Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru public services calls, xahar b'xahar mill-bidu tas-sena fid-diversi dipartimenti, entitajiet u korporazzjonijiet parastatali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex individwat il-post fejn jista’ jinbena l-kampus il-ġdid tal-Istitutzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS)? F’liema fażi wasal il-proċess biex dan jinbena? Kemm saru spejjeż s’issa biex isir il-concept model u jibda l-proċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sit indikat għall-bini tal-kampus il-ġdid tal-ITS huwa bejn l-iskola primarja l-ġdida ta’ Pembroke u ċ-Ċentru tar-Riżors ta’ San Miguel. Ma saru l-ebda spejjez biex sar il-concept model peress li x-xogħol sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta ’Għada li lilha ġie assenjat il-proġett. S’issa qed jiġu ffinalizzati l-pjanti sabiex tiġi issottomessa l-applikazzjoni l-MEPA.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar l-intake ta’ studenti ġodda fl-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) għas-sena akkademika 2012/2013 ? F’liema kors qegħdin, kemm fil-fatt applikaw u kemm ġew aċċettati? Kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-ECDL u kemm minn dawn għandhom ċertifikat tal-Matrikola f’kull kors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kwalifiċi akkademiċi kollha, kif ukoll l-esperjenza fil-qasam edukattiv u dak tat-turiżmu, tal-lecturers ġodda full-time u part-time li daħlu mal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) minn din is-sena akkademika ġdida 2012/2013? X'inhu l-complement akkademiku sħiħ tal-ITS issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) bħalissa? Dan il-Bord għandu mandat ġdid jew huwa dak li skadielu t-terminu f’Ġunju li għadda? Ġie sostitwit il-membru tal-bord li miet dan is-sajf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord huwa kompost kif ġej:
Chairperson:
Is-Sra. Claire Zammit Xuereb
Deputy Chair:
Is-Sur Joe Tanti
Membri:
Is-Sur Edwin Borg
Is-Sur Walter Cassar
Is-Sra. Mary Anne Cauchi
Dr. Nadia Theuma
Dr. Marie Louise Mangion
Dr. Angele Attard
Dan il-Bord inħatar fit-23 ta’ Lulju 2012 taħt ir-Regolamenti dwar Istituzzjoni għal Studji Turisitċi (Avviż Legali 203 tal-2012), skont ir-regolament 9 tiegħu.
Is-Sur Joe Micallef, li kien ukoll maħtur f’Lulju fuq dan il-Bord, ser ikun sostitwit fil-ġimgħat li ġejjin.
kumpanija — tender għall-esportazzjoni ta' fly ash
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija rebħet it-tender sabiex tesports l-flyash tal-inċineratur tal-Marsa? B'liema kundizzjonijiet ħaditu u fejn qed jiġi esportat? F'liema volumi?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija, jiġifieri "liema kumpanija rebħet it-tender sabiex tesporta l-flyash tal-inċineratur tal-Marsa?" u "b'liema kundizzjonijiet ħaditu?" trid tiġi indirizata lill-Ministru tar-Riżorsi u l-Affarjiet Rurali, minħabba li t-tender inħareġ u ġie mogħti mill-Wasteserv.
Rigward id-destinazzjoni tal-
flyash
, skont il-permessi maħruġa mill-MEPA għall-esportazjoni skont ir-regolamenti relevanti, dan intbagħat Spanja. L-ammonti ddikjarti lill-MEPA minn Mejju ta l-2012, d-data ta' meta ġie maħruġ il-permess, sal-lum huma ekwivalenti għal madwar mija disgħa u sittin tunellata.
Għargħur — Triq Santa Katarina - spiera tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36358 u jara x'jista' jsir peress li fi Triq Santa Katarina, Għargħur allegatament il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux dejjem jieħdu ħsieb ibattlu l-ispiera tad-drenaġġ bil-konsegwenza li meta tfur, id-drenaġġ joħroġ fit-triq u kull meta l-kunsill jinduna li qed isir hekk, ninsab nfurmat li jgħarrfukhom dwar dan sabiex tibagħtu l-bowser? Hemm xi pjanijiet biex l-ispiera titqabbad mal-main tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-directors fees u kull financial package ieħor u benefiċċju taċ-chairman, diretturi, CEO u senior officials kollha tal-WasteServ kariga b’kariga mingħajr ma jissemmew ismijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 25309 rigward iċ-Chairman, Diretturi, u CEO, ninfurmah li l-kundizzjonijiet u benefiċji ma nbidlux.
Ninformha wkoll li rigward l-informazzjoni mitluba dwar ‘senior officials’qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni relattiva mitluba.
Malita Investment Plc — tender għall-kampanja ta' riklamar u media
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamenti 36310, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk inħariġx tender għal kampanja ta' riklamar u media marbuta mal-promozzjoni tal-€15 miljun f'ishma fil-Malita Investments Plc li nħarġet dan l-aħħar? Jista' jgħid liema kumpanija tal-advertising ħadet dan l-assignment? Kif intgħażlet? X'jiswa bejn wieħed u l-ieħor dan l-account ta' riklamar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb l-organisation tal 5+5 anki mill-aspett loġistiku? Jista' jikkonferma jekk huwiex involut b’xi mod il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk iva, dan għandu liċenzja ta' DMC u jekk iva meta nħarġet? Kien hemm sejħa għall-offerti u jekk iva meta nħarġet? Kemm se jkun d-dħul tiegħu minn dan l-assignment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru.
Billi suppost li dawk kollha li jimpurtaw plastic bags bil-handle huma suġġetti għal Eco-Tax ta' 15ċ il-borża, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm kien hemm kumpanji/
department stores
u
super
u
mini markets
li ġew immultati talli naqsu milli jħallsu
eco tax
simili;
b) liema kienu;
ċ) meta sar dan peress li hu mifhum li s-suq Malti u Għawdex jinsab mifquħ b'dawn it-tip ta' boroż? Jista' jgħid x'proċeduri u metodi ta' verifika jintużaw mid-dipartiment tal-VAT sabiex jiġi żgurat enforcement xieraq f'dan ir-rigward kif ukoll sabiex jinżamm level playing field f'dan is-settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-ħarsien u l-uprooting tas-siġar u x'kordinazzjoni effettiva li ssir fil-prattika min-naħa tal-awtorità bħala regolatur tal-Ambjent mal-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala prinċipju ġenerali, l-Awtorità tqis is-siġar bħala karatteristika li ssebbaħ u tagħni l-ambjent. Għaldaqstant, l-Awtorità ma tinkoraġġixxix il-qlugħ tagħhom jew interventi li jagħmlulhom il-ħsara, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni valida. Fejn ma jkunx fattibbli li s-siġar jinżammu fuq il-post, l-Awtorità ġeneralment tesiġi li s-siġar xorta jkunu salvati u trapjantati għal post ieħor fil-viċinanzi. Jekk lanqas dan ma jkun possibbli, normalment jintalab it-tħawwil ta' siġar oħrajn bħala miżura kompensatorja. Kull fejn ikunu rilevanti, dawn il-kunsiderazzjonijiet jiġu fis-seħħ permezz ta' kundizzjonijiet u limitazzjonijiet fil-permess, jew inkella billi l-Awtorità tesiġi bidliet fl-intervent propost jew saħansitra tirrifjuta l-permess, skont il-merti tal-każ.
Jista' l-Ministru jara li Transport Malta tinvestiga rapporti li waslu li bejn il-weekend li għadda u l-bieraħ fejn kien hemm każijiet fejn ir-rotta 24 mill-Belt għal Ta' Giorni ġieli ma ħadmitx f’ċerti ħinijiet minħabba nuqqas ta’sewwieqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi minn stħarrig li għamlet Transport Malta fuq ir-rotta 24, jirriżulta illi bejn id-29 ta' Settembru u l-1 t' Ottubru 2012 kull vjaġġ skedat twettaq. Madanakollu, jirriżulta wkoll illi 11% tal-vjaġġi ttardjaw sa ħames minuti, 6% tal-vjaġġi ttardjaw bejn sitta u għaxar minuti, 9% tal-vjaġġi ttardjaw bejn ħdax u għoxrin minuta, filwaqt li 9% tal-vjaġġi ttardjaw b'aktar minn 21 minuta fit-tluq tagħhom mill-venda tal-Belt.
Fin-nuqqasijiet imsemmija, Transport Malta tapplika il-penalitajiet lil Arriva Malta Ltd skont kif hemm stipulat fil-kuntratt.
Minħabba l-inkonvenzji li qed isaqqfu wiċċhom magħhom ir-residenti ta' naħa ta' fuq tal-Kappara fi Triq Sliema u l-madwar speċjalment dawk anzjani, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bus stop li kien hemm f'Regional Road qrib it-tarf ta' Triq Sliema, jerġa jibda jiġi użat minħabba li jgħaddu minn quddiemu l-buses 24, 34 202 u 203?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmi bus stop tneħħa milli jintuża minħabba raġunijiet ta’ sigurtà.
Transport Malta — Traffic Impact Assessment fuq Kappara Junction
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji kollha ambjentali u dawk ħolistiċi fuq traffic impact assessments li saru jew ġew ikkumissjonati minn Transport Malta qabel għamlet l-għażliet rakkmandati tagħha dwar l-iżviluppi proposti dwar Kappara Junction? Meta saru dawn l-istudji? Minn min saru, u meta ġew ikkummissjonati? Id-deċiżjonijiet ta' Transport Malta dwar din l-issue, fuq liema livell ittieħdu u jekk qabel sar dan kienx hemm konsultazzjoni ma Ministeri u entitajiet governattivi oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn non-Eurpoean Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta' accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma' audit firms u accountancy firms Maltin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta` non-European Union nationals li għandhom work permit biex jaħdmu xogħol ta` accountants u partly qualified accountants u/jew trainee accountants ma` audit firms u accountancy firms Maltin, huwa dak ta` 21.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar damet tliet snin biex twaqqaf ix-xogħol li kien qed isir f’barriera ġewwa ċentru ta’ raħal? X’żamm milli jitwaqqaf ix-xogħol immedjatament hekk kif bdew jidħlu l-ilmenti lill-awtorità u ma twaqqafx anqas wara li saret protesta spontanja mill-President tal-PN u sindku tal-PN fis-Siġġiewi? Ir-residenti se jiġu kkumpensati għal dak li għaddew minnu u li għadhom jiffaċjaw? Meta se jibda l-bini fl-imsemmi sit u x’metodi se jintużaw biex din id-darba tiġi salvagwardjata s-saħħa tar-residenti? Se jkun hemm time frame ta' kemm suppost irid idum l-iżvilupp? In-numru tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-isem tal-perit tax-xogħlijiet imsemmija u tas-sinku u president tal-PN qed jintbagħtu separatament.
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit in kwistjoni ma jikkonsistix minn barriera kif deskritt fl-interpellanza, imma minn sit kbir ta' kostruzzjoni kopert bill-permessi meħtieġa.
Il-permess (PA 3277/06) jawtorizza diversi livelli ta' basement garages taħt il-livell tat-triq li allura jirrekjedu qtugħ ta' blat estensiv. Peress li l-ġebla kienet ta' kwalita' tajba ħafna, ġiet aċċettata talba sabiex din ma tintremix u li kellha tinqata' b'tali mod li terġa' tintuża. Il-permess inkluda Construction Management Plan (CMP) li rregola din il-materja. Fost affarijiet oħra, is-CMP speċifika l-qies u l-forma tal-ġebla li kellha tinqata' mill-post u l-makkinarju li kellu jintuża. Fil-fatt l-mineral kellu jinqata' fi blokki kbar u jinġarr għal post ieħor fejn kellu jkun ipproċċessat. Allura f'dak l-istadju x-xogħol tħalla jsir kif approvat. L-Awtorita` kienet tissorvelja l-operat u interveniet kemm il-darba sabiex tassigura prattiċi ta' xogħol li ma jikkawżax danni għall-pubbliku.
Pero eventwalment l-iżviluppatur ċekken il-qies tal-ġebla minn blokki kbar għall-daqs ta' kantun u beda juża makkinarju differenti, kontra kif approvat fil-Construction Management Plan (CMP). F'dan l-istadju allura l-uffiċċjali tal-Infurzar tal-Awtorita` waqqfu x-xogħol f' April 2011 skont Avviż ECF 172/11. Dan l-Avviż ġie irtirat f'April, 2012 wara li kienu approvati emendi fis-CMP li issa aċċetta metodu differenti fejn il-blat kellu jitkisser bil-musmar u mhux iżjed jinqata' f' forma ta' blokki biex jerġa' jintuża.
Il-permess għandu validita ta' ħames snin u jiskadi f'Diċembru tal- 2014. L-Awtorita' ma tidħolx fi drittijiet ċivili ta' kumpens bejn is-sid u terzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l-Budget 2012 kien jindika li persuni b'diżabilità kienu se jieħdu u/jew jibqgħu jieħdu din il-pensjoni sħiħa irrispettivament mid-dħul tagħhom, issa ċerti koppji li żżewġu wara ċertu żmien qabel il-cut off date magħżula arbitrarjament mid-dipartiment, qed isibu li m'għadhomx intitolati? Ma jaħsibx li din l-anomalija għandha tiġi rranġata għaliex tista' tkun interpretata bħala waħda diskriminatorja?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-miżura tal-baġit 2012 li qed jagħmel riferenza għaliha kienet estensjoni ta’ miżura oħra tal-baġit għas-sena 2007. Fil-miżura tal-2007, għal skop ta’ test tal-mezzi biex persuna tikkwalifika għal Pensjoni għal Diżabilita’, id-dħul kollu tal-konjugi tal-persuna b’diżabilita’ li tiżżewweġ wara s-6 ta’ Jannar 2007, kien qed jiġi injorat.
Il-Gvern ħass li din l-eżenzjoni għandha tiġġedded b’sena kull sena wara minn Jannar 2012. U appuntu d-Dipartiment qed jimplimenta din il-miżura kif maħsuba fil-baġit.
Nista’ nżid li fil-preżent qed isiru l-istudji neċessarji biex jiġi deċiż jekk u kif għandha tiġi estiża din il-miżura biex tolqot kategoriji oħra ta’ persuni b’diżabilità.
Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni — aċċes għas-Simblija
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk ir-rapport finali tal-Kummissjoni ta' Kontra l-Korruzzjoni 392/11/11 dwar il-każ ta' aċċess għas-Simblija ġiex konkluż u preżentat lill-gvern? Jista' jgħid ukoll jekk din l-investigazzjoni ġietx inizjata min-naħa ta' xi Ministeru jew entità governattiva?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ għadu qed jiġi investigat mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni. L-investigazzjoni ġiet inizjata fuq talba ta’ individwu.
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux isiru xi arrangamenti mal-Arriva sabiex ir-residenti f’Upper Kappara jkollhom aċċess għal trasport pubbliku li mhux biss jgħaddi minn qribhom iżda li anke jieqaf fil-viċin minħabba l-inkonvenjenza li spiss qed tirriżulta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm żewġ rotot li jservu l-inħawi tal-Kappara. Dawn huma:
Rotta 24 –
li għandha servizz ta’ kull siegħa mill-Belt Valletta u li tgħaddi mill-Imsida, Tal-Qroqq, San Ġwann (Triq Sliema), żoni oħra ġewwa San Ġwann, Ta’ Ġiorni u tas-Sliema. Għaldaqstant ir-residenti tal-Kappara għandhom aċċess għall-Belt Valletta u nħawi oħra mill-
bus stops
li hemm fi Triq Sliema.
Rotta 120 –
li għandha servizz ta’ kull nofs siegħa u li tgħaqqad l-inħawi tal-Kappara mal-Isptar Mater Dei, San Ġiljan, Pembroke, San Ġwann (Ċentru), Birkirkara, Marsa Park and Ride, Raħal Ġdid, Fgura, Żabbar u x-Xgħajra. Din ir-rotta tgħaddi minn Triq Birkirkara u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Sliema.
Infurmat ukoll illi meta ġie mniegħed is-servizz il-ġdid fit-3 ta’ Lulju 2011, l-inħawi msemmija kienu servuti bir-rotta 123 iżda din kienet tneħħiet minħabba l-ilmenti li Transport Malta rċeviet mir-residenti tal-inħawi li ma' xtaqux li dan is-servizz jibqa’ jgħaddi miċ-ċentru tal-Kappara