Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21591 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Spetturi tal-Ambjent - proċeduri legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 20335 dwar proċeduri legali li ttieħdu mis-sena 2002-2009 wara li spetturi tal-ambjent tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabu każi ta': a) tniġġiż; b) ħsara jew qtil ta' speċi protetti; ċ) twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ; d) scrap yards illegali; e) tħaddim ta' impjanti mhux skont ir-regoli ambjentali u rimi ta' skart? Kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi mill-Qorti u f'kemm minn dawk deċiżi l-akkużati nstabu ħatja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tlabt lill-MEPA biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Pre Budget consultation document

Question

Billi fil-Pre Budget Consultation Document issemma li jeżisti green economy working group, jista' l-Ministru jgħid meta twaqqaf? Minn min huwa kompost u lil min jirrapporta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bl-għan li nlaħqu ma’ l-isfidi li qegħdin naffaċjaw illum mill-att ambjentali u biex inħarsu l-ambjent ta’ madwarna għalina u għal-ġenerazzjonijiet futuri, il-gvern iddeċieda li jwaqqaf il-Green Economy Steering Group biex jeżamina opportunitajiet dwar x’jeħtieġ isir f’dan il-qasam. Dan il-Grupp twaqqaf mal-ewwel laqgħa jiġifieri fid-29 ta’ Settembru 2010. Huwa kompost minn individwi esperti fl-oqsma ta’ l-arkitettura, inġinerijja, turistiku u kif ukoll fil-qasam xjentifiku. Il-grupp jirraporta liċ-Chairman, is-Sur Robert Arrigo bħala rappreżentant politiku tal-Gvern.

Pre Budget Consultation Document — Green Economy Policy Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proposta tal-Pre Budget Consultation Document biex jitwaqqaf Green Economy Policy Unit?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-grupp ta’ ħidma dwar il-green economy għadu għaddej. Dak li ġie ppubblikat fid-dokument ta’ qabel il-budget huwa rapport b’diversi orjentazzjonijiet u proposti li, fost oħrajn, qegħdin jiġu diskussi fi ħdan dan il-grupp. Deċiżjoni dwar il-proposta li hemm għat-twaqqif ta’ Green Economy Policy Unit tittieħed meta r-rapport finali tal-grupp jiġi jitlesta u jiġi ppreżentat lill-gvern.
Leg 11 PQ #21455 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — enforcement officers

Question

Jista' Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm enforcement officers għal Malta u Għawdex fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-qasam ambjentali? Kemm kien hemm fis-sena 2008 u 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

NSO — fees u chargers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-fees u charges li jżomm l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika lir-riċerkaturi kull meta jitolbu xi statistika għall-finijiet ta' riċerka?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għandu dokument jismu ‘Policy on Pricing for the Provision of Information’. Dan id-dokument jaġixxi ta’ gwida, kemm għall-istaff tal-Uffiċċju kif ukoll għall-persuni u l-entitajiet li jagħmlu użu mill-istatistika, rigward xi cost-recovery charges li jista’ jżomm l-Uffiċċju għal xi talbiet għall-informazzjoni. Għaldaqstant, huwa dokument pubbliku u wieħed jista’ jkollu aċċess għalih mill-website tal-NSO: http://www.nso.gov.mt/docs/Pricing_for_the_Provision_of_Information.pdf Il-kunċett ewlieni li hija msejsa fuqu din il-politika huwa bilanċ bejn il- public good obligations u l- user pays principle . L-informazzjoni kollha li jippubblika l-NSO titqies bħala public good ; għalhekk, hija aċċessibbli għal kulħadd mingħajr ħlas. Każi fejn isiru talbiet għal informazzjoni addizzjonali, jew aktar fid-dettall, huma suġġetti għal cost-recovery charge skont ir-rati mniżżla fid-dokument imsemmi. Ta’ min jagħmel aċċenn li l-intenzjoni mhux li jsir xi qligħ, imma li jkunu koperti s-sigħat meħtieġa biex tkun maħduma u pproċessata l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #21491 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — filming fid-Dwejra

Question

Indipendentement minn kull investigazzjoni li tista' qed issir, jista' l Prim Ministru jgħid: a) min kien responsabbli biex ħareġ l-permess għall- filming fid-Dwejra mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar; b) min iffissa l-garanzija baxxa li ntalbet; u ċ) min kien responsabbli mill-monitoraġġ tax-xogħol on site li kien qed isir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21492 Sitting 287 2010-11-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Dwejra - Management Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie approvat il-Management Plan tad-Dwerja Għawdex? Min kien responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Finanzi li l-Gvern jagħti lill-PBS

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20703, fejn il-Ministru tat dettalji għas-snin 2007/2008 u 2008/2009, tista' l-Ministru tagħti dettalji għas-snin 2009/2010 għax dawn diġà intnefqu u għas-sena 2010/2011 għax diġà kommessi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-PBS tkun tista’ tissottometti d-dettalji mitluba għas-snin 2009/2010 u 2010/2011 meta jiġu awditjati.

PBS — trasferiment ta' TVM u Radju Malta

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat bejn il-Public Broadcasting Services u l-Maltacom għat-trasferiment ta' TVM/Radju Malta lill-Public Broadcasting Services?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma jeżisti l-ebda ftehim bejn il-Public Broadcasting Services u l-Maltacom għat-trasferiment ta’ TVM/Radju Malta lill-Public Broadcasting Services.

KSI — subvention

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-subvention tal-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma s-sena li għaddiet? Il-Korporazzjoni ħallset id-djun kollha tagħha fuq investiment speċjalment f'reverse osmosis membranes u energy recovery devices?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

WSC — Tal-Barkat - sewage treatement plant

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-projected total cost tas-sewage treatement plant ta' Tal-Barkat? Minn din is-somma, kemm se jiġu funded mill-Unjoni Ewropea u kemm mill-kontribuzzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nnifisha? X'inhuma l-annual operation costs maħsuba għal dan l-impjant ġaladarba jibda jopera s-sena dieħla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ f’Ta’ Barkat se jiswa madwar 58 miljun Ewro (VAT eskluż). 48.1 Miljun Ewro minn din in-nefqa kapitali se jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja. Huwa stmat li l-ispiża annwali sabiex jopera l-impjant se tammonta għal madwar 5.6 miljun Ewro.

KSI — sewage tarrif

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar is-sewage tariff? Kemm kien l-ammont totali tat-tariffa s-sena li għaddiet? X'kienet is-subvention tal-gvern is-sena li għaddiet dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għas-sewage costs?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Jannar tal-2010 it-tariffa tal-ilma bdiet tinqasam biex tirrifletti l-proporzjon għall-konsum tal-ilma u d-dranaġġ. Dan sar mingħajr ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi għall-konsumatur. Is- subvention tal-Gvern fl-2009 kienet kif jidher fit-tabella li qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21449 Sitting 286 2010-11-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — investigazzjoni fuq il-każ ambjentali tad-Dwejra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta bdiet l-investigazzjoni dwar il-każ ambjentali tad-Dwejra min-naħa tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Din ġiet imnedija minn rajh jew fuq talba tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21453 Sitting 286 2010-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hazardous Waste Landfill — IPPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta nħarġet l-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Hazardous Waste Landfill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21454 Sitting 286 2010-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — Hexagon House - enforcement tal-IPPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'moniteraġġ qed isir fuq l-enforcement tal-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Waste u l-firms qrib il-Hexagon House il-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21053 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern, f’każijiet bħal dawn, jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi ikunu jistgħu ibiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Leg 11 PQ #21273 Sitting 285 2010-11-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa f'Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissjoni Ewropea — EU economic governance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20768 u jgħid x’inhi r-reazzjoni preliminari tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-EU economic governance?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi b’mod ġenerali u mingħajr preġudizzju, il-Gvern Malti jaqbel mal-għan prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni b'rabta mat-tisħiħ tal-immaniġġjar ekonomiku. Iżda, l-pożizzjoni speċifika u dettaljata tal-gvern dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea f’dan il-qasam għandha tingħadda fil-ħin u fil-laqgħat adatti għal dan il-għan wara li issir l-analiżi meħtieġa.

Enemalta — customer friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Korporazzjoni Enemalta tistax tuża customer friendly measures aktar effettivi meta jkun se jsir qtugħ tad-dawl ħalli tiżgura li kull qtugħ ippjanat jiġi avżat lin-nies f'mod xieraq bil-quddiem? Bejn is-Sibt li għadda u llum kien hemm żewġ okkażżjonijiet ta' qtugħ estensiv f'Forrest Street u Wied il-Għomor San Ġiljan? Jista' jgħid fejn u liema ġurnali dehru dawn l-avvizi tal-qtugħ tad-dawl? Jekk huwa minnu li jeżisti text messaging system biex in-nies jiġiu infurmati bil-quddiem dwar qtugħ simili x'inhi l-proċedura u l-pubbliku in ġenerali kemm jaf b'dan? X'inhu l-iskop li l-Korporazzjoni Enemalta titlob lil min iċempel dwar qtugħ tad-dawl biex jiċċekja online mal-Korporazzjoni Enemalta meta l-individwu/familja lanqas biss ikollhom servizz tad-dawl biex jinxtgħel id-desktop?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni bħalissa tuża diversi metodi biex tavża lill-konsumaturi dwar qtugħ ta’ dawl ippjanat minħabba manutenzjoni. Minn jumejn qabel, il-lista ta’ toroq milqutin tiġi mibgħuta lid-diversi gazzetti. Barra minn hekk kull meta jidħol il-pjan tal-qtugħ (minn 3 ijiem sa xahar qabel), dan jiġi uploaded mill-ewwel fuq il-websajt tal-Korporazzjoni. L-Enemalta tejbet ukoll is-servizz tal-SMS u bdiet ukoll servizz ta’ “RSS Feed ”. Konsumaturi jistgħu japplikaw għal dawn iż-żewg servizzi facilment, mingħajr ħlas, permezz tal-websajt. Meta japplikaw għas-servizz tal-SMS, huma jiġu notifikati jumejn qabel m’għandu jinqata’ d-dawl fit-triq tagħhom. Ta’ min jgħid ukoll li l-“RSS Feed ” tiġi meħudha mill- information channels , kemm tal-GO kif ukoll tal-Melita u dawn juru l-lista sħiħa tal-qtugħ kollu li jkun pjanat għall-ġimgħa ta’ wara. Fil-każ ta’ Forrest Street u Wied il-għomor, San Ġiljan, f’dawn iż-żewg każijiet kien hemm talba mill- works division biex isir xogħol urġenti u estensiv li għalih l-Enemalta kellha ċċaqlaq xi arbli. Il-Korporazzjoni kellha tikkordina x-xogħlijiet mal-GO u l-Melita u meta l-ftehim intlaħaq nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Novembru ħarġet is- suspension notice għas-Sibt, 6 ta’ Novembru u l-Erbgħa 10 ta’ Novembru. Din tal-aħħar dehret fil-postijiet imsemmijja qabel.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni dwar l-ilma tas-sewage section

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-sewage section kemm qed tiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sena? Ir-Reverse Osmosis System kemm tiswa lill-Kaxxa ta’ Malta biex tiġġenera l-ilma li tiġġenera? X’kien it-total cost ta’ potable water production is-sena li għaddiet f’mod distint bejn ir-reverse osmosis u ground water? Kemm ġie prodott ilma miż-żewġ sorsi s-sena li għaddiet? Kemm minn dan l-ilma ġie billed? X’persentaġġ tal-ilma prodott ġie mitluf minħabba real u apparent losses?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.