B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18574 dwar l-insurances tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm hu l-
premium
li jitħallas għal din il-polza;
b) kemm hu l-brokerage li jaqla' l-insurance broker fuq din il-polza;
ċ) huwiex il-każ li jkun hemm tender kull tant żmien biex jiġi stabbilit jekk kundizzjonijiet aħjar jistgħux jiġu ottenuti kemm mingħand il-brokers kif ukoll mingħand l-underwriters?
Dan fid-dawl tal-kompetizzjoni li teżisti fil-kamp tal-assigurazzjoni kif ukoll biex il-Korporazzjoni Enemalta tkun ċerta li l-aħjar prezzijiet u servizz qed jiġi ottenut?
Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażel il-consortium li magħhom qed jiġu finalizzati n-negozjati dwar l-iżvilupp tal-White Rocks?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Gvern, kif diġa’ mħabbar, għażel li jibda negozjati mall-investituri li qed jipproponu l-iżvilupp tal-White Rocks Sports & Leisure Village, wara li l-Gvern assigura li dawn l-investituri għandhom madwarhom tim ta’ fama mondjali u bl-esperjenza meħtieġa fl-iżvilupp, id-disinn u t-tmexxijja tal-qasam sportiv, kif ukoll is-saħħa finanzjarja neċessarja biex proġett ta’ tali dimensjoni jiġi mwettaq.
Il-promoturi ta’ dan il-proġett qed jipproponu Sports & Leisure Village b’investiment dirett barrani ta’ €200 miljun, il-ħolqen ta’ 800 impjieg, il-ħolqien ta’ niċċa ta’ turizmu sportiv, l-akkomodazjoni ta’ madwar 40 dixxiplina sportiva,
House of Sports
, Ċentru ta’ Xjenza Sportiva, Kulleġġ Sportiv u Park tal-Familja fuq l-art fl-inħawi magħrufa bħala tal-White Rocks.
Il-promoturi qed jaċċettaw li apparti l-użu tal-art il-Gvern ma’ joħroġx fondi nazzjonali biex jibni u jopera l-faċilitajiet filwaqt li l-faċilitajiet sportivi u l-park tal-familja jkunu propjeta tal-Gvern sa mill-ewwel ġurnata.
Dan kollu jagħmel din il-proposta attraenti biżżejjed biex il-Gvern jidħol f’negozjati dwarha biex jorqom aktar id-dettal meħtieġ. Il-ftehim finali se jkun suġġett għall-iskrutinju u l-approvazzjoni tal-Parlament hekk kif jintemmu n-negozjati.
kwestjoni fuq kuntrattur li ħażen l-iskart tossiku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17233, 17011 u 16580 u jgħid x’qed jistenna l-gvern wara li ilu xhur sħaħ li ntebaħ li kuntrattur ewlieni ħażen l-iskart tossiku f'barriera għal tul ta’ snin u uża dan il-materjal biex jagħmel il-konkrit minnu mingħajr ma kellu l-liċenzji meħtieġa? X’inhi l-istrateġija tal-gvern dwar hazardous waste disposal għall-preżent u għall-ġejjieni u meta mistennija tkun kompletament operattiva? Fir-rigward tal-każ imsemmi, billi l-kuntratt mal-kuntrattur involut kien ġie terminat, x’arranġamenti hemm u ma' min kienu saru biex jiġi esportat l-iskart konċernat? Min se jagħmel tajjeb għall-fatt li b’konsegwenza ta' dan kellhom jintfew il-preciptators (filters) fil-Marsa Power Station u għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha qed tinvestiga u tiżen l-għażliet legali li għandha quddiemha? Ma jidhirlux il-gvern li dwar issues vitali u sensittivi bħall-iskart tossiku għandu jieħu azzjoni immedjata b’id soda ħalli juri li mhuwiex lest li jaċċetta kompromessi li jistgħu jpoġġu fil-mira s-saħħa ambjentali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-immaniġjar ta’ skart perikoluż (hazardous waste) huwa ggwidat mill-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart. Nixtieq nirrimarka li mhux kull skart perikoluż huwa skart tossiku u għalhekk wieħed irid joqgħod attent li ma jekwiparax iż-żewġ tipi ta’ skart.
Ninsab infurmat li bħalissa WasteServ Malta Ltd. tuża’ siti varji għall-immaniġġjar ta’ dan l-iskart. Dak li jiġi ġġenerat ġewwa d-djar jiġi miġbur ġewwa l-ħames
Civic Amenity Sites
mifruxin madwar Malta u Għawdex. Imbagħad l-iskart miġbur jittieħed għal siti oħra tal-kumpanija. Ġewwa l-Marsa, il-WasteServ Malta Ltd. għandha faċilità fejn jiġi miġbur tip ta’
hazardous waste
ieħor li jkun prodott b’kwantitajiet akbar. Eżempji ta’ dawn huma apparat elettroniku u batteriji, inkluż dak li jintużaw ġewwa l-vetturi jew f’apparat kummerċjali/industrijali. Dan l-iskart jiġi miżmum ġo din il-faċilità sakemm il-kwantità tkun tali li tista’ tiġi esportata għal trattament barra minn xtutna jew eventwalment anke trattament ġewwa faċilitajiet lokali li se jkunu jistgħu joffru servizz ta’ trattament minn xi ftit xhur ’l hawn.
Fl-inċinteratur tal-Marsa, il-WasteServ Malta Ltd. għandha l-faċilità li titratta tipi varji ta’
hazardous waste
ieħor inklużi mediċini, ippakjar ikkontaminat, żebgħa u anke xi tipi ta’
sludges
.
Fil-futur, WasteServ Malta Ltd. għandha pjanijiet li tiżviluppa faċilità ċentrali għal ħażna u l-itrattar ta’
hazardous waste
ġewwa l-Magħtab Waste Management Complex. Anke hawn, il-pjanijiet huma li parti mill-iskart li jiġi miżmum ġewwa l-faċilità sakemm il-kwantità tkun biżżejjed biex dan jiġi trattat ġewwa faċilitajiet kemm lokali u kemm barra minn xtutna. WasteServ Malta Ltd. għandha applikazzjoni pendenti queddiem il-MEPA għal din il-faċilità.
Jiena nfurmat li meta ntfew il-
precipitators
fil-Power Station tal-Marsa ma kienx hemm ksur tal-liġi in vista tal-artikolu 4 tal-
Large Plant Combustion Directive (2001/80/EC)
jistipola li impjanti li kienu joperaw qabel Lulju 1987 setgħu jagħżlu li jkunu eżenti mill-obbligi tad-Direttiva jekk jidħlu għall-inkarigu li ma joperawx dan l-impjant għal aktar minn 20,000 siegħa bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2015. L-Enemalta għażlet li l-
power station
tal-Marsa tieħu din id-deroga.
Ninsab infurmat li dawn il-livelli ta’ emissjonijiet stipulati mill-Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC)
permit
għal dan l-impjant qed ikunu osservati minn meta ħareġ u sar vinkolanti.
Għar-rigward tal-immaniġġjar tal-
flyash
, ninsab infurmat li qed ikkunsidrat x’passi jistgħu jittieħdu skont il-liġi dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17297 u jikkonferma li sal-lum hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta? Liema hi? Kemm ilha fis-seħħ din il-liċenzja? Hemm xi applikazzjonijiet oħrajn pendenti? Ta' min huma? Meta intefgħu? Hemm xi applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Jekk iva, liema huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa (għas-sena 2010) hemm kumpanija waħda biss li hija awtorizzata u liċenzjata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex topera skema ta' ġbir u riċiklaġġ tal-iskart f'Malta u din hija Green Dot Malta Ltd. Din l-iskema ila topera mis-sena 2006 u l-permess attwali għas-sena 2010 ilu fis-seħħ minn Jannar ta’ din is-sena.
Hemm ukoll applikazzjoni pendenti tal-Green MT Ltd. li f’Marzu 2010 talbu biex iġeddu l-permess tagħhom, li permezz tiegħu kienu qegħdin joperaw fl-2009.
Il-Green Skip Services Ltd. liema applikazzjoni intefgħat f’Marzu ta’ l-2006 u Enviroserve Ltd. li intefgħat f’Mejju 2007 huma applikazzjonijiet oħrajn pendenti.
Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ġiet rifjutata.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18769.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18122 u jgħid għaliex u meta l-gvern iddeċieda li jabbanduna l-Elecricity Generation Plan 2006-2015 li kien ibbażat fuq in-natural gas bħala t-triq ‘il quddiem u fuq liema livell ittieħdet id-deċiżjoni strateġika li jsir dan il-u-turn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18769.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saret l-Integrated Pollution Prevention and Control ( IPPC) fuq il-power station antika ta' Delimara? X’passi ttieħdu biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet, standards u kriterji kollha kienu qed jiġu osservati l-ħin kollu? Kemm-il audit sar dwar dan u meta saru, kif jitlob il-process tal-IPPC innifsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permezz tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control) tal-power station eżistenti ta' Delimara nħareġ f'Marzu 2010. L-ewwel audit dettaljat fuq dan l-impjant huwa skedat għal iktar tard din is-sena. Il-MEPA filfatt diġà ħarġet sejħa għall-tenders għall-enġiniera kwalifikati biex fost l-oħrajn ikunu jistgħu jagħtu assistenza teknika waqt dan l-audit. Barra minn hekk, fi Frar 2010 saret spezzjoni ffukata fuq aspetti tad-Direttiva tas-Seveso, waqt li spezzjonijiet oħrajn huma skedati skond risk-based assessment li ssir mill-MEPA. L-operatur huwa marbut li josserva l-kundizzjonijiet, standards u kriterji kollha li hemm fil-permess il-ħin kollu, li jirrapporta kwalunkwe devjazzjoni u li jissottomessi rapporti tal-emissjonijiet regolarment. Barra minn hekk, jekk jiġi nnutat xi devjazzjoni mill-permess (inkluż devjazzjonijiet rappurtati mill-pubbliku), il-MEPA torganizza spezzjonijiet addizzjonali biex jiġi nvestigat il-każ.
Kummissjoni Ewropeja u Libja — workshop fuq ġlieda kontra l-kriminalità organizzata
Question
Billi ġie rrapurtat li fil-21 ta' Ġunju 2010, il-Libja u l-Kummissjoni Ewropea għamlu workshop bejniethom dwar il-ġlieda kontra il-kriminalità organizzata, li għaliha attendew diversi esperti minn għadd ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea fejn ġew diskussi fost affarijiet oħra t-transational crime, border issues, drug and human trafficking fi Tripli, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk Malta kenitx rappreżentata f’din il-laqgħa, u jekk iva min kien preżenti min-naħa Maltija, fosthom min kienu l-esperti Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi skont rapport li deher fil-media, esperti mill-Greċja, il-Ġermanja, il-Litwanja u mill-Kummissjoni Ewropea kienu fost il-parteċipanti tal-workshop li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jindika fiex waslet it-tieni komunikazzjoni ta’ pajjiżna dwar UNFCCC li kienet qed tiġi ko-ordinata mill-individwu li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kontenut tat-tieni komunikazzjoni ta’ pajjiżna dwar UNFCCC ġiet finalizzata ġimgħat ilu iżda kien hemm xi problema biex din titlesta in printed format kif inhi rikjesta li tkun komunikata. Din se tkun komunikata fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf l-approving body dwar l-eko kontribuzzjonijiet? Minn min huwa kompost? Kemm-il darba iltaqa' s’issa? X’kien l-eżitu tal-laqgħat li saru s’issa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi skont Avviż Legali 84/2010 l-approving body dwar l-eko kontribuzzjoni jaqa' taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru responsabbli mill-politika dwar l-immaniġjar tal-iskart u għaldaqstant nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18600, 18926, 17807 u 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament m’għadhiex isservi fil-kumitat imsemmi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18599 u 18295 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport intern dwar il-VAT fid-dawl tal-abbużi li kien hemm dan l-aħħar?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18575 u 18171 u jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skont mistoqsija parlamentari 17703?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-retainer fees huma ċċarġjati lill-ċerta ażjendi parastatali għal xogħol ta’ natura finanzjarja, maneġerjali, human resources, u information technology li jingħata mill-MIMCOL matul is-sena lil dawn ażjendi parastatali. Dawn huma approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Rapport tal-awditur ġenerali dwar renewable energy
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18571 u 18154 u cioe: Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18453 li orġinarjament saret lill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta nbdew u intemmu l-istudji fuq il-fattibbilità tal-interlink cable bejn Malta u Sqallija? Minn min saru u kif intgħażlu d-ditti ta’ konsulenza involuti? Kemm tħallsu tagħhom? Liema kienu u/jew kienet il-kumpanija/i involuti fix-xogħol ta' tħejjija għat-tender tal-interlink cable ma' Sqallija? Min kienu l-individwi u/jew kumpaniji involuti fix-short listing tal-preferred bidders? Meta mistennija tingħalaq id-data għas-sottomissjoni għat-tenders għal dan il-link? Ix-xogħol ta’ evalwazzjoni u aġġudikazzjoni tat-tenders minn min se jsir? F’liema stadju, kif u kemm se jkun imdaħħal id-dipartiment tal-kuntratti f’dan il-proċess kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enemalta u Terna bħala l-operaturi tad-Distribuzzjoni u Transmissjoni f’Malta u l-Italja rispettivament, għamlu ‘joint feasibility study’ bejn 2008 u 2009. L-ispejjeż ta’ dan l-istudju kien maqsum bejn Enemalta u Terna skont il-kontribuzzjoni ta’ kull operator u ammonta għal madwar €260,000. It-tender għal interconnector kien preparat minn Enemalta bl-informazzjoni mehud mil-istudju li kien sar flimkien ma’ Terna. Ix-shortlisting tal-bidders tal-‘Request for Proposals’ sar minn adjudication committee appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Id-data tal-għeluq tal-‘Invitation to Tender’ hija s-6 ta’ Lulju 2010 u l-evalwazzjoni u l-aġudikazzjoni se ssir minn kumitati appuntati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Id-Dipartiment tal-Kuntratti kien involut fil-proċess tat-tender mil-bidu.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-action plan li ħejja l-Gvern Malti dwar enerġija alternattiva u li kien obbligat li jressaq lill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem dan ix-xahar? Jista' jgħid dan l-action plan meta ġie finalizzat, meta ġie approvat mill-Kabinett u meta ġie mgħoddi lill-Kummissjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l –ewwel draft (preliminary document) tan-National Renewable Energy Action Plan (NREAP) kien sottomess lill-Kummissjoni Ewropea fi Frar li għadda u ilu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq il-website tal-Kummissjoni Ewropea minn dak iż-żmien http://ec.europa.eu/energy/renewables/transparency_platform/forecast_documents_en.htm u kif ukoll fuq il-websajt tal-MRA http://www.mrra.gov.mt/downloads.asp.
Id-dokument NREAP jinsab fi stadju avvanzat u bħalissa qed ikun finaliżżat qabel jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Id-dokument mistenni jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien qasir.
Meta jitlesta se jitpoġġa fuq il-websajt tal-Ministeru u ma jkolli ebda diffikultà li npoġġih ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Public Broadcasting Services għandhomx kodiċi ta' etika? Jekk jeżisti, meta kien l-aħħar li ġie emendat? Liema strutturi jeżistu biex jiġi żgurat li dan jiġi nfurzat? Tista' tqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk jeżisti, minn min inkiteb u meta nkiteb oriġinarjament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema kodiċi ta’ etika qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'jirrappreżentaw l-€436,540 bħala Project Management Services tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma minn IncoWest Ltd., skont mistoqsija parlamentari 17703? Kien hemm call for tenders dwar dan jew dan kien b'direct order? Kemm u liema ditti applikaw?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba l-interconnector tender ma' Sqallija se jiġi maqsum f’żewġ tenders, x’wassal għal dan l-isplitting? Jista' jindika jekk il-problemi ta’ likwidità ta’ flus kienux fost il-fatturi in kwestjoni?