Legislature:
Category:
Reset
Active:

Online gaming — dħul mit-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figura ta' dħul mit-taxxa fuq l-online gaming fis-sena 2010 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Mejju, 2010 id-dħul mit-taxxa fuq remote gaming kien € 6,815,838.41.

Renewable energy — konsum tal-elettriku mill-gvern

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

power stations — insurance policies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Korporazzjoni Enemalta — Retainer fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skond mistoqsija parlamentari 17703?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jirrappreżentaw l-€436,540 bħala Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn IncoWest Ltd., skont mistoqsija parlamentari 17703? Kien hemm call for tenders dwar dan jew dan kien b'direct order? Kemm u liema ditti applikaw?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

direttiva dwar enerġija rinovabbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġiet transposed id-direttiva dwar enerġija rinovabbli 2009/28/ec fil-leġislazzjoni Maltija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lid-direttiva li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant għadha ma ġietx transposed peress li l-istess Direttiva tistabilixxi li t-transpożizzjoni trid tkun saret leġislazzjoni nazzjonali sal-5 ta’ Diċembru 2010.

Biċċerija Maltija — Food and Veterinary Office

Question

Billi f’mistoqsija parlamentari 17572 il-Ministru għarraf lill-Kamra li qed isiru l-follow ups mitluba mill-Unjoni Ewropea dwar ir-rapport li ħejjew dwar il-Biċċerija Maltija, il-Food and Veterinary Office (FVO), jista' l-Ministru jindika dawn il-follow ups sarux kollha u jekk le sakemm mistennija jsiru, aktar u aktar minħabba rapporti li l-Unjoni Ewropea mhix lesta tippubblika dan ir-rapport kif oriġinarjament kienet maħsuba li tagħmel f’April li għadda, qabel ma l-Gvern Malti jwieġeb għall-osservazzjonijiet kollha tal-FVO?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi numru ta’ follow ups huma finaliżżati u oħrajn għadhom fil-proċess li jiġu finaliżżati. Dawn mistennija jsiru sa l-aħħar ta' din is-sena.

Building Energy Regulations

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14791, billi l-Building Energy Regulations suppost li ġew fis-seħħ fil-bidu tas-sena li għaddiet, u billi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari msemmija l-Ministru kien qal li l-EPC Portal, il-programm li jaħdem fuq l-internet flimkien mal-backend tiegħu ser jibdew joperaw f’April ta’ din is-sena, issa li ninsabu fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju, jista’ l-Ministru jikkonferma meta u jekk ġewx fis-seħħ, kif ukoll kemm inħarġu ċertifikati s’issa? Meta mistenni jitlesta l- customisation tas- software adottat mis-sistema Ingliza SBEM sabiex ikunu jistgħu jibdew jitħaddmu ukoll ir-regolamenti dwar non dwellings ? Jista’ jagħti data indikattiva meta s- certification fuq in- non dwellings mistenni jibda ukoll?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li t-testing fuq il-programm li se jintuża għas-sistema tal-Building Energy Regulations issa wasal fl-aħħar stadji tiegħu. Jien infurmat li kien hemm numru ta’ problemi tekniċi waqt l-ittestjar u għalhekk kien hemm dan id-dewmien. Fir-rigward tal-customisation tal-SBEM mhux mistenni li s-certification fuq non-dwellings tkun tista’ tibda qabel Jannar tal-2011.

Elecricity Generation Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18126 Sitting 237 2010-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Water Management Plans

Question

Jista' l-Ministru jagħti data indikattiva meta Malta mistennija tissottometti l-Water Management Plans tagħha li jaqgħu taħt il-Water Framework Directive? Min kienu l-persuni li kienu qed jaħdmu fuq dawn il-pjanijiet? Meta ġew adottati formalment mill Gvern?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 18234
Leg 11 PQ #18070 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice

Question

Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-Perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Tobba tal-Poliklinika — appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk meta wieħed imur għand tabib tal-poliklinika biex jieħdulu l-pressjoni għandux bżonn appuntament? F’każ li hemm bżonn, jista' joħroġ struzzjonijiet biex it-tabib li jkun fil-poliklinika ma jibgħatx nies lura minħabba li ma jkollhomx appuntament meta ma jkollux nies oħrajn jistennew biex jarahom?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li ma hemmx bżonn ta’ appuntament biex wieħed imur għand it-tabib tal-familja f’xi wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa. Ikun hemm biss bżonn ta’ appuntament fil-bereġ. Ta’ min jgħid li t-tobba li jaraw pazjenti fil-bereġ għandhom struzzjonijiet biex f’każ li xi pazjent ma jattendix, jaraw lil pazjenti oħra li ma jkollhomx appuntament, speċjalment f’każijiet urġenti.

pledging ta' għajnuna lill-Palestinjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm Malta għamlet pledging ta’ għajnuna taħt forma jew oħra lill-Palestinjani, inkluż dak li huwa development aid fis-sena 2009 kif ukoll fis-sena li ninsabu fiha? Kemm tħallsu mill-ammonti mwiegħda?

Response (BORG, TONIO)

Matul 2009-2010, Malta tat din l-għajnuna lill-Awtorità Palestinjana: - 25,000 Euro għall-fini ta' kors fir-restawr ta' wirt kulturali li se jseħħ f'Ramallah; - $100,000 (fuq medda ta' sentejn) f'forma ta' boroż ta' studju għal taħriġ mill-Mediterranean Academy for Diplomatic Studies (MEDAC). Dan l-ammont ikopri l-kors kif ukoll l-ispejjeż kollha marbuta miegħu; - 17,250 Euro f'xahar taħriġ mal-Pulizija ta' Malta, bejn Lulju u Awwissu 2009, offrut lil tliet uffiċċjali tal-Pulizija Palestinjana. Dan bħala riżultat ta' Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn Malta u l-Awtorità Palestinjana f'dan ir-rigward speċifiku. - 12,750 Euro lill-Università ta' Betlehem f'għotja ta' tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika; - 12,224 Euro lill-Isptar St Louis f'Ġerusalemm sabiex jiġi rinovat tagħmir fid-Dipartiment tal-X Rays; - 672 Euro sabiex tiġi faċilitata żjara f'Malta ta' delegazzjoni kummerċjali Palestinjana f'Mejju ta' din is-sena; Fix-xhur li ġejjin, huwa mistenni li tingħata għajnuna fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika kemm f'dak li huwa tagħmir kif ukoll f'taħriġ dwar e-government u e-learning. Qegħdin ukoll isiru pjani għal taħriġ fil-qasam tal-Gvern lokali wara li jsiru elezzjonijiet muniċipali fil-Palestina.
Leg 11 PQ #18090 Sitting 236 2010-06-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Bidnija — bini ta' triq

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17646, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi biex biċċa sostanzjali ta' art agrikola tiġi cleared, x'aktarx biex issir triq fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija li s-site plan tagħha qed tintbagħat separatament? Jekk iva, xi jkopru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ta' Xbiex — Stallazzjoni ta' lift fi blokk flats

Question

Billi x-xogħol fuq il-lift fi Blokk D4 Ta' Xbiex ilu wieqaf xi żmien, tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni meta l-istallazzjoni mistennija tkun kompluta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-blokk imsemmi, s’issa nbniet it-tromba kollha tal-ġebel minn fuq s’isfel biex takkomoda l-lift propost. Il-makkinarju tal-lift huwa pprogrammat li jibda’ jiġi istallat f’qasir żmien u nbeda ukoll il-proċess biex jinkiseb is-supply ta’ dawl meħtieġ biex jitħaddem il-lift. L-awtorità qiegħda ssegwi s-sitwazzjoni mal-kuntrattur ħalli l-progress fl-istallar ta’ dan il-lift jerġa’ jaqbad ir-ritmu kemm jista’ jkun malajr.

Policy for energy — Sicilian interconnector

Question

Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2x 100mw cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2x200mws, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li d-deċiżjoni tat-tip ta’ teknoloġija li għandha tiġi addottata tittieħed mill-Enemalta nissuġerixxi l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #10924 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — ħatra ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ADI Associates inħatru konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk iva, meta nħatru u meta ħarġet is-sejħa għal offerti? Kemm ħadet konsulenzi l-ADI Associates mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta s’issa? Kemm tħallsu fis-snin 2008-2009 (to date) rispettivament? Huwa minnu li bħala konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dawn ġieli attendew laqgħat ma' żviluppaturi u stakeholders oħrajn meta ċerti tenders lanqas biss kienu għadhom ġew aġġudikati? Jista' jgħid liema ditta ta’ konsulenza hija nvoluta fit- tender GF/00153/06 li tikkonċerna Proposed Upgrading of Coastal Area and Development of a Sandy Beach ? Jista' jikkonferma kemm kien hemm każi fejn ADI Associates apparti milli kienu preżenti fl-istadji kollha tal-proċess tat- tendering kif jista' jiġi kkonfermat mill- minuti tal-i scoping meetings , dawn saħansitra kienu wkoll responsabbli biex huma stess jagħmlu l- compilation tal-PDS għat- tender ? Billi ADI Associates kienu preżenti flimkien mal-iżviluppatur, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar għall-i scoping meeting tal-21 ta' Mejju 2008, jista' jgħid jekk ADI Associates humiex xorta waħda eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għat- tender in kwestjoni u jekk it- tender ġietx aġġudikata? Jidhirlu l-Prim Ministru li dan huwa każ ċar ta’ allegat każ ta’ kunflitt ta’ interess? Jista' jikkonferma jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’xi stadju jew ieħor kienx diġa’ ġie nfurmat dwar dawn l-allegati abbużi? Kif jinkwadra dan kollu mat-trasparenza li hu permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu qed jgħid li jixtieq idaħħal fis-sistema tal- environment impact assessment consultancies bħala parti mir-riforma tal-l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-ADI Associates huma waħda minn numru ta’ kumpaniji li l-Awtorità tat-Turiżmu tuża’ għal xogħol ta’ konsulenza minn żmien għal żmien fuq bażi proġettwali (project based assignments). L-ADI Associates jattendu laqgħat hekk kif ikun mitlub lilhom mill-Awtorità tat-Turiżmu u skont il-ftehim deskritt hawn fuq. L-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li GF/00153/06 m’ huwiex tender imma hija referenza tal-MEPA li tirreferi dwar il-bżonn ta’ studju ambjentali (EIA) marbuta mal-proġett tal-krejazzjoni ta’ Bajja fil-Qawra. L-ADI Associates kienu mqabbda mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex huma jikkompilaw il-PDS li huwa neċessarju biex fuqu l-MEPA tieħu deċiżjonijiet dwar il-proġett fosthom biex jinħarġu ‘t-terms of reference’ tal-EIA, proċess li huwa kompletament pubbliku. Fil-fatt it-terms of reference li jintużaw għat-tender tal-EIA huma dawk kif maħruġin mill-MEPA. Fil-meeting pubbliku li sar dwar l-iscoping tal-EIA il-konsulent uffiċjali tal-MTA, preżenti kien hemm biss il-perit tal-proġett. Għalkemm fil-minuti tal-MEPA ta’ dan l-istess meeting l-ADI Associates huma mniżżlin bħala konsulenti tal-MTA, dan mhux korrett. L-MTA infurmata li l-ADI Associates attendew dan il-meeting minn jheddhom peress li kien meeting pubbliku. L-MTA ħadet parir legali fuq dan kollu u irriżulta li l-MTA ma setgħetx iżżomm lill-ADI Associates milli jiġbru u jitfgħu offerta għat-tender tal-EIA. Fil-fatt iż-żewġ kumpaniji li tefgħu l-offerta għat-tender għall-EIA (ADI Associates u AIS Environmental Limited) kellhom konsulenti (anke jekk fuq bażi individwali) li b’xi mod kienu involuti fi stadji oħra tal-istess proġett. Wara li tlesta l-istudju tal-mathematical modeling, li kellu janalizza l-istabilità tar-ramel, irriżulta li sabiex tinżamm il-bajja hemm bżonn numru ta’ strutturi protettivi li jistgħu joħolqu impatt viżiv u ambjentali. Għaldaqstant it-terms of reference tat-tender oriġinali ma baqgħux japplikaw u t-tender tal- EIA kellha titwaqqaf.
Leg 11 PQ #16274 Sitting 234 2010-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — reconsiderations

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti li rċevejt dwar reconsideration li ngħatat ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali tas-sena 2008 (Frar 2008) lill-każ PA05057/04 f’ġieħ it-trasparenza, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkunsidrax li tirreferi l-każ lill-Awditur tal-Awtorità għall-Investigazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif żgur li jaf l-Onorevoli Interpellant, kull ċittadin inkluż l-Onorevoli Interpellant, li milli qed nifhem irċieva l-ilmenti fuq din id-deċiżjoni, jista’ jirreferi kull deċiżjoni tal-MEPA għall- konsiderazzjoni tal-Awditur.