Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — breakdown tal-costs u revenues
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tipprovdi breakdown tal-costs u revenues tagħha minn kull settur? B’liema rata l-korporazzjoni tħallas għall-elettriku f’euro/units? Kemm ġie kkunsmat elettriku mill-korporazzjoni fil-production plants tagħha mill-groundwater production sources u anki permezz tad-distribuzzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex se timxi għal xi premises ġodda temporanji fil-ġejjieni qarib qabel ma tkun located fil-Corporate Village? Jekk iva, fejn u b'liema kirja? Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-MIMCOL?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Korporazzjoni Enemalta — Three-Phase - stallazzjoni ta' lift
Question
B'żieda mal-mistoqsija parlamentari 20267 dwar block ta' appartamenti oħrajn fl-istess housing estate, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta l-Korporazzjoni Enemalta mistennija tistalla t-three phase li l-housing estate ilha li applikat għalih għat-tħaddim ta' lift li ġie stallat diġà fil-block msemmi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-provista tat-3 phase għandha tingħata fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-diretturi kollha nominati mill-MIMCOL biex iservu fuq kumpaniji b'shareholding tal-istess MIMCOL? Kemm qed jitħallsu f'kull każ inkluż perks eċċ.? Kemm minnhom qegħdin iservu fuq il-Grand Harbour Regeneration Corporation?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx diretturi nominati mill-MIMCOL li jservu fuq kumpaniji b’shareholding tal-MIMCOL jew fuq il-Grand Harbour Regeneration Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li l-Grand Harbour Regeneration Corporation li se tkun qed taġġudika t-tenders tal-proġett ta' Bieb il-Belt u anki tal-Parlament flimkien ma' xi 18-il proġett ieħor, m'għandhiex tibqa' klassifikata bħala schedule 3 contracting authority għaliex mhijiex se tkun meħtieġa li tikseb l-approvazzjoni bil-quddiem tal-ministeru tiegħu u tad-Dipartiment tal-Kuntratti iżda ta' ministeru ieħor mingħajr ma lanqas biss toħroġ sejħa għall-offerti permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtoritajiet kuntrattwali inklużi fi skeda 3 huma obligati li jsegwu ir-Regolamenti dwar il-Kuntratti Publiċi bħal awtoritajiet kuntrattwali inklużi fi skeda 2. Id-differenza prinċipali bejn l-awtoritajiet kuntrattwali taż-żewġ skedi hija li s-sejħiet għall-offerti aktar minn €120,000 ma’ jiġux eżaminati mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Fil-każ tal-Grand Harbour Regeneration Corporation din m’għadhiex applikabbli minħabba li il-korporazjoni qiegħda tagħmel użu mis-servizzi tad-Dipartiment tal-Kuntratti biex id-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti qegħdin jiġu eżaminati minn uffiċjali ta’ dan id-Dipartiment. Il-proċeduri ta’ l-appelli hija l-istess għal awtoritajiet kuntrattwali taż-żewġ skedi. Għaldaqstant mhux qed nara l-ħtieġa li għalissa il-GHRC ma’ tibqax fi skeda 3 tar-Regolamenti dwar il-Kuntratti Publiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet fejn l-MGI u l-MIMCOL talbu ministerial consent meta ġew biex jagħżlu jekk jaddottawx restricted jew negotiatied procurement procedures? Dan l-arranġament kemm ilu fis-seħħ? Sal-lum, kien hemm każijiet fejn dawn bagħtu r-rapport annwali ta' kull kuntratt pubbliku mogħti lid-direttur tal-kuntratti? Min-naħa l-oħra kien hemm każijiet fejn id-direttur tal-kuntratti nnifsu talab rapport simili, u jekk iva meta? Billi dan l-aħħar, il-Ministru għarraf lill-Kamra li saru arranġamenti biex dawn it-tender documents ikunu skrutinizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel jiġu ppublikati, jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx mill-bidu jew fi stadji ulterjuri? Jekk fi Stadju Ulterjuri, meta?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20429 u jgħid jekk iħossx li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienet qed tmur kontra kull prinċipju ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, meta minkejja li l-liċenzja li ġiet maħruġa lis-soċjetà Green MT Ltd inħarġet fil-25 ta' Ġunjun 2010, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar innifisha kontra dak li jsir is-soltu tat permess lill-istess kumpanija sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta' Jannar 2010 u sabiex tirraporta l-attività tagħha ta’ l-irkupru u riċiklaġġ tal-iskart fil-perjodu meta l-istess skema kienet qed topera b’mod allegatament illegali?
Jekk dan huwa minnu ma jaħsibx li dan imur kontra l-permess innifsu għaliex fl-istess liċenzja hemm indikat illi l-permess huwa validu mill-bidu tas-sena 2010 u għaldaqstant b’dan l-aġir l-istess awtorità kienet b’mod konxju qed tissanzjona attivitajiet illegali altru minn proċess pubbliku u trasparenti kif qal fi stqarrija riċentement Ministru tal-Kabinett tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dak li għamlet l-Awtorità kien illi awtorizzat lill-iskema Green MT Ltd li tonora l-obbligi tal-membri tagħha b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010. Dan sar sabiex l-interessi tal-membri ta’ l-istess skema jkunu protetti u bl-għan uniku li l-obbligi tal-pajjiż f’dan is-settur ikunu milħuqa. Bl-ebda mod ma ġiet irregolarizzata jew issanzjonata l-iskema Green MT fl-operat tagħha bejn 1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010.
Stallazzjoni ta' 3 phase fi blokk ta' appartamenti
Question
Billi l-Awtorita' tad-Djar għamlet talba formali lill-Korporazzjoni Enemalta f’Settembru li għadda biex jigi stallat it-3 phase fil-Block D4 Ta’ Xbiex Housing Estate ħalli jkun jista' jintuża l-lift li ilu li ġie stallat, jista' l-Ministru jgħid meta ser jsir dan minħabba l-inkonvenjent li qed joħloq lir-residenti speċjalment lil dawk anzjani?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-provvista ta’ 3 phase fil-block imsemmi għandha tingħata la darba l-istallazzjoni tad-distribuzzjoni nterna ssirilha l-modifiki neċessarji.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20428 u ċioe: Jikkonferma li minkejja li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena għajr għall-ġimgħa tax-xahar ta' Ġunju, s-soċjetà Green MT ma kellhiex permess jew awtorità mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tagħmel hekk, xorta waħda baqgħet topera l-istess skema u tagħti servizzi ta’ waste management u dan bi ksur dirett tal-artikolu 6 ta’ l-Avviz Legali 337 ta’ l-2001? Jikkonferma li fl-istess perjodu Green MT Ltd saħansitra rkuprat 'il fuq minn sitt elef tunnellata ta’ skart minn wieħed u erbgħin kunsill lokali differenti ġewwa pajjiżna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma ill-Onorevoli Interpellant li l-permess maħruġ mill-Awtorità fil-25 ta’ Ġunju 2010 ma jkoprix l-attività ta’ “waste management” tal-Green MT bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010. Dak li ġie awtorizzat mill-Awtorità hu li l-iskart li nġabar bejn 1 ta’ Jannar 2010 u l-24 ta’ Ġunju 2010 mingħajr tali permess, xorta jista’ jintuża mill-iskema sabiex jiġu onorati l-obbligi tal-membri ta’ l-istess skema. L-Awtorità għadha m’hijiex f’pożizzjoni li tikkonferma il-volum imsemmi tant li r-rapporti awditarji dwar il-volumi tas-sena 2010 huma dovuti li jiġu sottomessi sa Marzu 2011. Pero skont il-“quarterly reports” sottomessi mill-iskema, liema reports m’humiex “audited”, l-istess skema rraportat li rkuprat mas-6000 tunnellata ta’ skart.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20506 u jgħid x'passi ttieħdu dwar is-sit, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, fejn il-bini sar b'tali mod li qed jieħu parti sew mill-bankina, tant li omm lanqas tista' tgħaddi bil-pushchair minn fuqha, fejn ma kienx hemm rispett lejn il-linja li suppost żammet il-binja, kif ukoll nuqqas ta' netting xieraq u dan kollu kien ta' inkonvenjent għar-residenti? Kif wieħed jispjega l-fatt li kuntrarju għal kull bini ieħor f'din it-triq żgħira inħareġ il-permess biex saħansitra jibnu basement u garaxx? X'passi ttieħdu s'issa fid-dawl tad-diversi rapporti li waslu għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ukoll minħabba artiklu li deher fit-Times of Malta aktar kmieni dan ix-xahar?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17646, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permessi biex biċċa sostanzjali ta' art agrikola tiġi cleared, x'aktarx biex issir triq fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija li s-site plan tagħha qed tintbagħat separatament? Jekk iva, xi jkopru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq is-siti indikati fil-parti ta' fuq ta' Wied il-Bidnija ma nħareġ l-ebda permess ghall-iżvilupp mill-MEPA. Illegalitajiet f'din l-area huma koperti b'Avviż ta' Twettiq ECF 336/10 hekk kif kien spjegat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 18767.
residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley — Enforcement Notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 18449 u 18070 u ċioe: Minħabba li ninsab infurmat li minkejja li residenti fl-inħawi ta' Bidnija Valley ġew mgħarrfin li l-każ kien f'idejn l-Enforcement Section, b'acknowledgement mill-Enforncement Unit Manager wara l-ilment li għamlu permezz tal-perit tagħhom, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum skont huma l-Enforcement Notice għadha mhux qed tidher fuq il-website tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19059.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenPak fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Kemm ilha teżisti l-liċenzja tal-kumpanija GreenMT fil-qasam tal-waste packaging u f’liema dati ġiet imġedda? Għal liema perjodu ta’ żmien il-kumpanija GreenMT ma kenitx koperta minn liċenzja f’dan il-qasam?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20174.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20474 u 19786 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x'kienet l-ispiża li ntnefqet matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena b'mod separat f'xogħlijiet fuq dawn il-proġetti:
a) promenade ġdida f'San Pawl il-Baħar;
b) ġnien u heritage trail f'Pembroke; u
ċ) visitor attraction fil-Qawra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-proġetti msemmija, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, ma kienx hemm spejjeż f’xogħolijiet. Fil-fatt ix-xogħol fuq il-promenade ġdida f’San Pawl il-Baħar ser jibda f’Novembru, xogħol tekniku fuq is-cycle/walking trail ta’ Pembroke beda f’Ottubru u t-tender għal visitors attraction fil-Qawra huwa maħsub li ser ikun konkluż f’Novembru/Diċembru 2010.
Skola ta' Pembroke — xiri ta' kotba mill-istudenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex il-prassi normali li għadd ta’ studenti f’Form IV, fl-iskola ta’ Pembroke qed ikollhom jixtru minn buthom diversi kotba tal-Malti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti fil-Form 4, kemm fl-iskola ta’ Pembroke kif ukoll fi skejjel oħra, jixtru ktieb wieħed tal-Malti. Dan huwa l-Qawsalla, ktieb tal-letteratura ppublikat mill-Università ta’ Malta. Fil-fehma tal-edukaturi dan hu ktieb li l-istudenti għandhom ikollhom fuq bażi personali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20306, jista' l-Ministru jgħid kemm kumpaniji oħra tefgħu tender bids għall-provision of online e-forms and related services? Liema kienu? X'kienu l-offerti tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li apparti it-tender magħżul, in-numru tal-offerti mitfugħa għal dan it-tender tal-eForms kienu sitta u kienu minn għand 2i Ltd, Exigy Ltd, IBM Malta Ltd, Netwise Applications Ltd, Spenta Consulting SLU u Web-Labs Ltd.
Billi l-offerti kienu magħmulin f’pakketti separati, ir-rizultati wara l-għeluq ta’ kull pakkett kien imħabbar u ppubklikat fuq il-website tal-MITA kif imsemmi hawn taħt:
Spenta Consulting SLU
Eliminat wara il-ftuh tal-ewwel pakkett ghax ma presentax il-Bid Bond
Exigy Ltd, IBM Malta Ltd, Netwise Applications Ltd
Eliminati wara l-evalwazzjoni teknika u ma ghaddewx gha-ftuh tat-tielet pakkett.
2i Ltd
Web-Labs Ltd
TecServ Consortium (Loqus Solutions u Systec Ltd)
€920,850
€1,083,098
€987,936
Kif kien provdut fit-tender nniffsu, l-evalwazzjoni kienet magħmula skont kriterju kif hemm provdut fil-liġi jiġifieri skont ‘
Most Economic Advantageous Tender’.
Jista' l-Ministru jgħid il-Marsa Power Station kemm baqgħalha sigħat mhux ikkunsmati mill-20,000 siegħa allokati lilha b’seħħ mill-1 ta' Jannar 2008 taħt il-Large Combustion Plants Directive? Jista' jikkonferma li l-interconnector se jkun qed jopera sakemm dawn is-sigħat allokati kollha jiġu kkunsmati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-erba’ ċmieni tal-Marsa għandhom limitu ta’ 20,000 siegħa kull wieħed fejn ċumniju nru 1 fadlila 2955 siegħat, ċumnija nru 2 fadlila 5265 siegħat, ċumnija nru 3 fadlila 5155 siegħat u ċumnija nru 4 fadlila 2987 siegħat. Huwa ppjanat li l-impjant il-ġdid ta’ Delimara u l-interconnector se jieħdu post il-Marsa fiż-żmien stipulat mill-Large Combustion Plant Directive.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20279 u 19548 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali rispettivament u issa ġew riferuti lilu u ċioe: B’referenza għall-iskall li hemm qrib il-Marina l-Imsida, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex is-sidien tad-dgħajjes ikunu jistgħu jibqgħu jtellgħu u jniżżlu d-dgħajjes tagħhom fil-baħar mingħajr xkiel, fl-inħawi quddiem il-Lucky Bar, billi minħabba li hemm ħafna karrijiet fin-nofs u speed boats mitfugħin għall-bejgħ qed jiġu mxekkla milli jagħmlu dan? Dan l-ilment qed jitressaq f’isem għadd ta’ sidien tad-dgħajjes Misidjani.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed ngħaddi l-ilment tal-Onorevoli Interpellant lill-Kunsill Lokali tal-Imsida sabiex il ħafna karrijiet fin-nofs u speed boats mitfugħin għall-bejgħ li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant jiġu ikkontrollati permezz tal-infurzar neċessarju.
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 20248 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed tiġi riferuta lilha u tagħti din l-informazzjoni dwar it-Teachers & Parents Fusion ESF Project Tender - ECDL Courses & Certification:
a) kemm kien il-
budget
oriġinali għal din it-
tender
;
b) kemm applikaw ġenituri, teachers u studenti u kemm fil-fatt attendew;
ċ) min huma in-nies, u minn liema dipartiment ġejjin, li qed jimmaniġjaw il-proġett għan-nom tal-Ministeru u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni;
d) kemm fil-fatt se jiġi jqum il-kuntratt li ġie ffirmat u x'kienu s-savings vis-à-vis l-budget oriġinali;
e) jista' jgħid jekk dawn is-savings hux se jiġu utilizzati biex jidħlu applikanti oħra, inkluż teachers, li jistgħu jkunu interessati f'dawn il-courses;
f) x'qed iżomm lill-Ministeru li joħroġ call oħra jekk il-flus li ġew ibbagitjati oriġinarjament mhux se jintnefqu kollha għall-ewwel kuntratt aktar u aktar meta dawn il-flus ġejjin minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-proġett li jġib l-isem: Parents and Teachers Fusion ICT Training Programme.
Il-budget globali tal-Proġett kollu kien € 670,000 VAT inkluż. Dan il-budget hu maqsum f’sitt voti.
1. Tender għat-tagħlim u kiri għall-laboratorji tal-kompjuters li kien jammonta għal €494,775 VAT eskluż.
2. Tender għal Publicita’ : €24,031.34 VAT eskluż.
3. Xiri ta’ Skills Cards : €35,238.98 VAT eskluż.
4. Tender għas-servizz ta’ Child Caring : €15,365 VAT eskluż.
5. Tender għal-kiri ta’ Sala għal preżentazzjoni taċ-Ċertifikati u riċevimenti : €4,418.94 VAT eskluż.
6. Tender għal Project Management : €33,414.12 VAT eskluż.
Applikaw 2,080 ruħ u 1,704 bdew il-kors. Il-proġett kellu l-għan li jilħaq 1,700 applikant.
Il-proġett qed jiġi mplimentat mill-kumpanija “
Outlook Co-Op
” li rebħet it-tender għall-immaniġġjar tal-proġett kif ukoll mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning.
Kif ġie indikat aktar kmieni fit-tweġiba, it-targets tal-Proġett intlaħqu u n-numru ta’ applikanti huwa dak li kien ippjanat. Il- prassi stabilita hi li l-flus li jibqa’ ma jintilfux iżda jiġu allokati għall-proġetti oħra. Ikun għaqli li wieħed jistenna sentejn oħra biex b’hekk tikber id-domanda biex jiġi organiżżat kors ieħor ta’ dan il-kalibru. Ta’ min jinnota li korsijiet għall- għalliema jsiru b’mod regolari kull sena.
M’hemmx xhieda li hemm talba kbira biżżejjed biex terġa’ toħroġ ‘call’. Ta’ min isemmi li fil perjodu 2004 – 2006 kien sar training ta’ l-istess natura (ECDL) u li kellhom jgħaddu tlett snin sabiex ikun hemm konkorrenza biżżejjed biex jinbeda dan il-proġett.