Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #21697 Sitting 294 2010-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hazardous Waste Landfill — IPPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21453 u jgħid meta nħarġet l-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Hazardous Waste Landfill?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-landfill tal-Hazardous Waste m’ għandux permess tal-‘Intergrated Pollution Prevention and Control’ , u għalhekk mhuwiex jopera. Għaddejjin diskussjonijiet tekniċi bejn il-Wasteserv u il-MEPA dwar il-varji waste streams li jistgħu jiġu ttrattati f’din il-faċilità la darba tibda topera.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21053 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern, f’każijiet bħal dawn, jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21053.

White Rocks — konsulenti fuq il-proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-konsulenti fuq il-proġett White Rocks kemm barranin kif ukoll il-legal advisor/s, perit/periti u financial consultants Maltin? Dawn il-konsulenti kif intgħażlu? B'direct order? Tista' tagħti lista sħiħa ta' konsulenti msemmija kif ukoll dwar xi ftehim finanzjarju u dettalji oħra milħuqa magħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21644.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — breakdown tal-costs u revenues

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21400 u jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tipprovdi breakdown tal-costs u revenues tagħha minn kull settur? B’liema rata l-korporazzjoni tħallas għall-elettriku f’euro/units? Kemm ġie kkunsmat elettriku mill-korporazzjoni fil-production plants tagħha mill-groundwater production sources u anki permezz tad-distribuzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21400.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — informazzjoni dwar l-ilma tas-sewage section

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21399 u jgħid is-sewage section kemm qed tiswa lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sena? Ir-Reverse Osmosis System kemm tiswa lill-Kaxxa ta’ Malta biex tiġġenera l-ilma li tiġġenera? X’kien it-total cost ta’ potable water production is-sena li għaddiet f’mod distint bejn ir-reverse osmosis u ground water? Kemm ġie prodott ilma miż-żewġ sorsi s-sena li għaddiet? Kemm minn dan l-ilma ġie billed? X’persentaġġ tal-ilma prodott ġie mitluf minħabba real u apparent losses?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21399.

Naxxar – Sgħajtar – Konvenji tal-Plots

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21272 u 21053 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20214, jaf il-Ministru li hemm każijiet fejn il-proprjetarji għandhom bżonn ibiegħu l-proprjetà tagħhom (u fil-fatt sabu xerrej) u minħabba din is-sitwazzjoni ma jistgħux ibiegħu, liema sitwazzjoni qed toħolqilhom problemi kbar? Jista' jsib soluzzjoni, fis-sens li l-gvern f’każijiet bħal dawn jidħol garanti fil-kuntratt, favur ix-xerrej, biex almenu dawn l-individwi jkunu jistgħu jbiegħu l-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21053.

Malta Enterprise u Mimcol — premises ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21235 u jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex se timxi għal xi premises ġodda temporanji fil-ġejjieni qarib qabel ma tkun located fil-Corporate Village? Jekk iva, fejn u b'liema kirja? Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-MIMCOL?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li kif ġie ppublikat fi stqarrija uffiċjali f’Awwisu ta’ din is-sena, il-Malta Enterprise ser tirreloka l-uffiċċju tagħha fil-binja ta’ l-ex Institute of Health Care ta l-isptar San Luqa. Dan ser isir biex ikun jista’ jinbeda ix-xogħol fuq il-Life Sciences Centre. Din hija art pubblika u l-kirja għadha trid tiġi kkalkulata flimkien mad-dipartiment tal-artijiet. Il- MIMCOL se timxi għal Block Tower Area, The Point, Tigne. Il-kera għadha qed tiġi negozjata mal-Lands Dept.
Leg 11 PQ #21650 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21273, 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa' fi Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hijiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #21612 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

pubblikazzjoni tal-korrispondenza dwar tniġġiż tal-ħsejjes

Question

Jista' l-Prim Ministru jippubblika l-korrispondenza kollha li għaddiet mal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni tat-tniġġiż tal-ħsejjes għalkemm wieħed japprezza li uħud mill-problemi li qed jiffaċċja pajjiżna mhumiex koperti direttament mid-direttivi tal-istess tal-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li din il-korispondenza bejn il-Kummissjoni Ewropea u Malta tifforma parti minn proċedura legali (infringment procedure) kontra Malta u dan il-każ għadu għaddej u mhux konkluż: għalhekk il-gvern m’huwiex f’ pożizzjoni li jippublika din il-korrispondenza.
Leg 11 PQ #21613 Sitting 292 2010-12-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — spatial planning

Question

Billi meta ġiet approvata r-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien hemm qbil li l-spatial planning kellu jieħu post il-pjan ta' struttura appena tiġi approvata l-politika nazzjonali dwar l-ambjent, jista' l-Prim Ministru jgħid fi ħdan l-Awtorità, xi tħejjijiet qed jsiru biex ma jintilfx żmien żejjed biex pajjiżna jkun jista' jaqleb għall-spatial planning f'mod ħolistiku bl-inqas skossi possibbli iżda mingħajr telfien żejjed ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li f'dan l-istadju l-Awtorita' qegħda tevalwa x-xogħol li sar matul l-aħħar snin fuq ir-reviżjoni tal-Pjan Ta' Struttura sabiex dawn il-proposti jiġu aġġornati mal-liġi l-ġdida dwar l-ambjent u l-iżvilupp. Qed jsiru laqgħat mal-Kummissjoni li qed taħdem fuq il-Policy Nazzjonali tal-Ambjent filwaqt li qed jitfasslu l-oġġettivi speċifiċi għall-Pjan Strateġiku dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp biex jieħu post il-Pjan ta' Struttura li kien ġie approvat fl-1992. Nixtieq inżid li l-MEPA fl-iżvilupp ta’ pjanijiet u policies tal-passat, inkluż il-Pjan ta’ Struttura, kienet diġa’ tieħu in konsiderazzjoni l-aspett ħolistiku ta’ żvilupp.

Skola Primarja ta' Pembroke — Kotba tal-Malti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21175 fejn ġejt mgħarraf li l-uniku ktieb tal-Malti li t-tfal tal-iskola primarja ta' Pembroke huma mistennija jixtru huwa l-Qawsalla, ninsab infurmat li dawn ġew ordnati jixtru ukoll Qawsellinu u testi u testijiet. Tista' l-Ministru tinvestiga dan l-ilment ta' għadd ta' ġenituri minn San Ġwann?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mistoqsija Parlamentari 21175 speċifikat li l-uniku ktieb tal-Malti li jixtru l-istudenti tas-Sekondarja tal-Form IV fl-iskejjel statali huwa l-Qawsalla. Fl-iskola ta’ Sir Luiġi Preżiosi/Kulleġġ Santa Klara Sekondarja Bniet Pembroke l-istudenti tal-Form IV jiġu mħajjra jixtru l-kotba msemmija, Qawsallinu u Testi u Testijiet. Iżda jekk xi studenti jsibu diffikulta biex jixtru dawn il-kotba, dawn jiġu pprovduti mill-iskola.

MGI u MIMCOL — ministerial consent

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21250 u jgħid kemm hemm każijiet fejn l-MGI u l-MIMCOL talbu ministerial consent meta ġew biex jagħżlu jekk jaddottawx restricted jew negotiatied procurement procedures? Dan l-arranġament kemm ilu fis-seħħ? Sal-lum, kien hemm każijiet fejn dawn bagħtu r-rapport annwali ta' kull kuntratt pubbliku mogħti lid-direttur tal-kuntratti? Min-naħa l-oħra kien hemm każijiet fejn id-direttur tal-kuntratti nnifsu talab rapport simili, u jekk iva meta? Billi dan l-aħħar, il-Ministru għarraf lill-Kamra li saru arranġamenti biex dawn it-tender documents ikunu skrutinizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti qabel jiġu ppubblikati, jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx mill-bidu jew fi stadji ulterjuri? Jekk fi stadju ulterjuri, meta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

White Rocks — negozjati

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'’liema stadju waslu n-negozjati dwar il-proġett White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati għadhom għaddejjin u l-informazzjoni dwarhom tingħata ladarba jkunu konklużi.

White Rocks — negotiating team

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-membri tan-negotiating team dwar il-proġett White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati dwar il-proġett tal- White Rocks Sports & Leisure Village għadhom għaddejjin. Huwa fl-interess tal-pajjiż u tal-komunita’ sportiva li se tgawdi minn dan il-progett li dawn in-negozjati jseħħu f’ambjent seren biex jinkisbu l-aħjar riżultati possibli. Informazzjoni dwar il-proċess u dwar l-eżitu ta’ dawn in-negozjati tingħata fiż-żmien opportun, jiġifieri meta n-negozjati mal-proponenti jiġu konklużi u konsegwentament il-Gvern ikollu proposta dettaljata xi jressaq għall-approvazzjoni ta’ dan il-Parlament.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — breakdown tal-costs u revenues

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tistax tipprovdi breakdown tal-costs u revenues tagħha minn kull settur? B’liema rata l-korporazzjoni tħallas għall-elettriku f’euro/units? Kemm ġie kkunsmat elettriku mill-korporazzjoni fil-production plants tagħha mill-groundwater production sources u anki permezz tad-distribuzzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport Annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fis-sit elettroniku tagħha fejn jinsab aċċess għall-accounts awditjati sal-perijodu jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2008. L-accounts tal-2009 għadhom qed jiġu awditjati. Il-Korporazzjoni tħallas għall-elettriku b’rata non-residential. Il-konsum ta’ l-elettriku fl-2009 kien kif qed jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21606 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — implimentazzjoni u enforcement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-preżent u kemm kien hemm fis-snin 2008-2009 li xogħolhom huwa li jiżguraw l-implimentazzjoni, l-enforcement u rispett sħiħ lejn l-obbligi tal-Integrated Pollution Prevention and Control Permits maħruġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill Onorevoli interpellant li fil-Unit għall-Permessi Ambjentali u Industrija, li taħta jaqgħu r-responsabbiltà tal-ħrug tal-permessi tal-IPPC, hemm jaħdmu 8 persuni. Fl 2008 u 2009 l-ammont kien l-istess.
Leg 11 PQ #21607 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power Station ta' Delimara — audit report

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-audit report li kellu jsir aktar kmieni din is-sena fuq il-Power Station eżistenti ta' Delimara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA qiegħda tippjana li l-audit tal-power station ta’ Delimara jsir is-sena d-dieħla għall-ħabta ta’ Marzu, fl-għeluq is-sena mill-ħruġ tal-permess.
Leg 11 PQ #21608 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Socio Economical impact study

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-gvern għas-suġġeriment tal-Partit Laburista biex jitfassal socio economical impact study dwar il-biodiversità f'pajjiżna vis-à-vis s-setturi ekonomiċi kollha u anke fil-kuntest tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja ta' pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern lest jikkunsidra s-suġġeriment mressaq mill-Oppożizzjoni fil-qafas tax-xogħol li għaddej bħalissa għat-tfassil ta’ Strateġija u Pjan Nazzjonali għall-Biodiversità. Ikun tajjeb kieku studju bħal dan jikkumplimenta fuq bażi lokali dak li qed jsir f’livell internazzjonali permezz tal-istudju TEEB (The Econonomocs of Ecosystems and Biodiversity Study).

Università ta' Malta — skills għall-qasam ambjentali u tal-klima

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandhom l-Università ta' Malta u s-settur edukattiv kollu kemm hu biex f'pajjiżna jkollna l-iskills meħtieġa għall-ġejjieni fil-qasam ambjentali u tal-klima?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #21610 Sitting 291 2010-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — State of the Environment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjan ta' azzjoni għandhom il-gvern u/jew l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jimplimentaw ir-rakkmandazzjonijiet tal-Istate of the Environment Report 2008 tal-istess Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rakkmandazzjonijiet ta' l-iState of the Environment Report se jittieħdu in konsiderazzjoni fit-tfassil tal-Plan Nazzjonali dwar l-Ambjent, speċjalment għal dawk l-aspetti li mhumiex koperti mid-Direttivi tal-UE. Għal dawk l-aspetti li huma koperti minn Direttivi Kommunitarji, dawn id-direttivi jipprevedu pjan ta' azzjoni fi żmien definit sabiex jiġu indirizzati dawn l-issues.