Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Ferries — membri tal-bord tal-inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18297 u 17833 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17833.

Ta' Xbiex — xogħol fuq stallar ta' railings

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18091 dwar Blokk D4 Ta' Xbiex, tista' l-Ministru ġentilment tinvestiga fiex wasal ix-xogħol fuq l-istallar ta' railings fit-taraġ ta' dan il-blokk ta' appartamenti, aktar u aktar billi xi inkwilini ġew mgħarrfa mill-perit tal-kuntrattur li għadu qed jipprova jsib l-irħas quotations sabiex jagħmel dan peress li hemm għadd ta' anzjani residenti fil-blokk?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Minħabba li fit-tromba tat-taraġ tal-blokk imsemmi riedet tinbena lift shaft tal-ġebel, il-kuntrattur kellu jneħħi l-poġġaman sabiex ikun jista’ jaħdem. L-awtorità diġà tat istruzzjonijiet lill-kuntrattur biex jerġa’ jistalla l-poġġamani madwar il-lift shaft mill-aktar fis possibbli.

Rapport tal-awditur ġenerali dwar renewable energy

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18154 u cioe: Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

power stations — insurance policies

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18156 u 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infiq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispejjeż li issemmew fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 16170 ġew klassifikati bħala straordinarji peress li jaqbżu l-ammont ta’ €250,000 u mhux b’rabta mat-tip ta’ manutenzjoni meħtieġa. Ma jffissirx li dawn it-tiswijiet jirrelataw ma xogħolijiet bħal meta jieqaf jaħdem il-makkinarju, imma huwa maintenance intensiv li jiswa ħafna flus u jsir minn żmien għal żmien. Dan it-tip ta’ maintenance ma jiffurmax parti minn insurance policy li l-Korporazzjoni Enemalta għandha bħalissa – Fire & Special Perils. Din l- insurance policy hija ffurmata minn dawn l- underwriters : 65.5% - London Market 12.5% - Gerling Insurance 10% - Atlas Insurance 7.5% - Montaldo Insurance 2.5% - Millennium Insurance 2% - Elmo Insurance Ma ħarġet l-ebda tender għal din l- insurance policy peress li l- policy tal-kumpanija dejjem kienet li l- insurance tiġi negozjata minn brokers .

Korporazzjoni Enemalta — Retainer fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18171 u jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skond mistoqsija parlamentari 17703?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18172 u jgħid x'jirrappreżentaw l-€436,540 bħala Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn IncoWest Ltd., skont mistoqsija parlamentari 17703? Kien hemm call for tenders dwar dan jew dan kien b'direct order? Kemm u liema ditti applikaw?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-€436,540 jirrapreżentaw xogħlijiet ta’ Project Management Services fuq l-infrastruttura tad-drenaġġ li qed isir fin-nofsinhar ta’ Malta. Din l-infrastruttura tinkludi l-bini ta’ mpjant għat-tisfija tad-drenaġġ, infrastruttura ta’ mina u pumping stations biex jitwassal id-drenaġġ ġo l-impjant kif ukoll Outfall għar-rimi ta’ ilma ittrattat xi kilometru taħt il-baħar. Kien hemm call for tenders li għaliha applikaw IncoWest Ingenieure & Architekten u EMPD Ltd.

Elecricity Generation Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18122 u jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Msida — Princess Margaret Street - asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-Gvern Ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18449 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Policy for energy — Sicilian interconnector

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18109 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2x 100mw cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2x200mws, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 11 PQ #18452 Sitting 241 2010-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li għandhom 24 hour security watch

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni Maltin apparti mill-President tar-Repubblika u l-Prim Ministru li għandhom 24 hour security watch? Kemm qed jiġi jiswa lill-Kaxxa ta’ Malta dan is-servizz globalment?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10509.

interlink cable ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta nbdew u intemmu l-istudji fuq il-fattibbilità tal-interlink cable bejn Malta u Sqallija? Minn min saru u kif intgħażlu d-ditti ta’ konsulenza involuti? Kemm tħallsu tagħhom? Liema kienu u/jew kienet il-kumpanija/i involuti fix-xogħol ta' tħejjija għat-tender tal-interlink cable ma' Sqallija? Min kienu l-individwi u/jew kumpaniji involuti fix-short listing tal-preferred bidders? Meta mistennija tingħalaq id-data għas-sottomissjoni għat-tenders għal dan il-link? Ix-xogħol ta’ evalwazzjoni u aggudikazzjoni tat-tenders minn min se jsir? F’liema stadju, kif u kemm se jkun mdaħħal id-dipartiment tal-kuntratti f’dan il-proċess kollu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li l-istudji li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant saru mill-Enemalta nissuġerilu biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Interlink ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’arranġamenti saru jew qed isiru mal-awtoritajiet Taljani u minn min, sabiex l-interlink tagħna ma' Sqallija jiġi kollegat man-network Ewropew? Se jkun hemm bżonn ftehim mal-Aġenzija Taljana Terna u jekk iva min jrid jilħaq dan il-ftehim, il-Gvern Malti jew l-entità kummerċjali li tirbaħ it-tender?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor interpellant li dan hu xogħol li qed isir mill-Enemalta u nissuġerilu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

interlink ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed nifhem sew li l-bid evaluation tal-interlink ma' Sqallija se ssir fuq pariri ta’ Lehmayer? Jekk iva, ma jaħsibx li wara t-track record tagħhom marbuta ma' għadd kbir ta' każi ta' korruzzjoni f’numru kbir ta’ pajjiżi, kif saħansitra jista' jiġi kkonfermat permezz ta' sempliċi google search il-Gvern imissu jinvolvi konsulenti oħrajn minflok jistrieħ fuq kumpanija li ilha li għamlet minnha nnifisha kumpanija undesirable?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

interconnector tender ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-interconnector tender ma' Sqallija se jiġi maqsum f’żewġ tenders, x’wassal għal dan l-isplitting? Jista' jindika jekk il-problemi ta’ likwidità ta’ flus kienux fost il-fatturi in kwestjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Sqallija — interlink ta' HV lines

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq mal-Italja dwar infrastruttura għall-interlink ma' Sqallija speċjalment fejn jidħlu HV lines? Jekk ma ntlaħaqx ftehim mal-Italja s’issa, x’inhuma l-problemi pendenti dwar dan? X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal aħbar li power outages huma xi ħaġa komuni ħafna fl-Italja speċjalment fin-naħa t’isfel u fi Sqallija tant li l-Unjoni Ewropea ġiet rraportata li aċċettat li l-industriji jistgħaw jingħataw kumpens finanzjarju kull meta jkun hemm power shortages simili mingħajr ma jqisu sussidji simili bħala an unfair subsidy?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

MRA — riċerka dwar importazzjoni ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fir-riċerka li setgħet għamlet l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi setgħux jikkonfermaw li l-Italja se timporta madwar 750-800 MW minn power station ġdida f’Tuneż?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi hi infurmata dwar il-cable li għad irid jiġi mgħoddi bejn l-Italja u Tuneż imma mhux dwar xi ftehim speċifiku u kummerċjali li hemm jew jista’ jkun hemm bejn iż-żewġ pajjiżi.

Consumer Research Survey — estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Transport Malta — Chief Officer Corporate Services

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ma' Transport Malta? Il-kariga tiegħu se tkun ta' Chief Officer Corporate Services? Fiex jikkonsisti s-salarju u l-pakkett ta' inċentivi tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li ma nqisx li hu xieraq li nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg mitlub, nikkonferma li l-persuna kkonċernata titħallas fil-parametri li tajt fit-tweġiba parlamentari għall-mistoqsija 16367 għall-kariga ndikata.