Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #20715 Sitting 274 2010-11-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Waste Directive 98

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19927 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma jekk il-Waste Directive 98 ġietx transposed fil-Leġislazzjoni ta' pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva 2008/98/KE tagħti terminu ta’ żmien sat-12 ta’ Diċembru 2010 sabiex tiddaħħal fis-seħħ fl-Istati Membri. Il-MEPA diġa għamlet konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC fuq din id-Direttiva u jiena nfurmat illi l-proċess ta’ traspożizzjoni jinsab għaddej skont it-timeframe tad-Direttiva.
Leg 11 PQ #20716 Sitting 274 2010-11-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

EIA dwar l-Għallis

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 19973, 19246 u 18860 u jgħid min qed jagħmel l-Environmental Impact Assesment dwar l-Għallis? Meta mistenni jitlesta? Minn min ġie commissioned?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-update tal-Environmental Impact Assessment qed jiġi kkordinat minn naħa ta’ ADI Associates. Dan l-istudju ġie commissioned minn Wasteserv Malta Ltd. S’issa għadu mhux magħruf meta dan l-istudju ser jiġi sottomess lil MEPA.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18155.
Leg 11 PQ #20430 Sitting 273 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — operat illegali tal-Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’għamel il-gvern permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex minkejja li kien konxju dwar l-operat illegali tal-Green MT għal ċertu perjodu ta' żmien, ħalla lil għadd ta’ kunsilli lokali jidħlu f’arranġamenti ma' skema illegali u bla permess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-MEPA ma għandha l-ebda ġurisdizzjoni fuq l-arranġamenti kontrattwali li jidħol fihom il-Kunsilli Lokali ma terzi. Il-permess li jkopri l-operat ta' skemi ta' l-ippakeġġjar u l-iskart li joriġina mill-ippakkeġġjar ma jirregolax arranġamenti bejn l-iskema u kunsilli lokali. Il-MEPA ma kinitx involuta fin-negozjati bejn il-kunsilli u l-Green MT. Ta’ min jinnota ukoll li Artiklu 7 ta’ l-Avviż Legali 337 ta’ l-2001 tpoġġi obbligi fuq kulħadd (inkluż kunsilli lokali) sabiex jużaw biss is-servizzi ta' entitajiet/stabbilimenti/skemi awtorrizati, skond l-istess msemmija liġi.

xogħlijiet fuq proġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19786 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti: a) promenade ġdida f'San Pawl il-Baħar; b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u ċ) visitor attraction fil-Qawra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li dawn huma proġetti tal-MTA u għaldaqstant nissuġerilu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Ġwann — Vjal ir-Rihan - pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja r-rapporti li saru lil Transport Malta il-pelican lights li hemm fi Vjal ir-Rihan, San Ġwann ilhom mitfija tmien ġimgħat u lir-residenti li lmentaw qalulhom li m'għandhomx light controllers in stock?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistenna parti mill-apparat jasal lura wara li ntbagħat barra minn Malta għall-manutenzjoni meħtieġa. Intant tajt direttivi lil Transport Malta biex jieħdu miżuri biex fil-futur jevitaw dewmien bħal dan.
Leg 11 PQ #20476 Sitting 273 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Għawdex — Kunsill Lokali ta' San Lawrenz - investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija fl-alleggat każ ta' frodi minn fondi pubbliċi li jinvolvi l-allegat abbuż mis-sistema tal-istallazzjoni tal-photovoltiac systems mill-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz Għawdex, aktar u aktar meta fiż-żmien li nħarġet l-iskema ta' wara, ingħatajna x'nifhmu li dawn l-investigazzjonijiet kienu fi stat avvanzat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha mhix konkluża.
Leg 11 PQ #20504 Sitting 273 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Proġett ta' Flyover fil-Kappara

Question

Jista' l-Prim Ministru jaġġorna l-Kamra fiex waslet l-applikazzjoni pendenti bin-numru 04417/09 mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett tal-flyover ta' Triq Reġjonali - M. Vassalli Street fil-Kappara? Qed jiġu kkunsidrati pjani alternattivi oriġinali jew le? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Environment Impact Assessments dwar dan il-proġett li kien sar fis-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ipproċessar ta' l-applikazzjoni bin-numru PA4917/09 l-Awtorità qed tistenna sottomissjonijiet mingħand l-applikant. L-alternattivi ser jiġu studjati waqt il-proċess tal-Environmental Impact Assessment li qed isir fuq din l-applikazzjoni u li għadu mhux konkluż. Madwar is-sena 2004 ġie sottomess 'Environmental Appraisal' li jkopri l-proġett kollu tat-TEN-T Malta.

2nd Communication of Malta to the UNFCCC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie kkumissjonat is-2nd Communication of Malta to the UNFCCC? Meta tlesta? Meta ġie preżentat lill-Ministeru? X'kienu l-problemi ta' stampar li allegatament inqalgħu? Meta ġie preżentat lill-Ġnus Magħquda kif suppost? Meta se jkun in public domain f'pajjiżna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat- tweġibiet tal-mistoqsijiet numri 7340 u 18828. Jien infurmat lis-2nd Communication of Malta to the UNFCCC ġie kkumissjonat fil-11 ta Lulju 2007. Tlesta fl-1 ta’ Lulju 2010 u ġie ppreżentat lill-Ministeru fit- 8 ta’ Lulju 2010. Il-ko-ordinament tal-proġett li wassal għat-tfassil u l-istampar tad-dokument finali kien f’idejn grupp t’esperti kkoordinat mill-universita ta’ Malta. Dan ġie preżentat lill- UNFCCC fit- 13 ta’ Lulju 2010 u diġa jinsab fuq is-sit tal-UNFCCC u l-MRRA.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18155.

Korporazzjoni Enemalta — proġett tal- interkonnessjoni ma' Sqallija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19566 u jindika skont rapporti interni tal-Korporazzjoni Enemalta nnifisha kemm mistenni jgħaddi żmien sakemm jitlesta l-proġett tal-interkonnessjoni ma' Sqallija minn mindu jiġi ffirmat il-ftehim? Meta mistenni jinbeda l-proġett? Fiex waslu n-negozjati li kellhom jinfetħu mill-ġdid mal- preferred bidders?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19566.
Leg 11 PQ #20408 Sitting 272 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi Ewropej għat-tibdil tal-karta tal-identità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19563 li oriġinajrament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-Fondi Ewropej u l-proċess għat-tibdil tal-karta tal-identità? Jista' jagħti l-aħħar dettalji sħaħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-proġett ġie approvat kif inhu indikat fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta’ Ġestjoni www.ppcd.gov.mt. Nixtieq ngħid ukoll li kif ġie spjegat waqt mistoqsijiet supplementari fis-seduta tat-Tnejn, 18 ta' Ottubru 2010 fuq l-istess suġġett, bdew diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-proġett mal-kuntrattur. Hu ppjanat li t-tiġdid tal-karti tal-identità jibda lejn l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #20425 Sitting 272 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Studju fuq l-gżejjer artifiċjali

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19587 dwar gżejjer artifiċjali, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji irrispettivament mill-eżitu tagħhom? Meta ġew ikkumissjonati u meta ġew mitmuma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta’ dawn l-istudji. Dan l-istudju ġie ikkumissjunat f’Novembru tal-2006 u x-xogħol fuqu beda f’Marzu tal-2007. L-istudju ntemm f’Settembru tal-2008.
Leg 11 PQ #20427 Sitting 272 2010-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skemi reġistrati

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li sa l-aħħar tas-sena 2009 kien hemm żewġ skemi reġistrati mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skont il-provvedimenti tal-Avviż Legali 277 tas-sena 2006 – dik amministrata minn GreenMT kumpanija sussidjarja tal-GRTU u l-Green Dot Malta Ltd li tħaddan l-iskema Green Pak? Jikkonferma illi filwaqt li l-liċenzja għall-iskema operata mill-Green Dot Malta Ltd ġiet mġedda mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-bidu tas-sena 2010 sal-aħħar tas-sena 2010, dik tas-soċjetà GreenMt Ltd ma ġietx mġedda għal din is-sena iżda ġiet maħruġa waħda ġdida fil-25 ta' Ġunju 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel permess li nħareġ lill-kumpanija GreenPak fil-qasam tal-waste packaging kien fis-7 ta’ Ottubru 2005. Dan il-permess ġie mġedded fil-21 ta’ Diċembru 2009. Kull permess huwa validu sal-31 ta’ Diċembru (l-aħħar tas-sena). L-ewwel permess li nħareġ lill-kumpanija GreenMT fil-qasam tal- wastepackaging kien fl-1 ta’ April 2009 u kien validu sa l-aħħar tas-sena. Bejn Jannar u Ġunju 2010 il-MEPA u l-GreenMT kienu għaddejjin b’diskussjonijiet tekniċi rigward l-applikazzjoni tal-GreenMT liema diskussjonijiet waslu sabiex il-GreenMT tkun f’pożizzjoni li terġa' tapplika għall-permess liema permess ħareġ fil-25 ta’ Ġunju 2010.
Leg 11 PQ #20428 Sitting 272 2010-11-04 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Green MT — permessi meħtieġa

Question

Jikkonferma l-Prim Ministru li minkejja li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għajr għall-ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju, s-soċjetà Green MT ma kellhiex permess jew awtorità mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tagħmel hekk, xorta waħda baqgħet topera l-istess skema u tagħti servizzi ta’ waste management u dan bi ksur dirett tal-artikolu 6 ta’ l-Avviz Legali 337 ta’ l-2001? Jikkonferma li fl-istess perjodu Green MT Ltd saħansitra rkuprat 'il fuq minn sitt elef tunnellata ta’ skart minn wieħed u erbgħin kunsill lokali differenti ġewwa pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20429 Sitting 272 2010-11-04 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — kwestjoni dwar permessi lil Green MT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tmur kontra kull prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, meta minkejja li l-liċenzja li ġiet maħruġa lis-soċjetà Green MT Ltd inħarġet fil-25 ta' Ġunjun 2010, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha kontra dak li jsir is-soltu tat permess lill-istess kumpanija sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta' Jannar 2010 u sabiex tirraporta l-attività tagħha ta’ l-irkupru u riċiklaġġ tal-iskart fil-perjodu meta l-istess skema kienet qed topera b’mod allegatament illegali? Jekk dan huwa minnu ma jaħsibx li dan imur kontra l-permess innifisu għaliex fl-istess liċenzja hemm indikat illi l-permess huwa validu mill-bidu tas-sena 2010 u għaldaqstant b’dan l-aġir l-istess awtorità kienet b’mod konxju qed tissanzjona attivitajiet illegali altru minn proċess pubbliku u trasparenti kif qal fi stqarrija riċentement Ministru tal-Kabinett tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18771, 18573, 18155 u 17668 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u ċioe: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17403, jista' l-Ministru fid-dawl tar-rapporti Analysis of Potential for Co-generation on the Maltese Islands - June 2009 – Ing. Charles Buttigieg u l-Malta’s CHP Report li huma in public domain tal-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li jitkellem dwar il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija permezz tas-CHP – combined heat and power,jgħid : a) Għaliex għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta u x’mistenni jsir f’dan ir-rigward matul din is-sena? b) Il-gvern għandux ħsieb li jelimina d-dazju fuq fuels li jintużaw għas-CHP? ċ) Il-gvern għandux xi pjan li jintroduċi FIT – feed in tariff ibbażata fuq dak li jiġi ffrankat kemm f’CO2u anki f’KWH? d) Il-gvern għandux xi pjan għal feed in tariff fuq CHP ibbażata fuq CO2 neutral fuels ? e) Kif beħsiebu l-gvern jimxi skont il- best practice li diġà qed tiġi addottata fl-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18155.

Kumpanija Loqus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Loqus li huwa involut fiha l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ħaditx xi kuntratt ta' e-forms mal-MITA? Jekk iva, kienx direct order u x' kien l-ammont tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fid-29 ta' Mejju 2009, l-MITA ppublikat Tender għall-Provision of Online e-Forms and Related Services. Il-konsorzju TecServ, rebaħ it-tender maħruġ mill-MITA għall-valur ta' €987,936. Dan il-konsorzju huwa magħmul mill-kumpanija Loqus Solutions u mill-kumpanija Systec Ltd.

Kumpanija Loqus

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Loqus li huwa involut fiha l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ħaditx xi kuntratt tal-Lands Registry? Jekk iva, kienx direct order u x'kien l-ammont tiegħu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li ma' sar l-ebda kuntratt bejn il-kumpanija Loqus u r-Reġistru tal-Artijiet.

ETC — figura rigward l-Impjant ta' Sant Antnin

Question

Tista' l-Ministru tgħarraf lill-Kamra permezz ta’ figuri f’idejn l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fir-rigward tal-impjant ta’ Sant Antnin kemm hemm: a) ħaddiema li qed jaħdmu mal-kuntrattur, u jekk iva, kemm u ma liema kuntrattur flimkien ma x’tip ta’ xogħol qed jagħmlu; b) ħaddiema li qed jaħdmu direttament mal-Wasteserv; ċ) ħaddiema tal-privat seconded mal-Wasteserv filwaqt li għadhom fuq il-kotba tal-kumpaniji privati li kienu jaħdmu magħhom; u d) minn dawn kollha li jaħdmu full-time u/jew part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni li żżomm l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, sal-aħħar ta’ Settembru 2010 l-Wasteserve kienet timpjega 69 persuna. Minn dawn 49 huma mpjegati full time filwaqt li 20 persuna huma impjegati part time. Fir-rigward tal-mistoqsijiet (a) u (ċ), l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig ma għandiex informazzjoni dwar min hu l-kuntrattur jew il-ħaddiema tal-privat sekondati mal-Wasteserve. Għaldaqstant, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi dawn il-partijiet tal-Mistoqsija lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali.