Legislature:
Category:
Reset
Active:

Public Broadcasting Services — kodiċi ta' etika

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 18821 fejn l-Ministru talbitni nispeċifika għal liema kodiċi ta’ etika ta’ Public Broadcasting Services, kont qiegħed nirreferi fil-mistoqsija tiegħi, jfissirx dan li hemm aktar minn kodiċi ta’ etika wieħed li jezisti fi ħdan il-Public Broadcasting Services jew inkella li ma jeżisti l-ebda wieħed? Tista' għaldaqstant tinforma lill-Kamra kemm-il kodiċi ta’ etika għandha l-Public Broadcasting Services u tagħti lill-Kamra lista u kopji tagħhom u jekk sadanittant, min-naħa l-oħra jirriżulta li m'għandha ebda kodiċi ta’ etika, jgħidilna dan ċar u tond? Kemm-il darba jeżisti kodiċi ta’ etika għall-Public Broadcasting Services jew aktar minn wieħed tista' tgħid min huwa responsabbli għall-ħarsien sħiħ tiegħu/tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kodiċi ta’ Etika li għandha l-PBS huma: Kodiċi ta’ Etikà għall–Ġurnalisti tal-PBS; u l- Kodiċi ta’ Etikà Dwar Programmi, Sponsorships u Reklamar. Il-persuni responsabbli huma iċ-Chief Executive Officer u l-Manaġer konċernat. Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kodiċi ta’ Etikà hawn fuq imsemmija.

Interlink cable bejn Malta u Sqallija — invitation to tender

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema kumpaniji u/jew consortia u minn min komposti wieġbu għall-invitation to tender dwar l-interlink cable ma' Sqallija li għalqet nhar is-6.7.10, wara li kien sar short listing tal-bidders tar-request for proposals minn adjudication committee appuntat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kien hemm offerta waħda mitfugħa mingħand ABB Malta – Sicily Consortium. Id-dettalji dwar minn min hu kompost il-consortium ma jistgħux jiġu ippublikati minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalita kif jitolbu r-regolamenti dwar xiri publiku.
Leg 11 PQ #19209 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bulebel — Industrial Estate - fabbrika li tarmi wisq duħħan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra x’passi qed jittieħdu dwar fabbrika partikulari li ilha żmien twil tarmi duħħan inkluż duħħan iswed fl-industrial estate ta’ Bulebel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għandha bżonn iktar dettalji tal-fabbrika msemmija biex tkun tista’ twieġeb aħjar din il-mistoqsija.
Leg 11 PQ #19221 Sitting 256 2010-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Approving Body dwar l-eko kontibuzzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18830 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta twaqqaf l-approving body dwar l-eko kontribuzzjonijiet? Minn min huwa kompost? Kemm-il darba iltaqa' s’issa? X’kien l-eżitu tal-laqgħat li saru s’issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korp ta’ Approvazzjoni (Approving Body) twaqqaf fit-3 ta’ Mejju, 2010. Huwa compost mis-Sur Peter Portelli bħala rappreżentat tal-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA),Mis-Sur Christopher Ciantar bħala rappreżentat tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u mis-Sur Ian Azzopardi bħala rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi,tal- Ekonomija u l-Investiment. Min mindu twaqqaf, il-Korp ta’ Approvazzjoni lltaqa’ tnax il- darba. Matul dawn il-laqgħat, il-Korp ta’ Approvazzjoni ddiskutal-proċeduri ta’ kif il-Produtturi għandhom japplikaw sabiex jiġu eżentati mill-ħlas ta’ eko-kontribuzzjoni, iltaqa’ ma’ stakeholders li għandhom interess f’din il-proċedura, ifformula u approva li tinħareġ l- Applikazzjoni għall- Produtturi u d-Dikjarazzjoni għall-iskemi.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux iservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif ukoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.

Korporazzjoni Enemalta — Retainer fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skont mistoqsija parlamentari 17703?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18770.

Renewable action plan

Question

B'referenza għad-dokument dwar renewable action plan, jista' l-Ministru jgħid liema hi l-kumpanija fil-wave energy li wriet interess f'pajjiżna mal-Malta Intelligent Energy Management Agency?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kumpanija Seabased wriet interess fil-wave energy.

Rapport ta' Lahmeyer International

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tas-sena li għaddiet ta' Lahmeyer International għall-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bid-data ta' Lulju 2009 dwar Energy Interconnection Malta-Europe?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

kampanja nazzjonali dwar energy efficiency and renewable energy

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser jikkordina l-kampanja nazzjonali dwar il-promozzjoni tal-energy efficiency and renewable energy li l-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali qal li ser tiġi mnedija għal dawn is-sentejn?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kampanja dwar il-promozzjoni tal-energy saving u enerġija li tiġġedded se tkun koordinata mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi.

Integrazzjoni ta' electrical renewable energy sources

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qed jagħmel l-istudji kkummissjonati mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali biex jinvestiga t-tħassib (concerns) relatati mal-integrazzjoni ta' electrical renewable energy sources kbar fil-grid nazzjonali ta' pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-istudji kkummissjonati mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali saru mill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta, li hi d-Distribution System Operator tal-enerġija, u l-konsulenti Mott MacDonald.
Leg 11 PQ #19140 Sitting 255 2010-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Oil spill fil-baħar mediterran

Question

In vista ta' dak li ġara fil-Golf tal-Messiku u fid-dawl tal-fatt li l-istess kumpanija konċernata se tkun qed tesplora fil-Mediterran u in vista tal-fatt li dan se jkun qed isir qrib ix-xtajtijiet tagħna, tenut kont tal-fatt li l-Mediterran huwa major trading route u anki fid-dawl tal-fatt li oil spill f’baħar magħluq bħall-Mediterran jista' jkollu konsegwenzi diżastruzi, jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet immedjati u effettivi beħsiebu jieħu l-gvern kemm bħala kontinġenza kif ukoll f’fora internazzjonali sabiex jevita li l-baħar tal-Mediterran ma jgħaddix mill-esperjenzi tal-Gulf of Mexico?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Malta għandha l-Maritime Pollution Contingency Plan li għadu kemm ġie aġġornat permezz ta’ fondi mill-EEA Norwegian Grants Mechanism. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, Malta għandha wkoll aċċess għal għadd ta’ pollution response vessels li huma on stand by mal-European Maritime Safety Agency; tnejn minn dawn il-vapuri huma bbażati f’Malta. Fil-kuntest tal-Maritime Pollution Contingency Plan, Transport Malta, l-enti ko-ordinatur ta’ dan il-pjan ta’ kontinġenza, ser takkwista apparat (offshore booms u salvage pumps) biex itejjeb il-kapaċità ta’ pajjiżna f’każ ta’ inċident.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — price setting mechanism

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-price setting mechanism li tuża l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li permezz tagħha jistipulaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa qabel ma japprovaw xi żiediet fil-prezzijiet tal-gass għall-konsumaturi u stabbilimenti kummerċjali? X’inhuma l-kriterji stabbiliti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-price setting mechanism ilu fuq fuq il-websajt tal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi www.mra.org.mt mit-30 ta’Ġunju. F’ parti mid-dokument LPG/Propane Price Review. Summary of the review Process and main conclusions Annex 1 hemm il-kriterji stabbiliti, li huma l-legalità, sostenibbiltà u profitabbiltà, ebda diskriminazzjoni u trasparenza filwaqt li l-prinċipju hu ta’ full cost recovery. Għall-benefiċċju tal-Onor Interpellant qiegħed inpoġġi kopja fuq il-mejda tal-kamra.

ARMS Ltd — queues twal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi effettivi qed jittieħdu biex jkun hemm fast tracking tal-queues li qed jkun hemm ta' kuljum fl-aġenzija ARMS Ltd, b'inkonvenjent kbir għal dawn in-nies speċjalment meta jkunu persuni ta' ċertu età, bi bżonnijiet speċjali u problemi oħra ta' saħħa kif ukoll nies li jkunu ħadu leave apposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba ż-żieda fl-ammont ta' nies li qed jagħmlu kuntatt ma l-uffiċċju tal-Customer Care, ġie introdott servizz ta' fast lane biex tħaffef is-servizz għal ilmenti ta' natura sempliċi. B'dan il-mod, għal dawn il-konsumaturi m'hemmx għalfejn jistennew fil-queue. Domanda għal-servizzi oħra, bħal applikazzjonijiet, jistgħu jitħallew f'kaxxa apposta u dawn imbgħad jiġu pproċessati wara l-ħin ta l-għeluq. Dan isir mingħajr ma joqogħdu jistennew fil-queues ikkonċernati wkoll. F'kaz ta' persuni bi bżonnijiet speċjali, jew anzjani li jipposjedu l-karta anzjan, dawn jingħataw preċedenza. L-agenzija ARMS Ltd. tassigura li kull min jiġi qabel il-ħin ta' l-għeluq jieħu s-servizz mitlub.

Korporazzjoni Enemalta — adhoc committee - executive rapporteur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17568 u jikkonferma jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għadux jservi bħala executive rapporteur fuq l-ad hoc committee tal-Korporazzjoni Enemalta dwar nuqqasijiet strutturali fil-ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku kif wkoll dwar l-identifikar ta’ loading shedding problems bejn iż-żewġ power stations eżistenti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18857.

Renewable energy — konsum tal-elettriku mill-gvern

Question

Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18772.

Rapport tal-awditur ġenerali dwar renewable energy

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18154 u cioe: Fid-dawl tar-rapport tal-awdituri ġenerali dwar renewable energy, jista' jgħid x'kien it-total tal-konsum mill-gvern tal-elettriku konvenzjonali fis-snin 2007 sa 2009?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18772.

Korporazzjoni Enemalta — Retainer fees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18171 u jgħid x'kienu jirrappreżentaw ir-retainer fees tal-MIMCOL ta' €46,587 in konnessjoni ma' finance and management tal-Korporazzjoni Enemalta skond mistoqsija parlamentari 17703?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18770.

consumer research survey — estensjoni tal-power station

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18308 u ikkonferma li l-kumpanija 26th frame li kkordinat il-Consumer Research Survey dwar l-estensjoni tal-power station sabiex tistabbilixxi jekk kienx hemm bżonn aktar tagħrif pubbliku dwar l-arja nadifa jew le tal-estensjoni, kenitx l-istess kumpanija li spiċċat ikkordinat il-blitz ta’ riklami fil-ġurnali lokali f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm ġew ikkunsidrati kumpaniji tal-kommunikazzjoni oħrajn? Kemm spiċċaw ġew u/jew se jiġu jiswew b’kollox ir-riklami multi-media bħall-ġurnali, television eċċ. in konnessjoni ma' din l-estensjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18308.

power stations — insurance policies

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18574 dwar l-insurances tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru jgħid: a) kemm hu l- premium li jitħallas għal din il-polza; b) kemm hu l-brokerage li jaqla' l-insurance broker fuq din il-polza; ċ) huwiex il-każ li jkun hemm tender kull tant żmien biex jiġi stabbilit jekk kundizzjonijiet aħjar jistgħux jiġu ottenuti kemm mingħand il-brokers kif ukoll mingħand l-underwriters? Dan fid-dawl tal-kompetizzjoni li teżisti fil-kamp tal-assigurazzjoni kif ukoll biex il-Korporazzjoni Enemalta tkun ċerta li l-aħjar prezzijiet u servizz qed jiġi ottenut?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi rigward l-ewwel u l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-informazzjoni hija ta’ natura sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija l-Korporazzjoni Enemalta m’għandhiex informazzjoni ta’ kemm jitħallsu l-insurance brokers fuq il-poloz kollha peress li l-Korporazzjoni tħallas premium għall-assigurazzjoni privata.

Msida — Princess Margaret Street - asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18765 u 18376 u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-gvern ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li din it-triq hija responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.