Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każ tad-Dwejra, l-materjal li ripetutament bosta persuni inklużi s-Segretarju Parlamentari de Marco nnifsu irreferew għalih bħala sand fil-verità kien ramel tal-qawwi magħruf aħjar bħala corraline limestone material u mhux marine sand?
każ tad-Dwejra — review indipendenti dwar l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-iffilmjar fuq siti sensittivi
Question
Billi l-Onor. de Marco qal li se jagħmel review indipendenti dwar l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet ġodda għall-iffilmjar fuq siti sensittivi bħal fil-każ tad-Dwejra, jista' l-Prim Ministru jgħid meta inbeda jew se jinbeda dan ir-review, min huma l-membri tiegħu li se jfasslu r-rapport u/jew jiġu kkonsultati, kif ukoll it-terminu ta’ żmien – deadlines - li dan il-proċess mistenni jieħu u jekk ir-riżultat aħħari huwiex se jsir pubbliku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-review sar mill-Professur Kevin Aqiulina u Dott. Simone Borg. Ix-xogħol fuq ir-review beda fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. Dawn l-esperti kkonkludew ix-xogħol tagħhom.
Il-Gvern ser jevalwa dan ir-rapport, ir-rapport tal-Awditur u r-rapport tal-esperti indipendenti li ġew imqabbda biex jevalwaw il-ħsara li setgħet saret fis-sit, qabel jiddeċiedi fuq passi ulterjuri. Tajjeb wieħed ifakkar li l-każ li jinstab li saret ħsara b’ riżultat ta’ nuqqas min-naħa tal-applikant, il-MEPA ser tesiġi li l-applikant jagħmel tajjeb għall-ħsara. Ir-rapporti se jiġu ppublikati.
monitoraġġ tas-sit tad-Dwejra waqt l-iffilmjar on site
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kellu jieħu ħsieb il-monitoraġġ tas-sit tad-Dwejra waqt l-iffilmjar on site, l-uffiċjal/i tat-Direttorat tal-Ambjent jew tal-Ippjanar? Huwa minnu li minflok ma dan sar kif suppost minn dik tal-Ambjent sar minn dik tal-Ippjanar? Jekk iva, ix-xogħol li sar mill-persuna mid-Direttorat tal-Ippjanar x’kwalifiċi għandha fuq l-ambjent naturali?
reazzjoni uffiċjali dwar id-diskors tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali
Question
Filwaqt li wieħed għandu jirrispetta l-indipendenza tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-Gvern Malti għad-diversi punti mqajmin fid-diskors tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta huwa istituzzjoni indipendenti u l-Gvernatur għandu d-dritt għall-opinjonijiet tiegħu, minkejja li l-Gvern mhux neċessarjament jaqbel magħhom.
Il-Ministru kellu l-opportunità li jwieġeb għal diversi punti mid-diskors tal-Gvernatur fid-diskors tiegħu li għamel fl-istess okkażjoni.
Kien hemm numru ta’ punti li dwarhom il-Ministru esprima l-qbil tiegħu mal-Gvernatur fosthom dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkompli jimxi fit-triq tas-sostenibbiltà finanzjarja billi jnaqqas id-defiċit u dwar il-bżonn li nsaħħu l-kompetittività ta’ pajjiżna b’mod partikolari billi ngħinu lill-intrapriżi tagħna jaċċessaw swieq barranin.
Għall-kuntrarju, diġa ntqal pubblikament li l-Gvern ma jaqbilx ma’ proposti oħrajn tal-Gvernatur, b’mod partikolari l-proposta li l-istipendju jingħata biss lill-istudenti li ġejjin minn familji ta’ dħul baxx. Il-Gvern iħares lejn l-istipendju bħala inċentiv u investiment li jiżgura li aktar persuni jkomplu jistudjaw. Minkejja r-riżultati pożittivi miksuba f’dan is-sens, il-Gvern jemmen li biex pajjiżna jibqa’ kompetittiv irid aktar persuni jkomplu jistudjaw u jitħarrġu, u għalhekk se jkompli jsaħħaħ din is-sistema.
Billi minkejja li ftit ilu kien sar tindif ta' Wied il-Għomor faċċata ta’ Ugo Carbonaro Str., San Ġwann, xorta waħda għad hemm ħafna tankijiet taż-żejt msaddin flimkien ma' skart ieħor goff, jista' l-Ministru jara li ssir tindifa oħra mill-ġdid, u idejalment fuq bażi regolari, għalkemm napprezza li dan jiddependi ukoll fuq il-koperazzjoni tal-pubbliku in ġenerali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li t-tneħħija ta’ tankijiet minn żoni rurali hija kontrollata taħt Avviż Legali 169 ta 2004 li tagħha hija responsabli l-MEPA. Id-dipartiment tal-Parks, Afforestazzjoni, Restawr tal-Kampanja u Inizjattivi jneħħi tankijiet u affarijiet oħra simili mill-kampanja fuq avviż li tkun ħarget l-MEPA.
Billi fil-każ tal-Mistra li kienet Natura 2000 site, kif ukoll fir-rapport tiegħu l-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien stqarr li kien hemm bżonn ta' appropriate assessment, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm assessment simili fil-każ tad-Dwejra? Jekk le, min se jerfa' r-responsabbiltà diretta għal dan in-nuqqas?
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ntebħet li saret il-ħsara fid-Dwejra? Dan billi s-Sur M. Seychell qal li kien fit-28.10.10 filwaqt li d-Direttur tal-Ippjanar, is-Sur Chris Borg ta' l-istess awtorità stqarr li dan sar fl-14.10.10?
Jista' l-Prim Ministru jara jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tistax tikkonferma l-allegazzjoni li ma ħadet ebda azzjoni qabel ma dehru rapporti fil-media dwar il-każ Dwejra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Malta Enterprise hijiex se timxi għal xi premises ġodda temporanji fil-ġejjieni qarib qabel ma tkun located fil-Corporate Village? Jekk iva, fejn u b'liema kirja? Jista' jagħti din l-istess informazzjoni għall-MIMCOL?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21649.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21454 u jgħid x'moniteraġġ qed isir fuq l-enforcement tal-Integrated Pollution Prevention and Control tal-Waste u l-firms qrib il-Hexagon House il-Marsa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li hemm tlett operaturi prinċipali fil-viċinanzi ta' Hexagon House. Dawn huma Waste Oils Ltd, l-MOBC u l-Enemalta.
Rigward l-IPPC maħrug lill Waste Oils Ltd dan il-permess inħareġ għal perjodu ta' 6 xhur. Dan il-permess iffoka fuq l-iktar bżonnijiet immedjati biex jiġi kkontrollat it-tniġġis minn dan l-impjant. Matul din is sena, il-MEPA għamlet numru ta' spezzjonijiet biex taċċerta li l-operatur qiegħed jimxi ma' l-obbligi tal-permess. Fejn kien hemm bżonn il-MEPA esiġit li jittieħdu passi biex isiru rimedji neċessarji. Il-Kumpanija għamlet talba ghat-tiġdid tal-permess, li qed tiġi evaluwata mill-MEPA fejn ser jiħi enfasizzat it-tisħiħ tax-xogħol li diġa sar biex jassigura li jsir iktar progress fuq il-moniteraġġ ta' dan is-sit.
Rigward l-installazjonijiet l-oħra, li huma l-MOBC u l-Enemalta jikkwalifikaw ukoll għal permessi ambjentali u permess skond ir-regolamenti ta' l-IPPC rispettivament. L-applikazjoni għall permess ambjentali ta' l-MOBC qiegħda tiġi proċessata u fir-rigward ta' l-Enemalta, din hija koperta b'permess ta' l-IPPC.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21401 jgħid kemm kien is-subvention tal-gvern lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma s-sena li għaddiet? Il-Korporazzjoni ħallset id-djun kollha tagħha fuq investiment speċjalment f'reverse osmosis membranes u energy recovery devices?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21401.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ammonta l-average net pay għal kull grad fil-gradi ta' ATCO S, ATCO 3, ATCO 2 u ATCO 1, sena b'sena għas-snin 2009 u 2010 s'issa? Għall-istess impjegati, kemm kienu s-sigħat ta' overtime matul l-2009 u l-2010 s'issa (total għal kull sena)? Kemm intilfu ġranet ta' xogħol minħabba sick leave li ttieħed mill-istess gradi matul l-2009 u l-2010 s'issa (total għal kull sena)? Qed jikkonsidra li jżid in-numru ta' ATCOs?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid jgħid li l-kumpanija għandha ftehim mall-Union li timpjega mhux aktar minn 55 ATCOs. Għaldaqstant din il-kundizzjoni hija suġġett li l-ATCOs iżommu r-ratings kollha tagħhom, sabiex ikun hemm il-flessibilità biex jinżamm il-kumpliment meħtieġ. Sakemm l-ATCOs iżommu r-ratings, il-kumpanija m’għandhiex ħtieġa biex timpjega iżjed kontrolluri.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jagħmilx sens li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjentu l-Ippjanar tikkunsidrax li toħroġ permess, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, lill-Awtorità tad-Djar fi Triq Lumija San Ġwann, qrib Triq Akacia San Ġwann sabiex tibni żewġ flats fuq xulxin fuq maisonette minflok dar abbandunata meta r-residenzi kollha fl-inħawi huma ta żewġ sulari, u dan b'dannu għal veduta tan-nies li joqogħdu faċċata u qrib dan il-bini proġettat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni li ssottomettiet l-Awtorità tad-Djar għas-sit fi Triq Lumija San Ġwann, qrib Triq Akaċia San Ġwann, hi għal binja residenzjali ta' tlett sulari. Id-Direttorat tal-Ippjanar qed jirrakkomanda din il-proposta minħabba l-fatt li tikkonforma mal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Port kif ukoll mal-'policies' ġenerali tal-Pjan ta' Struttura. Id-deċizjoni dwar din l-applikazzjoni għadha pendenti u għad trid tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Għall-Kontroll Tal-Iżvilupp.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-possibilità flimkien mad-dipartimenti kkonċernati dwar jekk fil-każ tal-iskola ta' San Ġwann fejn jinżamm ħafna ilma tax-xita, jistgħux jsiru culverts sabiex l-ilma jista' jiġi re-directed lejn il-bjar minn ġewwa l-iskola nnifisha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija hemm żewġt ibjar żgħar li jilqgħu l-ilma tas-soqfa tal-iskola. Fil-preżent mhux qed iżommu l-ilma għax għandhom bżonn it-tiswijiet. It-tiswijiet ġew irraportati sabiex ikunu jistgħu jitranġaw biex b’hekk l-ilma tagħhom ikun jista’ jerġa jintuża mill-ġardinara. Ninsab infurmata li mhux rakkomandat illi r-run-off watertal-madwar jiġi ddevjat ġewwa l-iskola.
Malta Film Commission — reazzjoni dwar l-iskandlu ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Malta Film Commission għall-iskandlu ambjentali tad-Dwejra in konnessjoni mal-ffilmjar li sar hemmekk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Film Commission temmen li għandu jsir minn kollox sabiex il-wirt srotiku u naturali ta’ pajjiżna jibqa jitgawda mill-ġenerazzjonijiet li ser jiġu warajna. Il-Kummissjoni temmen ukoll li dan il-wirt, huwa wieħed mill-aspetti li jattiraw din l-industrija lejn pajjiżna u għalhekk qatt ma jista’ jkollha reazzjoni pożittiva għal inċident bħal dak tad-Dwejra.
Il-Kummissjoni temmen li l-benefiċċji li jħallu warajhom produzzjonijiet li jirnexxielna nattiraw lejn Malta huma kbar kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma nfieq dirett, impjiegi, kif ukoll “spin-off effects”. Madanakollu, meta wieħed jikkunsidra dawn il-benefiċċji, wieħed irid isib il-bilanċ sabiex ma jittieħdux riskji żejda.
Filwaqt li l-Kummissjoni ma tixtieq qatt li jirrepeti ruħu inċident bħal dan, temmen li dan huwa inċident isolat. Il-ħafna produzzjonijiet li ħadmu ġewwa pajjiżna fis-snin li għaddew, normalment mhux talli ma jħallux impatt ħażin fiz-zoni li jsir il-filming, iżda jitħalla ambjent aħjar minn dawk li jkun oriġinarjament instab.
Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, Artiklu 3 ma japplikax għall-Membri tal-Korp tal-Pulizija, meta l-istess proviso tal-istess Artiklu 3 jgħid, li "rigward saħħa u sigurtà fil-każ ta’ Membri tas-Servizzi Pubbliċi hawn aktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi"?
Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta’ dan il-proviso il-Membri tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn humiex koperti xorta?
Jaqbel il-Ministru li, sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar dan, għandu jsir dak it-tibdil neċessarju fil-liġi biex dawn il-ħaddiema partikolari jkunu ukoll speċifikament koperti dwar is-saħħa u s-sigurta’ tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Artiklu 3 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kap 424, jispeċifika li l-Att ma japplikax fil-każ ta’ dawk l-attivitajiet immexxijja mill-membri tal-forzi armati, tal-korp tal-pulizija jew tas-servizzi tal-protezzjoni ċivili. L-istess artiklu iżda jispeċifika li fil-każ tas-servizzi pubbliċi iktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi. Dan ifisser li, waqt li ma jistgħux ikunu applikati d-diversi provvedimenti tal-Att, tibqa r-responsabbilta tal-korpi nfushom li tkun żgurata s-saħħa u s-sigurta tal-membri ta’ dawn il-korpi.
Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Membri tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Att dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, Kapitlu 424, Artiklu 3 ma japplikax għall-Membri tal-Korp tal-Pulizija, meta l-istess proviso tal-istess Artiklu 3 jgħid, li "rigward saħħa u sigurtà fil-każ ta’ Membri tas-Servizzi Pubbliċi hawn aktar qabel imsemmija, is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema għandha tiġi żgurata sakemm dan ikun raġonevolment possibbli fil-qies tal-iskop ġenerali ta’ dawk is-servizzi"?
Jista' l-Ministru jgħid jekk permezz ta’ dan il-proviso il-Membri tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn humiex koperti xorta?
Jaqbel il-Ministru li, sabiex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar dan, għandu jsir dak it-tibdil neċessarju fil-liġi biex dawn il-ħaddiema partikolari jkunu
ukoll speċifikament koperti dwar is-saħħa u s-sigurta’ tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21688.
Segretarji parlamentari u assistenti parlamentari — pagi u allowances
Question
Billi rapport dwar żidiet fil-pagi tal-Ministri kif żvelati fil-media ma ġewx miċħuda mill-gvern, jista' l-Ministru jikkonferma l-pagi u allowances ministerjali flimkien ma' dawk tas-segretarji parlamentari u l-assisstenti parlamentari, kif ukoll minn liema vot qed jitħallsu dawn kollha jekk ivarjaw mill-estimi finanzjarji approvati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’deċiżjoni tal-Kabinett mehuda fil-5 ta’ Mejju 2008 ġie deċiż li l-Prim Ministru, il-Ministri, is-Segretarji Parlamentari, l-Ispeaker u l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jitilfux aktar l-Onorarja li titħallas lill-membri parlamentari.
Il-membri parlamentari jibqgħu jaħdmu u jieħdu l-Onorarja. Mill-banda l-oħra minkejja li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari ma jistghux ikollhom aktar xogħol privat wara l-ħatra tagħhom, xorta waħda kienu jitilfu l-Onorarja. Minn din il-leġislatura l-Onorarja qed tingħata lill-membri parlamentari kollha.
F’kas li l-Ispeaker jagħżel li jżomm impjieg ieħor, jitlef l-Onorarja tal-Parlament.
Saret ukoll reviżjoni tal-Onorarja li żdiedet minn 50% għal 70% ta’ Skala Numru 1. Billi s-salarji tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jitħallsu mill-voti rispettivi tal-Ministeri, din ġiet implimentata, filwaqt li d-differenza fl-onorarja tal-membri parlamentari li titħallas mill-Parlament qegħda fil-proċess tal-implimentazzjoni u hi effettiva wkoll mit-12 ta’ Marzu 2008.
L-Assistenti Parlamentari jitħallsu daqs ic-Chairpersons tal-Istanding Committees (mhux il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej).
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid jekk Malta dejjem kenitx preżenti għal-laqgħat tal-Political and Security Committee tal-Unjoni Ewropea li taqa' taħt il-brief tal-Foreign Affairs Chief Catherine Ashton? Billi dan il-kumitat jagħti d-drittijiet lill-istati membri li anki jeżerċitaw il-veto, Malta qatt għamlet dan? Jekk iva, dwar liema issues?
Response (BORG, TONIO)
Malta tippartiċipa bis-sħiħ fil-laqgħat tal-Kumitat tal-Politika u Sigurtà (Political and Security Committee) li jiltaqa' regolarment biex jiddiskuti temi jew kriżijiet internazzjonali li jaqgħu taħt il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjonijiet fi ħdan il-kumitat jittieħdu b'mod unanimu wara li jinbena l-kunsens meħtieġ bejn l-istati Membri kollha. Malta tieħu sehem attiv f'dan il-kumitat fit-tfassil ta' policies fi ħdan il-politika barranija tal-Unjoni Ewropea f'diversi oqsma bħalma huma l-Medju Orjent jew ir-relazzjonijiet mal-Afrika.
MEPA — investigazzjoni fuq il-każ ambjentali tad-Dwejra
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21449 u jgħid meta bdiet l-investigazzjoni dwar il-każ ambjentali tad-Dwejra min-naħa tal-awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Din ġiet imnedija minn rajh jew fuq talba tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li fit- 8 ta' Novembru 2010, l-Awditur tal-MEPA talab lill-awtorità biex tgħaddilu l-permess li nħareg lill-applikant kif ukoll id-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni. L-informazzjoni kollha mitluba mill-Awditur ġiet mogħtija fid-9 ta' Novembru 2010.