-numru ta’ gluco/sticks li jingħataw b’xejn mill-Isptar.