Jista' l-Ministru jgħid il-Wastserv kemm għandha ħaddiema jaħdmu magħha fl-impjant ta’ Sant Antnin? X'tip ta’ xogħol qegħdin jagħmlu? Dawn qegħdin bil-kuntratt definit, indefinit jew hemm fosthom nies li ġew mislufa u/jew seconded minn postijiet oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-impjant ta’ Sant’ Antnin il-WasteServ għandha 5 impjegati tagħha u impjegat wieħed misluf minn mal-gvern. Dawn il-ħaddiema pinċiparjament jagħmlu xogħol ta’ amministrazzjoni u dak tekniku meħtieg biex ikunu responsabbli dwar it-tħaddim ta’ dan l-impjant. Barra minn dawn hemm ħaddiem oħra li jaħdmu mal-kuntrattur u li qed jipprovdi servizz għall-WasteServ.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inbdew proċeduri legali mill-Ispetturi tal-Ambjent tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, sena b'sena mill-2002 sal-2009? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta' speċi protetti, twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ, importazzjoni ta' speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta' impjanti mhux skont ir-regoli ambjentali u rimi ta' skart? Kemm minn dawn ġew deċiżi mill-qorti u f'kemm minn dawk deċiżi l-akkużat instab ħati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra ir-rapporti li saru f'dak li ghandu x'jaqsam ma kazijiet ta' natura.
Energy Performance certificates tar-residential dwellings
Question
B’referenza għall-energy performance certificates tar-residential dwellings li suppost li bdew jinħarġu, jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm inħarġu s’issa;
b) meta bdew jinħarġu;
c) x’inhu l-prezz tar-
registration fee
; u
d) jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista komparattiva tar-rati applikabbli għal ċertifikati simili fil-pajjiżi l-oħra kollha tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-faċilita li jinħargu ċ-ċertifikati ngħatat lill-Assessuri fis-7 ta' Settembru 2010. Sa llum ħadd mill-Assessuri għadu ma rreġistra ċertifikati, għalkemm dan jfissirx li ma sarux spezzjonijiet għal skop ta’ awditjar. Sadanittant biex il-Gvern jinforma aktar bl-obbligu ta’ ċertifikat bħal dan qed tinġabar l-informazzjoni biex ikunu jistgħu jintbagħtu ittri lil dawk li għamlu bejgħ ta’ djar jew appartamenti jew li applikaw mal-MEPA għal-bini ġdid. Wara li jkunu notifikati l-applikanti jkollhom xahrejn żmien biex jipproduċu dan iċ-ċertifikat. Ir- rata għar-reġistrazzjoni taċ-ċertifikati hi ta' 75 Euro. Il-prezz biex isir iċ-ċertifikat jiddependi mill-komplessita tal-bini, jekk hux ta' bini li diġa hu mibni jew ta' bini li għadu fi stadju ta' disinn. Il-prezz jiddipendi wkoll fuq kemm l-assessur jkollu dettalji minn pjanti tal-bini għad-dispozizzjoni tiegħu.
Ma teżistiex statistika uffiċjali maħruġa mill-Unjoni Ewropeja dwar ir-rati .
Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power, jgħid:
a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena?
b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq
fuels
li jintużaw għas-CHP?
ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT –
feed in tariff
ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH?
d) Il-gvern għandux xi pjan għal
feed in tariff
fuq CHP ibbażata fuq CO2
neutral fuels
?
e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il-
best practice
li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija (b), il-Gvern m’għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija parlamentari, nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 17668.
Korporazzjoni Enemalta — proġett tal- interkonnessjoni ma' Sqallija
Question
Jista' l-Ministru jindika skont rapporti interni tal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kemm mistenni jgħaddi żmien sakemm jitlesta l-proġett tal-interkonnessjoni ma' Sqallija minn mindu jiġi ffirmat il-ftehim? Meta mistenni jinbeda l-proġett? Fiex waslu n-negozjati li kellhom jinfetħu mill-ġdid
mal-
preferred bidders
?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żmien li ħa jieħu l-proġett tal-interconnector se jiddependi fuq il-kuntratt attwali li għadu ma ġiex mogħti. Huwa mistenni li l-proġett se jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla u jitlesta fi żmien tliet snin. Mhuwiex prudenti li jingħad dettalji tal-proċess tat-tender f’dan l-istadju li huwa rregolat mill-Public Procurement Regulations.
Jista' l-Ministru jikkonferma meta Malta iffirmat il-Konvenzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (human trafficking)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Bnedmin ġiet iffirmata fis-16 ta’ Mejju 2005, ratifikata fit-30 ta’ Jannar 2008, u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2008.
Billi xi xhur ilu kont ġejt mgħarraf li l-lift li ġie stallat fil-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament kellu jibda jaħdem sa tmiem Lulju, tista' l-Ministru tieħu passi flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta peress li l-lift għadu mhux qed jaħdem, possibilment minħabba xi problemi marbutin mal-istallazzjoni tas-sistema three phase – aktar u aktar billi fil-block hemm residenti, fosthom wieħed ta’ 'l fuq minn 80 sena li għandhom aktar minn 40 tarġa x’jitilgħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-istallazzjoni tal-lift fil-blokk imsemmi tlestiet u f’Settembru ġiet sottomessa applikazzjoni lill-Enemalta sabiex jiġi nstallat is-servizz ta’ Three Phase. Il-progress ta’ din l-applikazzjoni qed tiġi segwita ma’ l-Enemalta mill-kuntrattur tal-lift kif ukoll mill-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu rwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fi ħdan l-Arms Ltd? Kemm qed jitħallas? X'ħinijiet jaħdem?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija, indikata taqdi l-funzjonijiet ta’ Segretarju tal-Kumpanija. Titħallas l-ammont ta’ €250 + VAT fix-xahar. Bħalha parti mill-funzjonijiet tagħha din il-persuna tattendi għal laqgħat tal-Bord kollha kif ukoll għal kull laqgħa oħra li tiġi msejħa tattendi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19548 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-iskall li hemm qrib il-Marina l-Imsida, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex is-sidien tad-dgħajjes ikunu jistgħu jibqgħu jtellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom fil-baħar mingħajr xkiel, fl-inħawi quddiem il-Lucky Bar, billi minħabba li hemm ħafna karrijiet fin-nofs u speed boats mitfugħin għall-bejgħ qed jiġu mxekkla milli jagħmlu dan? Dan l-ilment qed jitressaq f’isem għadd ta’ sidien tad-dgħajjes Misidjani.
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu nies il-Qorti dwar human trafficking fiż-żmien 2007, 2008, 2009 u 2010? Kemm minnhom weħlu l-ħabs? Kemm minnhom ħadu sentenza sospiża? Kemm minnhom weħlu penali? Kemm minnhom ġew liberati? Kemm minnhom għad għandhom il-każ pendenti? Kemm minnhom inħarġu on bail?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-snin 2007 sal-2010, il-Pulizija nvestigat u qabdet 9 persuna li kienu nvoluti f'attivita' kriminali ta' traffikar ta' persuni u li dawn kollha tressqu quddiem il-Qorti fuq dawn l-akkużi. Minn dawn, s'issa 8 għadhom pendenti quddiem il-Qorti u wieħed mill-akkużat kien miet. Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi din l-istatistika hija dik dwar każijiet ta' traffikar ta' persuni kif definita fis-Sub Titolu VIII BIS tal-Kodiċi Kriminali Kap. 9 bit-titlu Fuq Traffikar ta' Persuni.
Billi huwa mifhum li xi żmien ilu kienet qed tingħata kunsiderazzjoni serja li Triq Gerry Zammit, Gżira ssir one way – iżda allegatement din id-deċiżjoni ġiet imwaqqfa minħabba pressjoni mill-ħwienet konċernati, jista’ l-Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni lit-talba ta’ għadd ta’ residenti biex din it-talba antika tiġi riattivata minħabba t-trasport eċċessiv li jgħaddi mit-triq li lanqas hi main road, kif ukoll minħabba l-problemi ta’ ħsejjes u tniġġis li jirriżultaw mis-sitwazzjoni preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta lesta tikkunsidra sistema ta’ one way fi Triq Gerry Zammit, Gżira. L-imsemmija triq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Gżira u għaldaqstant tkun tista' tikkunsidra l-każ meta u jekk issir talba għal dan mill-kunsill lokali.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-uffiċjali legali ta’ Arms Ltd li qegħhdin joħorġu l-letters of warning? Dawn kienu jitħallsu? Qegħdin formalment fuq il-payroll tal-kumpanija? Min huwa l-company secretary ta’ Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 20313.
Jaf il-Ministru responsabbli mill-Artijiet li dawk li fil-bidu tas-snin 90 għamlu l-konvenji tal-plots tal-Gvern fis-Sgħajtar Naxxar, għandhom ma ġewx
mgħajta biex jersqu għall-kuntratt tat-trasferiment? Jaf li uħud minn dawk li għadom ma ġewx mgħajta għall-kuntratt tat-trasferiment ġew mitluba jifdu ċ-ċens u fil-fatt fdewh? Japprezza li uħud minnhom ma jistgħux ibiegħu l-proprjetà tagħhom u dan qed joħolqilhom problemi kbar? Jista' jgħid x'qed iżomm milli jsiru dawn il-kuntratti? Jista' jgħid meta se jsiru dawn il-kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi persuni li fil-bidu tas-snin disgħin għamlu l-konvenji tal-plots tal-Gvern fis-Sgħajtar Naxxar u għadhom ma ġewx imsejħa biex jersqu għat-trasferiment. Dan ġara għaliex hemm numru ta’ artijiet fil-Housing Estate imsemmi li għadhom ma ġewx akkwistati mingħand is-sidien oriġinali tagħhom. Id-dipartiment qiegħed jagħti prijorità biex dan ix-xiri jseħħ malajr kemm jista’ jkun billi jalloka kemm jista’ mir-riżorsi li jkollu għal dan il-għan.
Wieħed ta’ min isemmi li bħal dan il-każ għad hemm pendenti ukoll diversi każijiet li jmorru lura għas-sena 1976 minħabba l-Home Ownership Schemes ta' dakinhar. Tajjeb però li l-Onor Interpellant ikun jaf li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għadu kemm ħallas ftit inqas minn miljun ewro lil dawk li ttieħditilhom il-proprjetà f'Għar Barka fir-Rabat u f'Sta Lucija sabiex b'hekk issa 211-il familja saru s-sidien ta' darhom hemmhekk. Dawn kien ilhom pendenti mill-1982.
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?
Billi l-Ministru għadu kif ħabbar fil-Parlament li 34,000 tunnellata ta' sewage treatment sludgese jiġi trasportat mix-Xgħajra għal Għallis biex jiġi disposed of fil-landfill t’hemmekk, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern ikkunsidrax u/jew għandux pjanijiet biex minflok joħroġ enerġija rinnovabbli minn dan is-sludge biex jnaqqas il-pressjoni fuq il-landfill u b’hekk ikun qed jimxi anke fuq il-linji tal-politika tiegħu dwar enerġija alternattiva?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sludge se jiġi ttrattat b’sistema ta’ anearobic digestion li jipproduċi biogas. Dan is-sors ta’ enerġija alternattiva se jiġi utilizzat f’ġeneraturi li hemm istallati fuq l-impjant sabiex jiġġeneraw enerġija elettrika u termika.
Huwa stmat li madwar 50% ta’ l-enerġija li għandu bżonn l-impjant għall-operat, se joriġina minn dan il-proċess ta’ trattament tas-
sludge
.
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni dwar it-Teachers & Parents Fusion ESF Project Tender - ECDL Courses & Certification:
a) kemm kien il-
budget
oriġinali għal din it-
tender
;
b) kemm applikaw ġenituri, teachers u studenti u kemm fil-fatt attendew;
ċ) min huma in-nies, u minn liema dipartiment ġejjin, li qed jimmaniġjaw il-proġett għan-nom tal-Ministeru u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni;
d) kemm fil-fatt se jiġi jqum il-kuntratt li ġie ffirmat u x'kienu s-savings vis-à-vis l-budget oriġinali;
e) jista' jgħid jekk dawn is-savings hux se jiġu utilizzati biex jidħlu applikanti oħra, inkluż teachers, li jistgħu jkunu interessati f'dawn il-courses;
f) x'qed iżomm lill-Ministeru li joħroġ call oħra jekk il-flus li ġew ibbagitjati oriġinarjament mhux se jintnefqu kollha għall-ewwel kuntratt aktar u aktar meta dawn il-flus ġejjin minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi meta xi residenti qrib il-Magħtab kienu żaru il-proġett f’Mejju li għadda kienu ngħataw x’jifhmu li l-problema tal-irwejjaħ kellha tingħeleb sa qabel tmiem Awwissu, jista' l-Ministru jispjega l-fatt li dawn l-irwejjaħ qawwija għadhom joħolqu inkonvenjent kbir għar-residenti fil-viċin sa dawn il-ġranet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi li dak li ġie mwiegħed lir-residenti tal-Magħtab qed jitwettaq. Nirreferih għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19802 fejn huwa indikat kif tneħħa l-periklu tal-emissjonijiet. L-inkonvenjent li nħoloq dan l-aħħar jirriżulta mill-fatt li xi bjar li kienu inseriti fil-miżbla l-antika sabiex jiġbru l-emmisjonijiet kellhom bżonn manutenzjoni minħabba iċ-ċaqliq tas-sit innifsu. Bħalissa qed isiru t-tiswijiet meħtieġa.
Nittama li l-Onor Brincat japrezza li x-xogħlijiet fuq il-miżbla għadhom għaddejjin u se jibqgħu għaddejjin sabiex l-impatt ta’ dik il-ġerħa titneħħa b’mod permanenti.
Malta mhijiex imsemmija fir-rapport tal-European Environmental Agency
Question
Billi fir-rapport riċenti tal-European Environmental Agency m'hemmx referenza għal Malta dwar il-green house gas emissions, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux dovut għall-fatt li Malta s’issa m'għandhiex Kyoto targets jew għax it-tagħrif meħtieġ ma wasalx fil-ħin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? ?
rilokazzjoni ta' fabbrika f'Raħal il-Ġdid — ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli minn residenti f’Raħal Ġdid li minħabba r-relocation tal-fabbrika, li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, fi Triq Pawlu Boffa qed twassal għal aktar tniġġiż tal-arja fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment tal-Onor. Interpellant lill-Awtorità kompitenti għall-konsiderazzjoni tagħha.