rapport dwar l-addattazzjoni għat-tibdil tal-kliema
Question
Billi r-rapport tal-Working Group immexxi mill-persuna, li d-dettlaji dwarha qed jingħataw separatament, dwar l-addattazzjoni għat-tibdil tal-klima kellu jkun lest fir-rebbiegħa li għaddiet, u aktar tard fil-bidu tas-sajf ingħata x'nifhmu li kien wasal biex jiġi finalizzat, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport? Kemm-il darba ltaqa' dan l-istess kumitat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Istrategija Nazzjonali ta’ addattament għat-tibdil fil-klima waslet biex tigi ffinalizzata u mistennija li tkun pubblikata fil-ġranet li ġejjin.
Il-Kumitat iltaqa erbgħa darbiet però iċ-
chairman
tal-Kumitat iltaqa' mal-membri individwali diversi drabi b’mod informali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19456 u jgħid kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenPak fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenMT fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Għal liema perjodu ta’ żmien il-kumpanija GreenMT ma kenitx koperta minn liċenzja f’dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-ewwel permess li inħareg lil-kumpanija GreenPak fil-qasam tal- waste packaging kien fis-7 ta Ottubru 2005. Dan il permess gie mġedded fil-21 ta' Dicembru 2006, fil-21 ta' Dicembru 2007, fi 17 ta' Diċembru 2008 u fi 17 ta' Diċembru 2009. Kull permess huwa validu sal-31 ta' Dicembru (l-aħħar tas-sena).
L-ewwel permess li inħareġ lil-kumpanija GreenMT fil-qasam tal- waste packaging kien fl-1 ta' April 2009 u kien validu sa l-aħħar tas sena . Il-permess kurrenti nħareg fil-25ta Ġunju 2010.
Il-kumpanija GreenMT ma kienetx koperta bejn l-ewwel ta' Jannar 2010 u 24 ta' Ġunju 2010.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-company secretaries tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-company secretary tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta huwa l-istess persuna, Dr. Noel Buttigieg Scicluna.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Konsulenti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19396, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-konsulenti indikati?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-ismijiet tal-konsulenti jidhru fit-tabella li tidher hawn taħt:
Isem tal-Konsulent/a
Xogħol ta’ Konsulenza
Salarju
Kif impjegat
Carmelo Abela
Adviser - Agriculture & Fisheries
25654
Full-time
Andrea Roberto Balbo
Adviser - Food Health and Veterinary Enforcement
25654
Full-time
Peter Calleja
Adviser – Appraising project proposals and programmes for maintenance works
22211
Full-time
Joseph Degiorgio
Adviser – EU Affairs
16034
25 siegħa fil-ġimgħa
Leyla Knittweis
Adviser – Malta Centre for Fisheries Sciences
22800
Full-time
Romwald Lungaro Mifsud
Adviser – Rehabilitation Projects
25654
Full-time
Karl Vella
Legal Adviser – On various issues related to the environment particularly on emission reduction legislation, etc.
25654
Full-time
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19246 u 18860 u jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesment dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali legali ta’ Arms Ltd li qegħhdin joħorġu l-letters of warning? Dawn kienu jitħallsu? Qegħdin formalment fuq il-payroll tal-kumpanija? Min huwa l-company secretary ta’ Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huwa r-regolatur responsabbli għall-Arms Ltd? Jista' jgħid jekk sarux xi rapporti min-naħa tiegħu dwar l-operat ta' din l-ażjenda kemm ilha li twaqqfet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ġie mħejji minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Resources Authority hija r-regolatur tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-Korporazzjoni Enemalta, għalhekk sussidjarji li jagħmlu xogħol relatat ma’ funzjonijiet regolati minnha jaqgħu taħtha ukoll.
Rigward l-mistoqsijiet l-oħra ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19395 u jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tiegħu li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar kif tqassmu l-finanzi li l-gvern jagħti lill-Public Broadcasting Services taħt il-PSO u EPSO kif sar drabi oħra? Tista' tagħti l-informazzjoni dwar liema programmi bbenefikaw, peress li dawn huma flus il-poplu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob l-Onor. Interpellant jindika għal-liema sena qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għax persuna anzjana tinsab tgħix ma' wieħed minn uliedha u ħadet €16 energy benefit, il-familja nnifisha ġew mċaħħdin mill-one time payment subsidy ta' €150 kif imniżżel fil-Budget 2009?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, dan il-kumpens ingħata lil dawk il-familji kollha li ma kkunsmawx aktar minn 10,000 unit ta’ elettriku f’sena u li ma jirċevux il-benefiċċju tal-enerġija. B’dan il-mod, il-gvern qiegħed jgħin lil 97% tal-familji Maltin u Għawdxin.
Għandu jkun iċċarat ukoll li:
a) li l-
energy benefit
ma jintbagħatx dabra biss u għalhekk possibbilment li din il-persuna tirċievi ammont ogħla matul is-sena.
b) Din l-
allowance
ma kinitx rata fissa ta’ €150.
Dan l-allowance ngħatat skont id-daqs tal-familja. Kull familja ngħatat €30 u magħha żdiedu €25 għal kull persuna li hemm fid-dar.
Din fissret għajnuna ta’ €11-il miljun.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq titjib fl-infrastruttura tal-Pitkalija? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol ? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20323.
Biċċerija Ċentrali tal-Marsa — tibdil taċ-chillers
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq tibdil taċ-chillers li jintużaw fil-biċċerija ċentrali tal-Marsa? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa maħsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20325.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq l-ewwel fażi tal-irranġar ta’ breakwater f’Marsaxlokk? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol ? Jista' jgħid meta huwa mahsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20322.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-ewwel disa' xhur ta’ din is-sena fuq il-bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa? X’kienet l-ispiża fuq dan ix-xogħol? Jista' jgħid meta huwa mahsub li jintemm dan ix-xogħol ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20324.
Familji li bbenefikaw minn għajnuna tas-solar water heaters
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ familji li matul l-ewwel disa' ta’ din is-sena bbenefikaw mill-iskema imħabbra fl-aħħar budget li kellha toffri għajnuna fuq solar water heaters ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li taħt l-iskema mħabbra fil-budget għas-sena 2010, l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi ħarġet 216 grant letters lil dawk l-applikanti li ssodisfaw il-kriterji kollha mitluba fl-iskema.
Familji li benefikaw minn għajnuna fuq sistemi fotovoltajċi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ familji li matul l-ewwel disa' ta’ din is-sena bbenefikaw mill-iskema imħabbra fl-aħħar budget li kellha toffri għajnuna fuq sistemi fotovoltajċi ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-aħħar skema li ħarġet f’Lulju ta’ din is-sena kien hemm 2087 applikazzjoni u issa bdew jinħarġu l-grant offers. Dawn għandhom sa massimu ta’ sitt xhur ċans biex iwaħħlu l-pannelli u jibbenefikaw mill-iskema. Kien hemm ukoll 32 familja li gawdew minn grant fuq ix-xiri ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi minn skema oħra li ħarġet iktar kmieni din is-sena u li diġà waħħlu l-pannelli.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5605 li oriġinarjment saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess azjendi li jipproduċuh?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA qiegħda taħdem fuq pjan sabiex l-operat kollu li hu ta’ riskju ambjentali jkollu permess ambjentali. Dan ikun jippermetti li l-ġbir ta’ statistika jkun possibli b’mod aktar sistematiku.
Jista' l-Ministru jgħid jekk illum pajjiżna hux qed jitratta d-drenaġġ kollu ġġenerat qabel jintefa' l-baħar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-drenaġġ se jiġi ttrattat kollu qabel ma jintefa' l-baħar, kif jibda jopera l-impjant li qed jinbena Ta’ Barkat, limiti tax-Xgħajra. Dan l-impjant qed jiġi iffinalizzat u se jibda jopera fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid xi spiża intnefqet b'mod separat f'xogħlijiet fuq kull waħda minn dawn it-toroq matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena:
a) it-triq li minn Ħaż-Żabbar twassal għal ħdejn SmartCity;
b) it-triq tal-Marfa;
ċ) it-triq fil-Marsa li twassal għall-Menqa u t-terminal tal-merkanzija;
d) it-triq tal-Imġarr f'Għawdex; u
e) Triq il-Kunsill tal-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fuq it-triq li minn Haż-Żabbar twassal għal ħdejn ‘Smart City’ sar ħlas ta’ € 401,887 u t-triq tal-Imġarr Għawdex kien ta’ €553,499. Fuq it-triq tal-Marfa, it-triq fil-Marsa li twassal għall-menqa u t-terminal tal-merkanzija u Triq il-Kunsilll tal-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal-Luqa ma kienx hemm infieq relatat mal-kostruzzjoni peress li x-xogħlijiet għadhom ma nbdewx, ħlief għall-spejjeż tar-‘Road User Satisfaction Survey’ li jammontaw għal € 70,564 inkluż VAT.