Malta mhijiex imsemmija fir-rapport tal-European Environmental Agency
Question
JIsta' l-Prim MInistru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20254 u ċioe: Billi fir-rapport riċenti tal-European Environmental Agency m'hemmx referenza għal Malta dwar il-green house gas emissions, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk dan hux dovut għall-fatt li Malta s’issa m'għandhiex Kyoto targets jew għax it-tagħrif meħtieġ ma wasalx fil-ħin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rapporti ippubblikati dan l-aħħar mill-Aġenziji Ewropea dwar l-Ambjent (EEA) għandhom x’jaqsmu mall-progress li qegħdin jagħmlu dawk l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja li għandhom miri dwar tnaqqis jew limitazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-Protokoll ta’ Kyoto. Peress li l-Protokoll ta’ Kyoto ma fihx miri applikabbli għal Malta, ma ssirx referenza għal Malta f’dawn ir-rapporti.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern, f’każijiet bħal dawn, jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi ikunu jistgħu ibiegħu l-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta qed tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li residenti ta' Ta Xbiex li soltu kienu jmorru ċ-Ċentru tas-Saħħa, l-Gżira qed jiġu riferuti l-Furjana b'seħħ mill-ġimgħa d-dieħla?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li b’effett mit-2 ta’ Novembru 2010 l-ispizerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira ingħalqet għall-pubbliku u dan għaliex tas-Sliema ġiet issa inkluża fl-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek (POYC).
Il-pazjenti minn Ta’ Xbiex ilhom inklużi f’din l-iskema sa mis-sena 2008. Għalhekk jekk l-Onor. interpellant qed jirreferi għal-ġbir ta’ mediċini, l-egħluq ta’ l-ispiżerija tal-Gżira m’għandu jkollu ebda effett fuq ir-residenti ta’ Ta Xbiex ħlief għal-ġbir tal-prodotti mingħajr gluten. Dawn issa huma mitluba jiġbruhom mill-ispiżerija fiċ-Ċentru Tas-Saħħa tal-Furjana.
F’każ ta’ riċetti għal medicini meħtieġa urgenti minn fuq il-kartuna ir-roża u mediċini oħra li huma out of stock, dawn jistgħu jinġabru mill-Ispiżerija taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana.
Għas-servizzi l-oħra offruti miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, ma sejjer jinbidel xejn.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-pilloli Luvinsta tal-40g u Neulin SA 250g għal residenti ta' Ta Xbiex mhumiex ikunu available fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u lanqas qed ikunu stocked regolarment fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Neulin SA 250 mg huma in-stock sew:
· fil-
Government Health Procurement Services
(u qatt ma kienu
out-of-stock
din is-sena),
· fl-i
stores
tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, kif ukoll
· fl-ispiżeriji kollha tal-Gvern.
Barra minn hekk ninsab infurmat li mid-
database
tal- Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) jirriżulta li kull meta din il-mediċina ġiet ordnata minn naħa tal-ispiżeriji privati dejjem ġiet fornuta.
Id-Dipartiment tal-POYC dejjem jagħmel l-għalmu kollu tiegħu biex iżomm id-99 spiżerija fornuta bl-istokk kollu meħtieġ - skond il-konsum individwali ta’ kull spiżerija - sabiex kull spiżerija tkun tista’ taqdi l-pazjenti bl-aħjar mod possibbli.
Għar-rigward tal-pilloli Luvinsta 40 mg, din il-mediċina kienet ilha
out of stock
mill-
Government Health Procurement Services
għal xi żmien u għalhekk ma tinstabx fl-ispiżeriji tal-Gvern. Id-doża ta’ 20 mg pero’ hija
in-stock
fil-
Government Health Procurement Services
u l-pazjenti jistgħu jinqdew xorta.
Fit-3 ta’ Novembru 2010, waslet kunsenja f’Malta u dawn bdew jitqasmu fl-ispizeriji kollha tal-Gvern inkluż fl-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek skond il-bzonn.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-pilloli Temazepam 10Mg li suppost jinkisbu b'xejn mill-Isptar Mater Dei huma out of stock kemm mill-Isptar kif ukoll mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek ta' Tax-Xbiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Temazepam 10mg tablets qatt ma kienet out of stock mill-Ispiżerija ta’ l-Isptar Mater Dei.
Bħalissa il- mediċina Temazepam 10mg hija
out of stock
fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) ta' Tax-Xbiex kif ukoll fl-
istores
tal-
POYC
. Meta din mediċina tasal fil-
istores
tal-
POYC
, isir dak kollu possibbli biex din il-mediċina titqassam fid-99 spiżerija li bħalissa qed tipparteċipa fl-Iskema tal-
POYC
fl-iqsar żmien possibli, inkluz it-tliet spiżeriji ta’ tax-Xbiex.
Huwa ta’ min jinnota pero’ li din il-mediċina mhiex registrata Malta u gĦalhekk id-Dipartiment tal-
Procurement
[Taqsima tas-Saħħa] jimportaha direttament mill-Ingilterra fejn bħalissa hemm problema bl-
availability
– tant hu hekk li l-ordni li suppost waslet Malta sa’ nofs Awwissu 2010 għadha ma ġietx.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett kollettiv tas-salajru, inċentivi u perkaċċi oħrajn li għandu l-persuna, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament bħala company secretary tal-Korporazzjoni Enemalta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma' Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija taqdi l-funzjonijiet ta’ Segretarju tal-Kumpanija. Titħallas l-ammont ta’ €250 + VAT fix- xahar. Bħala parti mill-funzjonijiet tagħha din il-persuna tattendi għal-laqgħat tal-Bord kollha kif ukoll għal kull laqgħa oħra li tiġi msejħa tattendi.
Transport Malta — emission tests għall-karozzi kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom l-uffiċjali ta' Trasport Malta li għamlu emission testsgħall-karozzi kummerċjali mis-sena 2009 'l quddiem?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-uffiċjali attendew għal kors mogħti mill-Vehicle and Operator Services Agency (VOSA) tal-Ingilterra
promozzjoni ta' Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance
Question
Billi huwa mifhum illi l-MFSA għandha biss rwol ta’ regolatur, jista' l-Minsitru jgħid min qed jippromwovi lil Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance?
Jista' jikkonferma jekk dan ir-rwol huwiex f’idejn Finance Malta u jekk iva x’qed isir biex Malta tiġi mbuttata 'l quddiem bħala gżira b’potenzjal kif imsemmi fiċ-ċrieki tas-servizzi finanzjarji f’mod pro-attiv lil hinn mill-Guidance Note li ħarġet l-MFSA?
Jekk dan mhuwiex il-każ, liema entità governattiva qiegħda tieħu ħsieb il-promozzjoni ta’ Malta bħala ċentru għall-Islamic Finance?
Response (FENECH, TONIO)
L-MFSA m’hijiex l-entità li tippromwovi l-Malta bħala ċentru finanzjarju iżda, fost funzjonijiet oħra, għandha r-rwol li tiżviluppa l-qafas regolatorju għas-servizzi finanzjarji skond obġettivi stabbiliti bil-liġi.
Il-promozzjoni tal-prodotti u servizzi finanzjarji nfushom isir mill-operaturi, bl-għajnuna (fejn hu l-każ) tal-assoċjazzjonijijiet rappreżentattivi tagħhom u tal- Finance Malta, li ġiet imwaqqfa biex tiffaċilita l-promozzjoni u sservi ta’ ‘focal point’ għal inizjattivi li jistgħu jittieħdu f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19991 u jgħid min huma l-uffiċjali legali ta’ Arms Ltd li qegħhdin joħorġu l-letters of warning? Dawn kienu jitħallsu? Qegħdin formalment fuq il-payroll tal-kumpanija? Min huwa l-company secretary ta’ Arms Ltd?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19991.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 20001 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li ġew riferu lilu u jgħid jekk sarux xi rapporti min-naħa tiegħu dwar l-operat tal-Arms Ltd kemm ilha li twaqqfet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li ġie mħejji minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat illi l-MRA bħala regolatur ikkomunikat u ġibdet l-attenzjoni tal-uffiċjali ta’ ARMS Ltd kull meta rċeviet xi lment jew kull meta ġew rappurtati fil-media ilmenti dwar l-operat tal-istess kumpannija u l-MRA għadha qed tagħmel follow-up.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-batteriji speċjali li jintużaw għall-electric stair lifts għadhomx soġġetti għall-VAT u jekk iva, jistgħux jiġu eżentati minħabba fl-użu umanitarju li jservu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-batteriji speċjali li jintużaw għall-electric stair lifts huma taxxabbli. Id-Direttiva tal-VAT ta’ l-Unjoni Ewropeja li fuqha hija bbażata l-liġi tal-VAT Maltija, ma tippermettix li dawn il-prodotti jkunu eżentati mill-VAT.
mediċina Ongeoazole li qiegħda spiss tkun out of stock
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ilment ta’ diversi kostitwenti li l-mediċina Ongeoazole qiegħda spiss tkun out of stock mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kif ukoll mill-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pilloli Omeprazole 20mg qegħdin in stokk fl-istores prinċipali tal-Gvern.
Din is-sena kien hemm żieda f’daqqa fil-konsum ta’ din il-mediċina. Il-kuntratt li minnu qiegħed jordna l-Gvern għandu
delivery
ta’ bejn 14 u 16-il ġimgħa. Il-Kuntrattur lokali bħalissa qiegħed iġib is-seba’ xhur stokk li kien ordna l-Gvern bil-konsum il-ġdid. Il-kuntrattur sab problema biex igib il-kwantita miżjuda mitluba mill-Gvern fi żmien qasir u beda biss iġib il-konsenji biċċa biċċa f’ kwantitajiet iżgħar meta skadilu d-
delivery period
skont il-kuntratt.
Id-Dipartiment tal
-Procurement
ħa passi, sabiex sakemm jasal l-istokk prinċipali ħareg sejħa oħra għall-offerti, liema sejħa ġiet aġġudikata u l-istokk mixtri u mqassam.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tikkunsidra mill-ġdid l-applikazzjoni miċħuda mill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar reserved parking bay minħabba li l-qagħda fizika tas-Sinjura ddeterjorat f’dik li hi mobilità u din tbati minn total abdominal impairment?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru tiegħu li jaħdmu minimu ta’ 15-il siegħa fil-ġimgħa u/jew minimu ta’ 60 siegħa fix-xahar? Min huma? X’inhu x-xogħol ta’ konsulenza tagħhom? Kemm jitħallsu u kif - fuq bażi ta’ somma fissa maqbula bil-quddiem, jew fuq bażi ta’ hourly attendance rate? Kemm minnhom huma specifically assignment based u min huma?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20003.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu dwar is-sit, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn il-bini sar b'tali mod li qed jieħu parti sew mill-bankina, tant li omm lanqas tista' tgħaddi bil-pushchair minn fuqha, fejn ma kienx hemm rispett lejn il-linja li suppost żammet il-binja, kif ukoll nuqqas ta' netting xieraq u dan kollu kien ta' inkonvenjent għar-residenti? Kif wieħed jispjega l-fatt li kuntrarju għal kull bini ieħor f'din it-triq żgħira inħareġ il-permess biex saħansitra jibnu basement u garaxx? X'passi ttieħdu s'issa fid-dawl tad-diversi rapporti li waslu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll minħabba artiklu li deher fit-Times of Malta aktar kmieni dan ix-xahar?
Tista' l-Ministru tgħid għaliex dawk li qagħdu għal course tas-supply learning support assistants u qagħdu għall-eżami f'Jannar 2010 għadhom ma tqassmulhomx iċ-ċertifikati tal-course? Meta mistennija jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-mili tal-postijiet? Kemm mistennija jkun hemm postijiet vakanti? Kemm kien hemm nies li bdew il-course u li temmewh u kkwalifikaw għal ċertifikat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sejħa għall-LSA II għadha kif għalqet. Bħalissa qed isiru l-verifiki tal-applikazzjonijiet u wara jsiru l-interviews.
320 (tlett mija u għoxrin) bdew il-kors, temmewh u kkwalifikaw għal ċertifikat. It-tqassim taċ-ċertifikati ser ssir fil-futur qrib.
Billi dan l-aħħar ġejt mgħarraf f'din il-Kamra li n-nies li jaħdmu full-time u part-time fil-kmamar tan-nar ma jaqgħux taħt l-Occupational, Health and Safety Authority għaliex dawn jaqgħu taħt l-Explosives Ordinance Act, kif wieħed jista' jispjega l-fatt li:
il-liġi tgħid li all occupations fall under the responsability of OHSA?
l-Explosives Ordinance Act fl-ebda mod ma tkopri occupational hazards u riskji fuq il-post tax-xogħol għal kull tip ta' ħaddiema?
l-uniċi nies eżentati mill-Ordinanza huma l-Pulizija, l-Armata u l-CPD?
kif fil-fatt l-ħaddiema li jaħdmu fil-kmamar tan-nar effettivament jaqgħu taħt l-Explosives Ordinance Act speċjalment meta l-OHSA tirreferi speċifikament għal nies li jaħdmu in an explosive environment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li peress li teżisti diġa l-Ordinanza Dwar l-Isplussivi li tirregola l-attivita’ li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, l-Occupational Health and Safety Authority ma tintervjenix u dan biex ma jkunx hemm diverġenzi fil-proċess ta’ nfurzar ta’ liġijiet u, jew spezzjonijiet mill-entitajiet kompetenti, u, jekk ikun il-każ, biex ma tkunx preġudikata azzjoni legali.
Ir-riferenza għal “an explosive environment” kif qed jindika l-Onor. Interpellant tinstab fir-Regolamenti ta’ l-2004 dwar il-Post tax-Xogħol (Bżonnijiet ta’ Saħħa u Sigurtà Minimi fuq ix-Xogħol) (Spazji Ristretti jew Spazji b’Atmosferi Esplossivi). Tajjeb wieħed ifakkar li Regolament 3 (e) ta’ l-istess Regolamenti jistabbilixxi li dawn ma japplikawx ghall-manifattura, iċ-ċaqlieq, l-użu, il-ħażna u t-trasport ta’ splussivi jew sustanzi kimiċi instabbli.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20080, tista' l-Ministru tagħti d-dettalji dwar kif tqassmu l-finanzi li l-gvern jagħti lill-Public Broadcasting Services taħt il-PSO u EPSO kif sar drabi oħra għas-snin 2008, 2009 u 2010? Tista' tagħti l-informazzjoni dwar liema programmi bbenefikaw, peress li dawn huma flus il-poplu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.