Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tiegħu li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Konsulenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tagħha li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tiegħu li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Mingħajr ma wieħed jidħol fil-merti tal-cost benefit tal-operat tal-linji low-cost lejn u minn pajjiżna, jista' l-Prim Ministru jagħti l-ammonti f’miljuni ta’ Euros li dawn ingħataw minn fondi pubbliċi biex iħaddmu rotot minn u lejn Malta, partikolarment:
a) it-total fuq bażi annwali mis-sena 2004 sal-lum u
b) it-total fuq bażi annwali mill-istess sena sal-lum għal kull linja tal-ajru
low cost
bħal Ryanair, Easy Jet eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u għalhekk ma jkunx opportun li ssir pubblika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'policies hemm in vigore fis-Servizz Pubbliku u fl-entitajiet parastatali dwar ilqugħ kontra sexual harassment? Kemm kien hemm każijiet bħal dawn li ġew rappurtati lill-awtoritajiet f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s-Servizz Pubbliku għandu policy dwar kif għandhom ikunu trattati allegazzjonijiet ta’ fastidju sesswali u l-proċeduri li għandhom jittieħdu f’dawn il-każijiet.Din il-policy tinstab fil-Public Service Management Code. Fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, f’dawn l-aħħar sentejn kien hemm allegazzjoni waħda ta’ fastidju sesswali li ġiet irraportata. Dan il-każ ma kienx ippruvat.
Għar-rigward is-settur pubbliku, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi liema huma dawk l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tieghi li għandhom
policy
dwar dan is-suġett. Fl-ebda waħda mill-entitajiet pubbbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma kien hemm xi rapport dwar xi allegazzjoni ta’ fastidju sesswali.
Għar rigward l-entitajiet pubbliċi l-oħrajn li jaqgħu taħt il-Ministeri l-oħra , nitlob lil Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri rispettivi.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru u Minisru għall-Affarijiet Barranin jgħid kemm hemm membri fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu (l-ismijiet mhumiex meħtieġa)? X’inhuma s-salarji u allowances li għandha kull persuna f’kull kariga u designation mill-Head of Secretariat sal-messenger/drivers?
Kemm hemm membri tal-istaff ministerjali li qegħdin b’kuntratt definit u li mhumiex civil servants jew public officers? Liema karigi jinsabu jokkupaw? Il-kuntratti tagħhom kull meta jiskadu? Jekk hemm, kemm hemm membri tal-istaff ministerjali tiegħu li jservu wkoll fuq boards li fihom hemm
rappreżentanza tal-Gvern Malti anke bħala minority shareholder? Liema huma dawn il-membri tal-istaff, x’karigi għandhom, fuq liema boards iservu u kemm jitħallsu ta’ dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-Segretarjat Privat għandi 21 uffiċjal kif muri fuq tabelli A u B li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-uffiċjali huma fuq kuntratt ta' sena mas-Segretarjat u s-salarji tagħhom huma skont kif muri fuq il-Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers' Secretariat, li kopja tiegħu kienet tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-4 ta' Ġunju 2008.
Ninforma ukoll li ebda uffiċjal fis-Segretarjat ma jservi fuq xi board indikati fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Staff
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fis-Segretarjat Ministerjali tiegħu (l-ismijiet mhumiex meħtieġa)? X’inhuma s-salarji u allowances li għandha kull persuna f’kull kariga u designation mill-Head of Secretariat sal-messenger/drivers?
Kemm hemm membri tal-istaff ministerjali li qegħdin b’kuntratt definit u li mhumiex civil servants jew public officers? Liema karigi jinsabu jokkupaw? Il-kuntratti tagħhom kull meta jiskadu? Jekk hemm, kemm hemm membri tal-istaff ministerjali tiegħu li jservu wkoll fuq boards li fihom hemm rappreżentanza tal-Gvern Malti anke bħala minority shareholder? Liema huma dawn il-membri tal-istaff, x’karigi għandhom, fuq liema boards iservu u kemm jitħallsu ta’ dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għad-dokument Employment of Staff in private Secretariat li kien tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nifhem li fit-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, l-Onor. Interpellant għadu qed isaqsi dwar membri tal-i
staff
tas-segretarjat tiegħi. Minn dawn, dawn li ġejjin huma b’kuntratt definit li jiskadi kull sena:
· Head of Secretariat
· Assistant Private Secretary
· Office Co Ordinator
· Communications Coordinator
· Security Driver
Minn dawn il-Head of Secretariat tiegħi iservi wkoll bħala:
· Deputy Chairman, Grand Harbour Regeneration Corporation
· Direttur, Malta Government Investment Co.Ltd
· Direttur, Smart City (Malta) Ltd
· Direttur, Smart City (Malta) Infrastructure Ltd
Għal dawn il-pożizzjonijiet il-Head of Secretariat ma jitħallas xejn.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Staff
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri fis-Segretarjat Ministerjali tagħha (l-ismijiet mhumiex meħtieġa)? X’inhuma s-salarji u allowances li għandha kull persuna f’kull kariga u designation mill-Head of Secretariat sal-messenger/drivers?
Kemm hemm membri tal-istaff ministerjali li qegħdin b’kuntratt definit u li mhumiex civil servants jew public officers? Liema karigi jinsabu jokkupaw? Il-kuntratti tagħhom kull meta jiskadu? Jekk hemm, kemm hemm membri tal-istaff ministerjali tagħha li jservu wkoll fuq boards li fihom hemm
rappreżentanza tal-Gvern Malti anke bħala minority shareholder? Liema huma dawn il-membri tal-istaff, x’karigi għandhom, fuq liema boards iservu u kemm jitħallsu ta’ dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-istudji tal-gvern dwar it-trab iswed fis-South ta’ Malta? Jista' jinvestiga ilmenti li wasluli minn residenti fi Vjal Kottoner, Fgura li f’dawn l-aħħar jiem reġa' kien hemm konċentrazzjoni ta’ trab iswed fl-inħawi tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà iddikjarat f’iktar minn tweġiba waħda għall-mistoqsijiet parlamentari fuq dan is-suġġett, bħalissa ma humiex qed isiru testijiet fuq it-trab l-iswed għaliex minn Awwissu tas-sena l-oħra ’l hawn ma kellniex rapporti li din il-problema reġgħet feġġet. Biex isiru testijiet irid ikollok is-sample ta’ trab iswed u fil-preżent il-MEPA m’għandhiex dan is-sample għaliex ma teżistix il-problema. Mhux prevvist li jsiru testijiet sakemm ma terġgħax tfeġġ il-problema.
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex jippreżenta kull informazzjoni li jista’ għandu lill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18860 u jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesment dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b’kollox ir-refurbishment tal-Head Office tal-Gozo Channel? Jista' jagħti breakdown tal-ispiza item, item? Kemm minn dawn ix-xogħlijiet ingħataw b’direct order? Lil min? Fuq deċizjoni ta’ min? Ir-regolamenti finanzjarji ġew osservati strettament il-ħin kollu? Min se jġorr ir-responsabbiltà amministrattiva għal dawn id-deċizjonijiet? F’każ ta’ direct orders liema kriterji intużaw biex ingħataw ix-xogħlijiet konċernati? Jirriżulta li kien hemm każijiet fejn minflok sempliċi refurbishment sar tibdil li seta' faċilment ġie evitat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-breakdown kollu tar-refurbishment ġewwa l-Head Office tal-Gozo Channel. Id-deċiżjoni sabiex jiġu rranġati tali uffiċini ttieħdet fil-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija peress li fil-preżent dawn huma l-uniċi uffiċini minn fejn qegħda topera l-administration ta’ l-istess kumpanija.
Sabiex isiru tali xogħlijiet inkisbu l-permessi neċessarji mill-MEPA, ittieħdu pariri ta’ diversi Arkitetti, kif ukoll saret evalwazzjoni u stima tax-xogħlijiet kollha li kellhom isiru sabiex tiġi assigurata l-istabilità tal-fond in kwistjoni. Tali xogħlijiet kienu kollha intiżi sabiex dik li qabel kienet tintuża bħala dar residenzjali setgħet tiġi konvertita f’uffiċini li jservu bħala Head Office tal-kumpanija Gozo Channel. Għaldaqstant ix-xogħlijiet li saru kienu kollha neċessarji.
Għal dak li huma r-regolamenti dwar
public procurement
, dawn ġew osservati strettament matul ix-xogħlijiet kollha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 18991 li saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja u issa qed tiġi riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-development brief oriġinali dwar l-iżvilupp tal-White Rocks u jgħid jekk minn dak iż-żmien 'l hawn ġiex emendat u jekk iva, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li id- Development Brie tal-White Rocks ġie approvat f’ Ottubru ta’ l-1995. Il-MEPA bħalissa qiegħda tirrevedi n-North Harbours Local Plan li bħala pjan jinkorpora fih iż-żona tal-White Rocks.
Id-
Development Brief
tal-1995 huwa aċċessibli fuq is-sit elettroniku tal- MEPA.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 19106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunukazzjoni u issa ġiet riferuta lilha, u tgħid meta għalaq il-photovoltiacs tender tal-MCAST? Billi fl-information meeting intqal li d-delivery kellu jsir fi żmien 90 jum mill-award tat tender sabiex jintlaħqu ċerti deadlines tal-Unjoni Ewropea minħabba li dan huwa proġett part funded mill-Unjoni Ewropea nnifisha, kif jinkwadra dan it-time frame mal-fatt li bħalissa hemm nuqqas pjuttost serju ta' inverters fis-suq u ħafna inverter suppliers qegħdin jaċċettaw ordinjijiet biss kontra 100% tal-pagamenti kontra l-ordni? Taħseb li it-time frames ssuġġeriti huma raġonevoli u jistgħu jintlaħqu? Kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet s’issa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proġett imsemmi huwa ffinanzjat mill-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea (Cohesion Policy 2007 – 2013 Operational Programme 1 – European Regional Development Fund). Il-proġett kien ġie ffirmat f’Ottubru tal-2008 u għandu skadenza ta’ ftit aktar minn sentejn u jrid jagħlaq sa l-aħħar ta’ Diċembru 2010.
It-tender kien ħareġ f’Settembru 2009 u ma kien hemm l-ebda offerta konformi ma’ l-ispeċifiċi tat-tender u għalhekk it-tender kellu jerġa' jinħareġ. Il-limitu ta’ 90 ġurnata joħroġ mill-fatt li l-proġett jagħlaq fl-aħħar ta’ Dicembru 2010. Dan id-deadline huwa wieħed li jista jintlaħaq, skont l-awtoritajiet tal-MCAST. Fil-fatt kien hemm 10 offerti u li l-evalwazzjoni tagħhom saret u kien hemm offerti li huma teknikament compliant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19057, 18765 u 18376 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġew riferuti lilu, u jikkonferma jekk l-asfaltar ta' Princess Margaret Street, Msida/Ta' Xbiex huwiex se jsir mill-gvern ċentrali u jekk iva, meta mistenni jinbeda u jitlesta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Imsida applika biex jagħti wiċċ ġdid lit-triq imsemmija taħt l-iskema tal-Public Private Partnership għat-Toroq, offruta mill-Gvern Ċentrali permezz tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali. Hu ppjanat li x-xogħol fuq din it-triq jinbeda mill-Kunsill Lokali tal-Imsida fis-sena 2011.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5205 u jgħid kemm għamlet xogħlijiet ta' konsulenza l-kumpannija ADI mis-sena 2005 'il quddiem għad-dipartimenti, entitatjiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu? Liema kienu? Kemm tħallsu? Kemm u liema minnhom kienu b'direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi skond stqarrijiet li dehru fl-istampa l-Kunsill Lokali tal-Gżira m'għandu x’jaqsam xejn ma' dan u d-deċiżjoni taqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’wassal lill-Awtorità dwar it-Trasport biex fil-ħinijiet ta’ tard bil-lejl toħloq perikli kbar għas-sewwieqa billi qed titfi regolarment it-traffic lights li hemm bejn Sliema Road u Rue D’Argens, il-Gżira?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija traffic lights mhux qed jintfew iżda qed jinqelbu fuq l-oranġjo bejn il-11.30pm u l-5.00am. Din hija miżura temporanja li ġiet implimentata għal raġunijiet ta’ sigurtà fit-triq fl-isfond ta’ numru ta’ lmenti dwar ċertu sewwieqa li kienu jibqgħu ħergin fuq l-aħmar tard bil-lejl meta jkun hemm ftit karrozzi fit-triq. L-użu tad-dwal orangjo jteptep huwa regolat bil-Legislazzjoni Sussidjarja 65.11 fejn tistipola li tali dwal jindikaw li is-sewwieqa għandhom isuqu bil-galbu u b’attenzjoni minħabba salib it-toroq jew pedestrian crossing. Bħalissa l-Awtorità Dwar it-Trasport qed tistudja soluzzjoni aktar permamenti għal dan is-salib it-toroq sabiex tiġi ndirizzata l-problema li sewwieqa jibqgħu ħierġin fuq l-aħmar.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Internal audits f'awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ dawk l-awtoritajiet, korporazzjonijiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li:
a) għandhom
internal auditor
?
b) li għad m'għandhomx
internal auditor
?
ċ) f'każ ta' dawk li għandhom
internal auditor
jgħid kemm ilu li nħatar u min huwa?
d) filwaqt li jagħti raġuni għaliex m'hemmx
internal auditor
f’dawk l-entitajiet li s’issa għad m'għandhomx wieħed, jindika ukoll meta dan il-vojt mistenni jimtela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-ittra tal-Kunsill Lokali ta’ Pembroke dwar l-approvazzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi stallat dawl ġdid fi Triq San Ġorg Preca, kif ukoll ir-referenza 46/0794/06/1 datata 9 ta' Frar 2006 fejn irriżulta li wara li l-kunsill ħa ħsieb li ssir l-istallazzjoni kollha meħtieġa, issa rriżulta li l-applikazzjoni ilha għal għadd ta’ xhur għand il-korporazzjoni sabiex tiġi proċessata, jista' l-Ministru jinvestiga x’wassal għal dan id-dewmien kollu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara li l-imjegati tal-Enemalta marru fuq il-post biex jikkumnikaw il-lampi, rriżulta li kien hemm bżonn ta’ xi modifiki żgħar għax-xogħol li sar mill-kuntrattur tal-kunsill. Il-kunisll ġie nfurmat u kif isiru dawn il-modifiki mill-kuntrattur tal-kunsill, il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tingħata minnufih.
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18771, 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid :
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?