Legislature:
Category:
Reset
Active:

Policy for energy — Sicilian interconnector

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18766, 18450 u 18109 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuti lilu u ċioe: Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2 x 100MW cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2 x 200MW, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18766.
Leg 11 PQ #19059 Sitting 254 2010-07-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18767, 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MEPA kienet infurmata minn perit b'xogħolijiet fl-inħawi ta' Ħal Dragu fil-Bidnija permezz ta' e-mail fit-28 ta' Mejju. Il-perit ġie nfurmat mill-Enforcement Manager illi fil-fatt l-Enforcement Officer tad-distrett kien diġà innota x-xogħolijiet u waqqafhom ġurnata qabel, jiġifieri fis-27 ta' Mejju. Saru spezzjonijiet oħra wara mill-MEPA u fil-fatt irriżulta li x-xogħolijiet ma tkomplewx. Fil-frattemp inħareġ Enforcement Notice ECF 336/10 fuq il-każ. Dan hu ddatat 31 ta' Mejju u maħruġ fit-2 ta' Ġunju. Dejjem ikun hemm ftit ta' ġranet sakemm jinħareġ Enforcement Notice minħabba raġunijiet amministrattivi, sakemm jinbena l- file , jiġu plotted il-każijiet u eventwalment wara jkun hemm ftit ta' żmien sakemm id- data tiġi exported fuq il- website tal-MEPA u ftit wara imbagħad tkun tidher għall-pubbliku. Essenzjalment, l-importanti hu li x-xogħol illegali kien twaqqaf u baqa' wieqaf. Intant, ECF 336/10 fil-fatt kien muri fuq il- website tal-MEPA ftit wara.

Interconnector tender ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18734 u 18304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba l-interconnector tender ma' Sqallija se jiġi maqsum f’żewġ tenders, x’wassal għal dan l-isplitting? Jista' jindika jekk il-problemi ta’ likwidità ta’ flus kenux fost il-fatturi in kwestjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18734.

Renewable energy efficiency

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser jagħmel il-public perception survey dwar renewable energy effiiciency li l-Ministeru ħabbar f'dokument online dwar id-draft renewable action plan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-istudju li qed jirreferi għalih L-Onor Interpellant ser isir mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.

Photovoltiacs fl-MCAST — tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għalaq il-photovoltiacs tender tal-MCAST? Billi fl-information meeting intqal li d-delivery kellu jsir fi żmien 90 jum mill-award tat tender sabiex jintlaħqu ċerti deadlines tal-Unjoni Ewropea minħabba li dan huwa proġett part funded mill-Unjoni Ewropea nnifisha, kif jinkwadra dan it-time frame mal-fatt li bħalissa hemm nuqqas pjuttost serju ta' inverters fis-suq u ħafna inverter suppliers qegħdin jaċċettaw ordinjijiet biss kontra 100% tal-pagamenti kontra l-ordni? Jaħseb illi it-time frames ssuġġeriti huma raġjonevoli u jistgħu jintlaħqu? Kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet s’issa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 17807 u 17568 u jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.

Consumer Research Survey — estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija 26th frame għandha kuntratt ta’ marketing mal-Enemalta, u għaldaqstant, dak kollu li jaqa’ taħt marketing tieħu ħsiebu din il-kumpanija, inkluż il-consumer research survey. Minħabba l-fatt li din il-kumpanija għandha kuntratt mal-Enemalta, l-ebda kumpanija oħra ma ġiet ikkunsidrata. Dan il-kuntratt ingħata lil 26th frame wara li l-Korporazzjoni ħarget sejħa għal espressjonijiet ta’ interess li għaliha applikaw għaxar kumpaniji. Dwar l-ispejjeż tar-riklami nirreferi lill-Interpellant għar-risposti li ingħataw f’PQs 18132 u 16329.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb misotqsijiet parlamentari 18926, 17807 u 17568 u jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadux iservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.
Leg 11 PQ #18952 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Involviment ta' retailers fil-qasam tas-sistemi fotovoltajiċi

Question

Jista' l-Ministru jikkoferma li fl-investigazzjonijiet li qed tagħmel il-pulizija dwar allegat involviment ta' retailers fil-qasam tas-sistemi fotovoltajiċi residenzjali hemm ukoll allegat involviment ta' xi kunsilli lokali bħala ko-ordinaturi ta' dan l-abbuż, fosthom kunsill lokali partikolari Għawdxi? Jista' jikkonferma lill-Kamra dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet kif ukoll tar-rapporti li saru lill-pulizija kemm mill-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta kif ukoll minn-naħa ta' xi retailers oħrajn li ħassew li dan esponihom għal kompettizjoni inġusta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga rapporti li waslulha dwar allegati abbużi.

sistemi fotovoltajiċi — irregolarijiet fl-applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tistax tixħet ftit dawl fuq ir-rapporti dwar l-irregolaritajiet fl-applikazzjoni għal sistemi fotovoltajiċi residenzjali li issa qed jiġu rraportati li għaddew f’idejn il-pulizija? Jikkonferma li fost dawn l-abbużi kien hemm inflation tal-prezz attwali tas-sistemi importati biex l-applikanti jieħdu l-massimu tal-benefiċċju u/jew sussidju/grant involut? Billi għadu ma ġiex stabbilit meta se jiġu konklużi l-investigazzjonijiet tal-pulizija, jista' jikkonferma jekk hux minnu li t-tieni sejħa għall-applikazzjonijiet għas-sistemi fotovoltajiċi ġietx verament sospiża minħabba dawn l-allegati abbużi u meta mistennija tinfetaħ din l-iskema? Hemm xi riskju li jintilfu xi fondi Ewropej marbutin ma' din l-iskema? B’kollox l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta kemm irċeviet ilmenti dwar dan u jistax jassigura lill-Kamra li kull ilment speċifiku anke fejn seta' kien hemm fin-nofs rwol intermedjarju ta' xi kunsill jew kunsilli lokali ġewx mgħoddija lill-pulizija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Billi l-każ bħalissa qed ikun investigat mill-Pulizija, f’dan l-istadju ma jistgħux jingħataw aktar dettalji. Madankollu irrid nassigura lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju ma jeżisti l-ebda riskju li jintilfu xi fondi tal-Unjoni Ewropeja relatati ma din l-iskema. Fir-rigward ta’ meta tkun tista tinħareġ skema ġdida, bħalissa qed isiru tħejjijiet biex jiġu aġġornati l-kriterji ta’kwalifikazzjoni bl-iskop li l-iskema l-ġdida tiġi mnehdija mingħajr dewmien.

żvilupp tal-White Rocks — development brief

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-development brief oriġinali dwar l-iżvilupp tal-White Rocks u tgħid jekk minn dak iż-żmien 'l hawn ġiex emendat u jekk iva, meta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

estensjoni tal-power station ta’ Delimara — bini ta' shipping terminal

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern qed jiffinalizza pjani biex jibni shipping terminal bħala parti mill-estensjoni tal-power station ta’ Delimara, biex skart perikoluż li se joħroġ mill-magni tal-impjant ikkuntrattjat tramite BWSC jiġi esportat bil-baħar minn Marsaxlokk? Jekk iva, meta mistenni jinħareġ it- tender ħalli jinbena dan il-moll mal- power station ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Enemalta preżentament m’għandha l-ebda pjanijiet biex tibni ‘shipping terminal’ Delimara.
Leg 11 PQ #18993 Sitting 253 2010-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

tourism intensity figures

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti t-tourism intensity figures applikati għal pajjiżna, r-ratio stabbilita bejn l-għadd ta’ tourist related beds għal kull resident tal-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, liema figuri pajjiżi oħrajn jippublikaw regolarment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-Tourism Intensity Figure għal pajjiż jew destinazzjoni jiġi kkalkulat billi wieħed jiddividi n-numru ta’ ljieli li jqattgħu t-turisti fuq il-popolazzjoni lokali. Fil-każ ta’ Malta, fl-2008 skont ċifri ppublikati mill- Eurostat u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, f’Mejju ta’ din is-sena, Malta rreġistrat Tourism Intensity Figures ta’ 19,297.

consumer research survey — estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18711 u 18308 u jikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-komunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, televiżjoni eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18308.

Interconnector tender ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18304 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba l-interconnector tender ma' Sqallija se jiġi maqsum f’żewġ tenders, x’wassal għal dan l-isplitting? Jista' jindika jekk il-problemi ta’ likwidità ta’ flus kienux fost il-fatturi in kwestjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tender għall-ewwel cable tal-interconnector bejn Malta u Sqallija ma ġietx maqsuma f’żewġ tenders.

Policy for energy — Sicilian interconnector

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18450 u 18109 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjon u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u ċioe: Filwaqt li fil-policy for energy meta tkellem dwar is-Sicilian interconnector il-gvern kien stqarr permezz tal-Awtorità tar-Riżorsi ta’ Malta li kien qed jaħseb dwar 2x 100mw cable u f’rapporti riċenti ssemmew 2x200mws, jista’ l-Ministru jgħid liema hi l-verżjoni korretta, meta nbidlet u għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-feasibility study li sar bejn Enemalta u Terna kien determinat li s-size tal-interconnector huwa 2x200MW. Ġiet ippubblikata tender għall-ewwel cable ta’ 200MW u se tgħalaq fis-6 ta’ Lulju 2010.
Leg 11 PQ #18859 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dumping illegali f'Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18578 u 18126 u ċioe: B’referenza għall–mistoqsija parlamentari 17643, billi huwa mifhum li f’Għawdex hemm livell ferm ogħla proporzjonalment ta’ enforcement notices li ma ġewx attwati, jista’ jgħid x’sar mill-enforcement notices dwar l-allegati msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa maħruġa mill-MEPA datata 5 ta’ Lulju 2010 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra u li fiha l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #18860 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA dwar l-Għallis

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesments dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #18861 Sitting 252 2010-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kontroll fuq ħinijiet ta' kostruzzjoni

Question

Minħabba li x-xogħol ta' kostruzzjoni f'ħin bikri joħloq inkonvenjent u noise pollution għan-nies f'żoni residenzjali, jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar kontroll fuq il-ħin li fih jista' jsir dan ix-xogħol filgħodu? X'inhuma l-ħinijiet permessi mil-liġi bħalissa u kif jistgħu jiġu mtejba?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17181.

Enemalta — Sejħa għal tenders għal Health and Safety Consultancy Services

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija mal-mistoqsija parlamentari 17703, jista' l-Ministru jgħid kienx hemm sejħa għal tendersgħal Health and Safety Consultancy Services mal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sejħa għal Health, Security and Safety Consultancy Services se toħroġ fil-ġranet li ġejjin.