Billi ninsab infurma li Birkirkara St. Joseph Sports Club ma onorawx l-impenn tagħhom li japplikaw mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-iżvilupp ta' art fil-qasam tad-djar tax-Xwieki Ħal Għargħur, tista' l-Ministru tgħarraf lill-Kamra x'passi ħa jew se jieħu l-Kunsill Malta għall-Isport in vista li kundizzjoni importanti ma ġietx rispettata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab informata li l-Klabb ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club issotometta l-applikazzjoni tiegħu fis-26 ta’ Mejju 2010. Il-Kunsill Malti għall-Isport ma jħossx li għandhom jittieħdu passi kontra l-klabb.
Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsija parlamentari 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif wkoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17571 u jgħid jekk il-Gvern Malti għandux - kif għandhom pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea – pjan nazzjonali ta’ azzjoni dwar il-biodiversità? Jekk iva, meta ġie addottat u fiex wasal fl-implimentazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħal f’xi pajjiżi oħra ta’ l-UE, preżentatament Malta qegħda taħdem b’mod attiv biex tiżviluppa Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Biodiversità, skont l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika, u b’referenza għad-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell globali u Ewropej dwar il-Biodiversità wara l-2010. F’dan il-qasam l-UE għandha tippreżenta Strateġija ġdida għall-Biodiversità lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Fl-isfond ta’ dan, l-iStati Membri ser ikunu meħtieġa li jieħdu inkonsiderazzjoni din l-iStrateġija, meta jkunu qed jiżviluppaw jew jirrevedu l-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Biodiversità tagħhom.
Filwaqt li wieħed japprezza li t-tests u evalwazzjonijiet tekniċi dwar is-sit propost għall-wind farm fis-Sikka l-Bajda jeħtieġu aktar żmien – kif oriġinarjament indikat - jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm diġà findings ‘preliminari’ indikattivi dwar il-fattibilità jew le ta’ dan is-sit, kif ukoll tal-wind flows f'dawn l-inħawi? Kemm hemm verità dwar rapporti li dehru f’sezzjoni tal-istampa indipendenti lokali dwar allegati problemi strutturali u ġeoloġiċi marbutin ma' dan is-sit?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi bħalissa għaddej studju, li nbeda f’Novembru li għadda, li permezz tiegħu qed isir kejl tal-qawwa tar-riħ fil-ponta tal-Aħrax tal-Mellieħa. Għadu kmieni biex wieħed jasal għal xi konklużjoni
Dwar rapporti li dehru f’sezzjoni tal-istampa dwar l-istabbilità ġeoloġika tas-Sikka l-Bajda, wieħed ikun jista jikkummenta biss meta jitlesta studju ġeofiżiku u ġeotekniku dettaljat.
Jista' l-Ministru jindika jekk fit-taħdidiet ta’ Bonn dwar il-klima, hemmx xi ħsieb li jiżdiedu l-impenji u l-obbligi ta’ dawk il-pajjiżi kollha, inkluż Malta, li jinsabu msieħba fost l-Annex 1 parties? Jekk iva, x’qed jiġi propost?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi dwar il-mitigazzjoni, l-obbligi u l-impenji internazzjonali ta’ Malta b’relazzjoni mal-Bidla fil-Klima, bħal dawk tal-bqija tal-Istati Membri ta’ l-UE, jibqgħu l-istess kif kienu waqt il-Konferenza (COP-15) ta' Kopenħagen ta’ Diċembru li għadda. Il-pożizzjoni tal-UE għal dawn in-negozjati f’Bonn jibqgħu josservaw strettament il-pożizzjoni miftiehma matul l-aħħar Kunsill Ewropew ta’ Marzu, li żamm il-kundizzjonalitajiet kollha tal-wegħda għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn 20% għal 30% sas-sena 2020 ibbażata fuq livelli tal-1990.
Fir-rigward tal-finanzjament
fast-start
, l-UE organiżżat avveniment (
side event
) waqt it-taħdidiet ta’ Bonn nhar il-Ħamis 3 ta’ Ġunju sabiex tinforma lill-partijiet kollha dwar il-wegħda ta’ €7.2 biljun bħala finanzjament
fast-start
għas-snin 2010-2012. F’Diċembru tas-sena l-oħra Malta għamlet wegħda għall-ammont ta’ € 800,000 bħala l-kontribut tagħha lejn il-wegħda ta’ l-UE u bħalissa qiegħda fil-proċess li tiddetermina l-aħjar mod sabiex tħallas dawn il-fondi. Din il-kontribuzzjoni mhix se tinbidel bħala riżultat tad-diskussjonijiet li għaddejjin issa f’Bonn.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17458.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17458.
power station ta' Delimara — consumer research study
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16371 u jgħid minn min sar il-consumer research study dwar il-ġenerazzjoni tal-elettriku f'pajjiżna, inkluż l-estensjoni tal-power station ta' Delimara? Meta ġie kkummissjonat u meta tlesta? Kemm ġew intervistati nies? Liema kumpanija nediet dan l-istudju? Kemm tħallset tiegħu? Jista' jqiegħed kopja tal-findings tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16371.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 16924 u 16295 u jgħid meta ġie kkummissjonat ir-rapport intern dwar l-operat tal-VAT? Meta tlesta? Jekk għadu ma tlestiex, sa meta għandu jitlesta? Ġew attwati xi rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali biex issir reviżjoni ta' ċerti prattiċi fi ħdan dan id-dipartiment u jekk iva, jista' jindika x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17458.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17152 u jgħid x’qed iżomm il-Ministeru tiegħu milli jippubblika r-rapport dwar l-investigazzjoni ordnata dwar nuqqasijiet serji fl-operat tal-Gozo Channel li skont kif rapportat ilha magħluqa għadd ta’ ġimgħat? Jista' jippubblika dan ir-rapport kif ukoll dettalji sħaħ dwar x’irriżulta minn din l-inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17149.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi d-direttiva 08/2004 ma tobbliga lil ebda Stat Membru biex jimponi investiment fis-CHP. Dwar il-feed in tariff (FIT) irrid ngħid li bħalissa l-Gvern għaddej b’diskussjonijiet u qed ikunu kkunsidrati diversi għażliet pero hu prematur li wieħed jagħti aktar dettalji f’dan l-istadju. Dwar id-dazju nitlob l-Onor Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17297 u jikkonferma li sal-lum hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta? Liema hi? Kemm ilha fis-seħħ din il-liċenzja? Hemm xi applikazzjonijiet oħrajn pendenti? Ta' min huma? Meta intefgħu? Hemm xi applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jekk iva, liema huma?
Jista' l-Ministru jgħid x’kunsiderazzjoni se tingħata lit-tħassib ta’ għadd ta’ sidien ta’ proprjetajiet residenzjali fil-Kappara li fid-dawl tal-flyover plan li huma jidhru li qed jaċċettaw fil-prinċipju jinsabu mħassbin sew dwar il-fatt li l-proġett kif mfassal jista' jċekken il-valur tal-proprjetà tagħhom u anke joħloq riskji għas-saħħa ambjentali tagħhom? Jista' l-Ministru jara l-każ ta' dan billi il-fly over kif propost se jilħaq il-livelli tad-djar ta’ uħud minnhom – liema djar sal-lum kienu mill-anqas żewġ sulari ogħla mil-livell tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistudja possibiltajiet differenti biex tnaqqas l-impatt tal-proġett fuq ir-residenti u l-proprjeta’ tagħhom u fl-istess ħin issolvi l-problema ta’ konġestjoni tat-traffiku li hemm fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17326 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-awtoritajiet tat-trasport għal tow zones f’San Ġiljan bir-rakkmandazzjoni tal-kunsill lokali tal-belt konċernata? Billi hemm uħud minnhom li jikkonċernaw żoni residenzjali qrib stabbilimenti ta' divertiment, jistgħu dawn jingħataw prijorità billi l-problema ta’ parkeġġ kontra l-liġi hemm ir-riskju li jiżdied issa li ġejja t-Tazza tad-Dinja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi min-naħa tal-Pulizija hemm talba waħda pendenti għal tow zone fejn indikat mill-Onorevoli Interpellant, liema talba qed tiġi investigata.