Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18376 u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-Gvern Ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18450 u 18109 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjon u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuti lilu u ċioe: Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2x 100mw cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2x200mws, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?
residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18505 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’arranġamenti saru jew qed isiru mal-awtoritajiet Taljani u minn min, sabiex l-interlink tagħna ma' Sqallija jiġi kollegat man-network Ewropew? Se jkun hemm bżonn ftehim mal-Aġenzija Taljana Terna u jekk iva min jrid jilħaq dan il-ftehim, il-Gvern Malti jew l-entità kummerċjali li tirbaħ it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-konnessjoni tal-interconnector man-network tal-HV (high voltage) Taljana se jkun suġġett ta’ ‘connection agreement’ bejn l-operatur tat-transmissjoni Taljana Terna u Enemalta. Negozjati fuq dan l-agreement diġà għaddejjin bejn Enemalta u Terna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18577 u 18122 u jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern m’abbandunax il-Generation Plan. L-użu tan-Natural Gas kienet biss possibiltà u ma kinitx deċiżjoni definita u ma kien hemm l-ebda U-turn.
Minn analiżi mwettqa, il-
pipeline
tal-gass mhix vijabbli fil-preżent għax meta tinkorpora l-ispejjeż kapitali meħtieġa fuq il-prezz tal-gass, dan iwassal biex din l-oppożizzjoni ma tibqax kompetittiva meta mqabbla mal-għażliet l-oħrajn.
Filwaqt li s-sitwazzjoni tkun qed tiġi rriveduta perjodikament fid-dawl tal-bidliet fis-swieq internazzjonali, għal mument qed jiġu studjati opzjonijiet oħra.
Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18574.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17676 u ċioe: Fid-dawl tal-infieq straordinarju li għadu kif ikkonferma l-Ministru li sar fuq diversi impjanti tal-power stations tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom kienu koperti b’insurance policies, u jekk kien hemm, x’kien il-coverage? Min-naħa l-oħra jekk jirriżulta li dawn il-ħsarat ma kenux koperti, jista' jindika x’insurances oħrajn ikopru l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta? Ma' liema kumpanija jew kumpaniji saru dawn l-insurance policies? Jista' jikkonferma jekk inħarġux tender/s għalihom jew le? U jekk iva, meta nħarġu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17676.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17833 u jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17833.
Jista' l-Ministru jinvestiga u jirraporta lill-Kamra dwar rapporti li wasluli mingħand għadd ta’ persuni dwar kif żona ekoloġikament sensittiva bħal Limbordin u l-Miżieb tinsab infestata bil-ġrieden u x’qed jsir dwar dan? Ittieħdu passi biex ma jintużax velenu li jista' jagħmel ħsara lill-endangered species bħax-shrew? Hemm xi inizjattivi kkontemplati flimkien mal-ministeri l-oħra kkonċernati biex titnaddaf din il-picnic area tal-Miżieb?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infumat li matul is-sena 2009 u l-ewwel xhur ta’ din is-sena d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment rigward infestazzjoni ta’ ġrieden jew firien mill-lokalitajiet indikati. Għaldaqstant matul l-istess żmien ma tqiegħed l-ebda velenu għal kontra l-ġrieden jew firien fl-istess inħawi.
Meta lmenti ta’ din ix-xorta jaslu għand dan id-Direttorat u jkun indikat li din tkun żona ta’ importanza ekoloġika, dan id-Direttorat jitlob parir mill-awtorita’ kompitenti, li f’dan il-każ huwa d-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u l-Ippjanar, bil-għan li jsir trattament sensittiv u addattat.
Rigward it-tindif tal-
picnic area
f’tal-Miżieb, minn investigazzjoni li saret minn uffiċjal ta’ dan id-Direttorat nhar it-Tlieta 22 ta’ Ġunju 2010, jirriżulta li ma’ hemmx xi akkumulu kbir ta’ żibel imma ftit materjal imxerred mitfuħ minn dawk li jagħmlu użu minn din il-
picnic area
. Dan id-Direttorat qiegħed f’kuntatt mal-kunsilli lokali rispettivi biex din iż-żona tiġi miżmuma f’kundizzjoni aħjar.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex ma jkomplux jitqabbdu nirien illegalment taħt il-woodlands tal-Miżieb?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi is-sit li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant ġie mgħoddi lill-FKNK. Id-Dipartiment tal-PARK intalab jiddiskuti din il-materja mal-FKNK.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-hamlet tal-Limbordin ikollu s-sistema tad-drenaġġ mqabbda mad-drainage system ċentrali biex il-fosos li hemm ma jibqgħux inixxu f’art agrikola?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol biex il-hamlet tal-Imbordin ikollu sistema ta’ drenaġġ mqabbda mas-sistema ċentrali huwa inkluż fil-Master Plan tad-drenaġġ. Sadanittant il-fosos li hemm qed jitbattlu b’mod regolari mill-Korporazzjoni bla ħlas.
Billi hemm talba pendenti quddiem il-Public Accounts Committee biex meta u jekk jidhirlu l-kumitat issir diskussjoni dwar il-Wasteserv, jista' l-Ministru jara li kif diġà ġew tabled accounts ta' korporazzjonijiet u entitajiet oħrajn bħall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jiġu tabled jew sottomessi lill-kumitat konċernat l-accounts tal-Wasteserve għas-sena 2009?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 13472.
consumer research survey — estensjoni tal-power station
Question
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18308 u ikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid xi ftehim intlaħaq mal-Italja dwar infrastruttura għall-interlink ma' Sqallija speċjalment fejn jidħlu HV lines? Jekk ma ntlaħaqx ftehim mal-Italja s’issa, x’inhuma l-problemi pendenti dwar dan? X’inhi r-reazzjoni tal-Gvern għal aħbar li power outages huma xi ħaġa komuni ħafna fl-Italja speċjalment fin-naħa t’isfel u fi Sqallija tant li l-Unjoni Ewropea ġiet rraportata li aċċettat li l-industriji jistgħaw jingħataw kumpens finanzjarju kull meta jkun hemm power shortages simili mingħajr ma jqisu sussidji simili bħala an unfair subsidy?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta qegħda tinnegozja ma’ Terna, l-operatur tat-transmissjoni tal-Italja rigward l-interconnector għal Italian High Voltage network u se tapplika lil Awtoritajiet Taljani għal awtorizzazjoni u l-permessi fi żmien neċessarju. Qtugħ ta’ dawl, partikolarment fuq is-sistemi ‘Medium voltage’ u ‘Low voltage’ huma komuni mad-dinja kollha u l-Italja mhix eċċezzjoni għal dan.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-bord tal-inkjesta li ġie appuntat minnu dwar l-allegazzjonijiet marbuta mal-każ tal-Gozo Ferries?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Membri tal-Bord tal-Inkjesta fl-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet magħmula fil-każ tal-Gozo Channel kienu dawn:
Iċ-Chairperson ta’ dan il-bord kien Carmel Conti, il-Kummissjarju tat-Taxxi Interni.
Il-membri l-oħra kienu dawn:
Col. Emmanuel Mallia, li huwa responsabbli mill-operazzjonijiet tal-ajru u marittimi tal-Forzi Armati, għandu
post-graduate diploma
fil-liġi marittima internazzjonali u huwa
qualified instructor in maritime search and rescue
.
Il-Kaptan Ghassan Abdullah huwa Master Mariner Class 1, u lecturer fil-Maritime Institute.
Dr. Cynthia Scerri Debono hija avukat li taħdem fil-privat.
Paul Miruzzi huwa ex-Direttur Ġenerali fi ħdan il-Government Property Division.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18126 u ċioe: B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?
WSC — sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18174 u jgħid kienx hemm sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, kif indikat f'mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17703, ma jirriżultax li l- Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha servizzi ta’ konsulenza mal-kumpanija Health and Safety Consultancy Services.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18295 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern dwar il-VAT fid-dawl tal-abbużi li kien hemm dan l-aħħar?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18926, 17807 u 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.