Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21611 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — ħaddiema fuq Air Quality Plan

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies bħalissa u kemm kien hemm nies fix-xhur mgħoddija fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jaħdmu fuq il-moniteraġġ tal-Air Quality Plan? X'inhu l-istatus tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b'kollox hemm 7 minn nies jaħdmu fuq xogħol relatat mal-kwalità tal-arja. • Ħamsa minn dawn is-sebgħa jaħdmu fuq il-monitoroġġ tal-kwalità tal-arja. Li il-gradi ta' dawn il-persuni huma Senior Environment Protection Officer, 2 Environment Protection Officers u 2 Environment Protection Technicians. • It-tnejn minn nies l-oħra li huma, Senior Environment Protection Officer u Environment Protection Officer li jaħdmu fuq il-politika dwar il-kwalità ta' l-arja. Parti mix-xogħol ta' wieħed minn dawn il-persuni, huwa li fost affarijiet oħra jieħu ħsieb il-monitoraġġ tal-pjan dwar il-kwalita tal-arja. Issa li il-pjan għall-Kwalità tal-Arja tħejja, xogħol il-MEPA huwa li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan. Ta min jfakkar li ħafna mill-miżuri li hemm inklużi f'dan il-pjan iridu jiġu implimentati minn entitajiet oħra, per eżempju il-miżuri li huma rrelatati mat-trasport (il-maġġoranza tal-miżuri) jridu jiġi implimentati mit-Transport Malta.

Kummissjoni Ewropea — EU economic governance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni preliminari tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-EU economic governance?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21277.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern f’każijiet bħal dawn jidħol garanti fil-kuntratt favur ix-xerrej biex almenu dawn l-individwi jkunu jistgħu ibiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ma jistgħux isiru minħabba li l-Gvern għalkemm qiegħed jamministra l-art bis-saħħa tal-esproprju għadu mhux is-sid tal-art. Madankollu, ħafna mill-persuni li żviluppaw il-plot u qegħdin jirrisjedu fiha xorta waħda jistgħu jbiegħu il-proprjetà tagħhom għax l-Awtorità tad-Djar tħalli lil dawn il-persuni jagħmlu ċessjoni tad-drittijiet, dan dejjem jekk huma jkunu onoraw l-obbligi kollha tal-konvenju u l-persuni li ser jassumu d-drittijiet, ikunu lesti li jkomplu jonoraw il-kundizzjonijiet tal-istess konvenju.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni dwar l-ilma tas-sewage section

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-sewage section kemm qed tiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sena? Ir-Reverse Osmosis System kemm tiswa lill-Kaxxa ta’ Malta biex tiġġenera l-ilma li tiġġenera? X’kien it-total cost ta’ potable water production is-sena li għaddiet f’mod distint bejn ir-reverse osmosis u ground water? Kemm ġie prodott ilma miż-żewġ sorsi s-sena li għaddiet? Kemm minn dan l-ilma ġie billed? X’persentaġġ tal-ilma prodott ġie mitluf minħabba real u apparent losses?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif muri fit-tliet tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi l-istima tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ta’ l-ispejjeż għas-sena 2010 taż-żewġ sezzjonijiet rikjesti. Tabella B turi l-ispiża totali ta’ potable water production is-sena li għaddiet f’mod distint bejn ir-reverse osmosis u ground water, filwaqt li Tabella C turi l-produzzjoni u telf ta’ ilma miż-żewġ sorsi fis-sena 2009.

KSI — subvention

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien is-subvention tal-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma s-sena li għaddiet? Il-Korporazzjoni ħallset id-djun kollha tagħha fuq investiment speċjalment f'reverse osmosis membranes u energy recovery devices?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sussidju mogħti mill-Gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma is-sena li għaddiet kien kif jidher f’Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni ħallset djun relatati ma l-investiment fuq reverse osmosis u energy recovery devices, madankollu djun sat-30 ta’ Settembru jammontaw hekk kif jidher f’Tabella B li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rapport dwar addattazzjoni tal-klima — focus groups

Question

Qabel ma ġie finalizzat l-ewwel abbozz tar-rapport dwar addattazzjoni tal-klima, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħu l-focus groups dwar ilma, biodiversità, biedja, saħħa u politika soċjali kif oriġinarjament kien maħsub li kellu jsir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi il-mod kif tmexxa x-xogħol tal-Kumitat dwar l-Addattazjoni tal-Klima, kien illi barra il-laqgħat tal-Kumitat, iċ-Chairman, iltaqa' mal-membri individwali diversi drabi biex jiddiskuti temi partikolari skont lis-speċjalizzjazzjonijiet rispettivi tagħhom.. Barra minn dawn il-laqgħat, inżamm kuntatt kontinwu bejn il-membri tal-kumitat permezz tal-email.

Car scrapping — sustanzi perikolużi

Question

Billi se tibda titħaddem l-iskema tal-car scrapping jista' l-Ministru jgħid x'miżuri effettivi se jittieħdu biex jiġi żgurat li ma jirriżultawx sustanzi perikolużi f'xi scrap yards lokali li jistgħu jintużaw għal dan it-tip ta' scrapping diment li l-iscrapping se jsir lokalment? Fil-preżent, x'miżuri preventivi jittieħdu fir-rigward ta' kull car scrapping ieħor li diġà qed isir?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karrozzi li se jiġu scrapped taħt din l-iskema se jiġu trattati permezz ta’ kuntratt li għandha l-WasteServ ma’ end of life vehicle facililty. Din hi l-unika faċilità awtoriżżata mill-MEPA li tista' titratta end of life vehicles f’Malta. Din il-faċilità hija mgħammra bil-makkinarju u l-prekawzjonijiet kollha sabiex ma jsirx dannu lill-ambjent. Il-materjal li se jirriżulta mid-dismantling se jintbagħat għar-riċiklaġġ kif mitlub mill-liġijiet lokali kif ukoll dawk Ewropej.

Budget — karozzi hybrid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jaħseb li jagħmel sens li l-budget ma jiddistingwix bejn tipi varji ta' hybrids tant li fosthom jinkludi ukoll dawk SUV?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi Vetturi hybrid jistgħu jaħdmu b’ kombinazzjoni ta’ elettriku u diesel, jew petrol jew LPG. Il-politika tal-Gvern hi favur taxxa ta’ reġistrazzjoni li tinħadem fuq kriterji oġġettivi, bħal emissjonijiet, eċċ. u għalhekk tkun indipendenti mit-teknoloġija wżata u mit-tip ta’ vettura, eż. supermini, small-family, eċċ. Fil-każ ta’ vetturi ibridi hemm teknoloġija fejn il-mutur elettriku jassisti lill-magna konvenzjonali u hemm tekonoloġija fejn il-mutur elettriku u l-magna konvenzjonali jalternaw. Peress li hu difficli sabiex tistabilixxi jekk l-ammont tad-dijosidu tal-karbonju li hu ikkwotat fuq iċ-Ċertifikat ta’ Konformita’ jirrapreżentax il-medja ta’ emissjonijiet, jew biss meta l-vettura tkun qed taħdem bil-magna konvenzjonali, kien ġie deċiz li sakemm ma jiġix pruvat mod ieħor jingħata inċentiv fil-forma ta’ tnaqqis fid-dijossidu tal-karbonju. Dan kien ġie revist fil-budġit li għadda.

Rapport fuq electric cars

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport kummissjonat mill-gvern dwar electric cars tlestiex? Minn min tħejja? Jekk tlesta, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li r-rapport dwar l-electric cars se jkun konkluż fil-ġranet li ġejjien. Ir-rapport qed jitħejja minn kumitat li kont ħtart f’Lulju li għadda u li hu kompost minn Peter Mifsud (MRA), Benjamin Pule’(MRRA), Joe Cilia (Univ. of Malta), Anthony Borg (OPM – Parl.Secr. Chris Said), Herald Bonnici (MFEI) u David Sutton (TM).

Awditur Ġenerali — nuqqasijiet

Question

Billi l-Ministru qal fil-Parlament li l-Awditur Ġenerali kien sodisfatt bit-tweġibiet kollha tal-Ministeru tiegħek dwar in-nuqqasijiet li huwa kien identifika aktar kmieni dwar l-operat tiegħu, jista' jqiegħed il-korrispondenza kollha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li ntbgħat lill-Awditur Ġenerali. Mid-dokument tneħħew l-appendiċi minħabba li fihom jissemmew terzi persuni u allura huma koperti bil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data.
Leg 11 PQ #21594 Sitting 289 2010-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kastilja — Strategic Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqaf l-iStrategic Unit fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f'Kastilja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħsieb huwa li titwaqqaf fil-bidu tas-sena d-dieħla

Pre Budget Consultation Document — dedicated budget

Question

Billi fil-Pre Budget Consultation Document issemmiet il-proposta li jkun hemm a dedicated budget għall-ħolqien tal-green jobs, jista' l-Ministru jgħid x'sar minn din il-proposta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-issue ta’ green jobs qiegħda tiġi diskussa fil-Green Economy Steering Group. L-għan tal-ħolqien tal-green jobs mhux wieħed li joħloq biss green jobs ta’ livell għoli però l-għan huwa li jinħolqu green jobs fi kwalunkwe settur fis-soċjetà. Dan il-grupp se jkun anke qiegħed janalizza opportunitajiet ta’ kif xogħlijiet ordinarji li ma jaqgħux taħt il-kappa ta’ green jobs jistgħu jiġu alternati f’ dawn ta’ l-aħħar.

Mega Project Desertec

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta dwar il-Mega Project Desertec li dwaru diversi pajjiżi ġirien tagħna diġà urew interess qawwi fih?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Malta hi favur u tappoġġja proġetti ta’ enerġija li qed ikunu żviluppati fir-reġjun tal-Afrika ta’ Fuq.

Wind Farm Projects

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux lest li jintrabat li jippubblika l-istudji kollha qabel ma jieħu xi deċiżjonijiet strateġiċi dwar wind farm projects ta' ċertu daqs, speċjalment jekk ikun se javvera ruħu dak tas-Sikka l-Bajda?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant l-E.I.As jsiru kollha pubbliċi, wara l-emendi li kienu saru fl-2001 fl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Apparti minn hekk kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-konsultazzjoni pubblika hija parti integrali mill-proċess tal-EIA li proġett bhal dan jirrekjedi.

Rapport dwar il-mitigazzjoni tal-klima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-96 proposta tar-rapport dwar mitigazzjoni tal-klima diġà ġew implimentati aktar minn sena wara li ġie approvat ir-rapport mill-parlament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MRA — Dipartiment tal-Klima

Question

Billi bid-Dipartiment tal-Klima l-work load tal-Awtorità għar-Riżorsi Maltija se tiżdied sostanzjalment jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għall-proposta speċifika tal-Partit Laburista li qabel jiġi implimentat dan il-pass għandu jsir studju indipendenti mill-Management Efficiency Unit biex jiġi mgħarbel l-administrative capacity u anke l-istrengths and weaknesses tal-Awtorità nnifisha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-MRA diġà għaddejja b’taħditiet mal-entitajiet kkonċernati dwar ir-ristrutturar meħtieġ.

Mediċina Bastorel

Question

Billi naf b'pazjenti mill-Gżira li għamlu operazzjoni kemm tal-bypass u pacemaker li mhumiex isibu Bastorel 20mg in stock la l-Isptar Mater Dei, la ċ-Ċentru tas-Saħħa, l-Furjana u anki diversi spiżeriji tal-għażla tiegħek, jista' l-Ministru jindika x'jista jsir f'dawn iċ-ċirkostanzi?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Procurements ma jixtrix il-mediċina li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu biex ikun aktar speċifiku.

Sewage Treatment Plant — total cost

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-kuntrattur lokali li kien responsabbli biex iħaddem iċ-Ċumnija Sewage Treatment Plant tneħħa u l-gvern se jingaġġa kuntrattur barrani? Jekk dan hu minnu, tista' tagħti dettalji dwar l-ispejjeż ġodda nvoluti? X'kienu r-responsabbilitajiet tal-kuntrattur Malti? Kemm ġie trattat ilma mit-Treatment Plant s'issa? X'inhuwa t-total cost biex jopera t-Treatment Plant inkluża n-nefqa tal-pumping tas-sewage lejn it-Treatment Plant?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda tibdil fil-kuntrattur responsabbli għall-operat ta’ l-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ taċ-ċumnija. Sa l-aħħar ta’ Settembru 2010 ġie ttrattat 5.4miljun metru kubu ta’ drenaġġ fl-impjant minn meta beda jopera. L-ispiża annwali ta’ l-operat ta’ l-impjant taċ-ċumnija hija ta’ madwar 1.63 miljun Ewro fis-sena.
Leg 11 PQ #21590 Sitting 288 2010-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Permessi għad-Dwejra

Question

Billi normalment kull meta nħarġu permessi simili għal dak tad-Dwejra, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dejjem kellha site monitor, jista' l-Prim Ministru jgħid kienx hemm f'dan il-każ? Kemm kien hemm inspectors on site biex jwaqqfu minnufih xi infringements li setgħu irriżultaw kif spiss sar fl-imgħoddi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fil-każ imsemmi mill-Onor Interpellant kienu appuntati site monitors mid-Dipartiment ghall-Ippjanar u mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-MEPA in vista tan-natura tas-siti fejn kien issir l-iffilmjar. L-applikant kellu jagħti avviż li se jibda x-xogħol ġimgħatejn qabel dan jibda; peress li huwa ma tax l-avviż skond kif kien mistenni, is-site monitors ma kienux fuq is-sit meta saru x-xogħolijiet.