Issa li għadda żmien adegwat biex ġew solvuti l-problemi tas-software u anki hemm għadd ġmielu ta' building energy performance assessors kwalifikati, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ċertifikati binjiet s’issa lokal lokal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li s’issa l-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini għadu ma rċieva l-ebda talba għar-reġistrazzjoni ta’ ċertifikat tal-EPC. Dan l-uffiċċju qiegħed għalhekk b’mod pro-attiv jiġbor informazzjoni dwar bejgħ ta’ bini li sar kif ukoll ta’ permessi li ddaħlu l-MEPA minn meta s-software ġie mpoġġi għad-dispożizzjoni tal-assessuri biex ikun jista’ jibda joħroġ avviżi lis-sidien biex jikkonformaw mal-liġi.
Tista' l-Ministru tara li meta l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) tiġi biex tiddeċiedi dwar każi ta' blue stickers tikkonsidrax ġentilment wkoll dwar każi ta' persuni li jbatu bid-dementia u mhux biss dawk li huma wheelchair bound?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea dwar l-għoti tal-blue stickers.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jintuża xi tip ta' fuel fil-Marsa incinerator? Jekk iva, xi fuel qed jintuża – LHO jew TFO?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fuel li jintuża fl-inċineratur huwa gasoil. Sadanittant l-istedina biex l-Onor. Interpellant iżur l-impjant ħalli jifhem il-proċess għadha miftuħa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21598 u jgħid kemm mis-96 proposta tar-rapport dwar mitigazzjoni tal-klima diġà ġew implimentati aktar minn sena wara li ġie approvat ir-rapport mill-Parlament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-rapport dwar il-mitigazzjoni tal-klima ma jinkludix biss proposti b’terminu ta’ żmien definit. Infatti mas-sittin rakkmandazzjoni jew għandhom terminu ta’ żmien indikat li għadu m’għaddiex jew saħansitra ma fihomx terminu ta’ żmien.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi prassi li qabel hip replacement operations, il-pazjenti jiġu mitluba jixtru xi pilloli pre-ops biex ma jinstaddulhomx il-vini? X'inhuma dawn il-pilloli u kemm jiswew?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operazzjoni tal-hip replacement hija waħda maġġuri u komplessa, għalhekk hemm numru ta’ kumplikazzjonijiet assoċjati magħha. Waħda mill-iktar kumplikazzjoniet komuni hija deep vein thrombosis, li tista’ twassal għal pulmonary embolism li tista’ tkun fatali. Biex il-pazjenti jiġu protetti minn din u kumplikazzjonijiet oħra, jingħata thrombo prophylaxis lill-pazjent fil-perjodu ta’ qabel u wara l-operazzjoni. Hemm diversi mediċini għal dan il-għan u it-tip ta’ mediċina li tintuża tiddependi ħafna mill-eżiġenzi tal-każ partikolari, skont kif determinat mill-konsulent tal-pazjent.
Per eżempju,
sub-cutaneous heparins
u
low molecular weight heparins
reċentement saru disponibbli b’xejn għal każi ta’
thrombo prophylaxis
fl-Isptar Mater Dei. Hemm ukoll
oral factor 10 inhibitors
, li iżda ma jingħatawx b’xejn fis-servizz tas-saħħa tal-gvern. Għalhekk huwa probabbli li l-mistoqsija parlamentari qed tirreferi għal
oral factor 10 inhibitors
li ġew preskritti bħala
thrombo prophylaxis
. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma jkollux il-prezzijiet ta’ mediċini li jinxtraw minn spiżeriji privati.
Mosta Technopark — Persuna li ma ħaditx il-paga u notice
Question
Jista' l-Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li għadu ma ħax il-paga tal-ħames xhur u n-notice money tal-kumpanija D.I tat-Technopark li għalqet xi sena ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li ma riżultax li l-persuna li d-dettalji tiegħu ngħataw għamlet xi claim mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impieg.Nissuġerixxi li l-Onor. Interpellant jitlob lil persuna konċernata biex tressaq l-ilment tagħha direttament lid-dipartiment.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21518, tista’ l-Ministru tikkonferma jekk kienx hemm xi forma ta’ ftehim bejn il-PBS u l-Maltacom biex l-operat, l-assi u l-ħaddiema jgħaddu għand il-PBS meta twaqqfet il-kumpanija? Tista’ tqiegħed dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma jeżisti l-ebda ftehim bejn il-Public Broadcasting Services Ltd u l-Maltacom biex l-operat, l-assi u l-ħaddiema jgħaddu għand il-PBS meta twaqqfet il-kumpanija.
Tista' l-Ministru, flimkien mad-dipartimenti konċernati, tara li jsir tkaħħil minn barra tal-gallarija tal-familja li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, aktar u aktar billi l-inkwilini huma pensjonanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tiswija li hemm bżonn f'din il-gallarija se ssir fil-futur qrib permezz ta' kuntratti ta' xogħol li l-Awtorità tad-Djar diġà allokat.
Nirreferi lill-Ministru għal sejħa għat-tenders li ħarget l-Korporazzjoni Enemalta għall-provvista tal-bio diesel għall-użu fil-qasam tal-motor transport bl-ispecifications MSA EN14214 li jkopri massimu ta’ 1.53m litru f’sitt konsenji ta’ 255,000 litru-il wieħed mhux prodott mill-iskart u r-residues, jew inkella b’massimu ta' 765,000 litru f’sitt konsenji prodott mill-iskart u r-residues tiegħu maqsum f’sitt konsenji ta' 127,500 litres u peress skont l-ispecs kellu jintuża European Union qualified fuel biss filwaqt li kellu jkun registered taħt ir-reach directive, jista' l-Ministru jispjega għaliex għalkemm dawk interessati li jissottomettu applikazzjoni għat-tender l-ewwel ingħataw x’jifhmu li kienu se jiġu infurmati fl-istess jum jekk kienux short listed jew le, fil-fatt spiċċaw qalulhom nhar il-Ġimgħa ta’ wara li ngħalaq it-tender li kellha tgħaddi ġimgħa oħra sakemm jiġu nfurmati? Jista' jikkonferma li l-kumpanija Edible Oils Co Ltd. minkejja li allegatament ġiet infurmata mill-Awtorità tar-Riżorsi ta' Malta li ma setgħux jinbidlu l-European Union Standards mitluba xorta waħda tefgħu applikazzjoni għat-tender? Jista' jikkonferma rapporti li fil-fatt dan it-tender x’aktarx se jiġi kkanċellat u li meta jinħareġ mill-ġdid jista' jkun hemm tibdil fl-ispecifications sabiex jakkomoda l-kumpanija konċernata? Jista' jikkonferma li jekk jinħareġ it-tender mill-ġdid il-Korporazzjoni Enemalta se tesiġi li bħal dak ta’ qabel se jkun skont EN14214 bħala European Union Standards?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta qiegħda tixtri l-Biodiesel biex tkun konformi man-normi l-ġodda Ewropej li sejrin jidħlu fis-seħħ fl-2011. Għal dan it-tender kien hemm ħafna interess, b’hekk min ried japplika seta’ jagħmel hekk. Il-Korporazzjoni tixtieq tinnota li l-Biodiesel jiġi magħmul minn żewġ sorsi, dak minn pjanti naturali jew minn żejt riċiklat. L-Ewropa tagħti l-opportunità li jekk jintuża Biodiesel minn żejt riċiklat il-volum neċessarju biex jilħaq il-kwota skont d-direttiva jista’ jkun bin-nofs. Waqt is-short listing il-prezzijiet offruti kienu proposti fuq formoli li riedu l-ħin u analiżi dettaljata biex il-prezz finali jkun ċar. Billi din kienet l-ewwel darba li l-Enemalta qed tixtri dan il-prodott b’dawn il-formoli, ġie deċiż li jsir analiżi b’aktar reqqa qabel ma jintgħażel l-irħas offerta. Billi t-tender għadu miftuħ l-Korporazzjoni ma tistax tagħti aktar informazzjoni f’dan l-istadju.
National Audit Office — nuqqasijiet li ġew identifikati fir-rapport annwali
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-ministeru tiegħu għal għadd kbir ta' nuqqasijiet li ġew identifikati fir-rapport annwali tan-National Audit Office u x’passi ttieħdu dwar kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ħa mkonsiderazzjoni r-rakkmandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali għal diversi rimarki u ta l-ispjegazzjoni tiegħu. Oħrajn ġew analiżżati sabiex jitjiebu l-proċeduri ezistenti.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21491 u ċioe: Indipendentement minn kull investigazzjoni li tista' qed issir, jista' l Prim Ministru jgħid:
a) min kien responsabbli biex ħareġ l-permess għall-
filming
fid-Dwejra mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
b) min iffissa l-garanzija baxxa li ntalbet; u
ċ) min kien responsabbli mill-monitoraġġ tax-xogħol on site li kien qed isir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li il-konċessjoni biex isir ġbid ta’ film kienet tkopri dawn is-siti :
1. L-Imdina
2. Forti Ricasoli
3. Forti Sant Iermu
4. Il-Palazz ta’ San Anton
5. Il-Palazz ta’ Verdala
6. Forti Sant’ Anġlu
7. Forti Manoel
8. Ċittadella
9. Rdum id-Delli
10. Id-Dwejra
Kif tixhed din il-lista, tmienja mis-siti huma ta’ natura storika filwaqt li sit wieħed (id-Dwejra) huwa sit ambjentali. Sit ieħor naturali ma’ ntużax. Għalhekk ġie deċiż li din it-talba titmexxa internament mid-Direttorat tal-Ippjanar, b’konsultazzjoni mad-Direttorat tal-Ambjent fuq is-siti naturali.
Il-garanzija hija rolling guarantee li jfisser li jekk il-MEPA tiġbed parti minn din il-garanzija, l-applikant irid ipoġġi l-ammont li jkun inġibed biex b’hekk l-ammont tal-garanzija jibqa dejjem €15,000. Din il-garanzija ma ttellef xejn mid-drittijiet tal-MEPA li tfittex għal danni jekk jirriżulta li jkun hemm bżonn. L-ammont tad-danni li jistgħu jintalbu mhu bl-ebda mod limitat ma’ l-ammont mitlub fil-garanzija.
Il-moniteraġġ tas-siti storiċi/kulturali jaqa taħt ir-responsabilità tad-Direttorat ta’ l-Ippjanar u dak ta’ siti ambjentali taħt id-Direttorat ta’ l-Ambjent b’għajnuna mid-Direttorat ta’ l-Ippjanar. L-applikant naqas li jinforma lill-MEPA ta’ l-inqas ġimgħatejn qabel jibda l-armar tas-sett għall-
filming
fid-Dwejra skont ma stipulat fil-kondizzjonijiet. Il-Fatt li l-proponent ma avżax ma jeżonorax lill-applikant milli josserva l-kundizzjonijiet kollha kif stipulat fil-konċessjoni.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21492 u jgħid meta ġie approvat il-Management Plan tad-Dwerja Għawdex? Min kien responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat kif stipulate mid-Direttiva, l-Istati Membri huma mitluba jistabbilixxu dawk il-miżuri meħtieġa għall-konservazzjoni ta’ siti protteti u tistabbilixxi prioritajiet dwar dawn fi żmien sitt snin min meta s-siti jiġu aċċettati mill-Kummisjoni Ewropea.
F’ dan ir-rigward, peress li d-Dwejra f’ Għawdex ġiet aċċettata mill-Kummisjoni fl-2008, Malta għandha sal-2014 biex tistabbilixxi dawn il-prioritajiet permezz ta’ pjanijiet ta’ tmexxija jew miżuri statutorji, amministrattivi jew kuntrattwali oħra, skont il-każ.
Għalhekk ninforma lill-Onor.Interpellant li l-MEPA tablet fl-2009 u ħadet fondi Ewropej (mill-EAFRD) biex tlesti pjan ta’ tmexxija (management plan) għad-Dwejra skont il-parametri mitluba mid-Diretiva dwar l-Ambjent Naturali (il-Habitatis Directive). Dan il-proġett huwa mistenni jibda fl-2011.
Jista' Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21455 u jgħid fil-preżent kemm hemm enforcement officers għal Malta u Għawdex fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-qasam ambjentali? Kemm kien hemm fis-sena 2008 u 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li numru ta’ uffiċjali tal- MEPA rrikonoxxuti bħala spetturi ambjentali skond l-artikolu 25 tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent huwa ta 15, liema numru ma nbidielx mill-2005. Minn dawn 12 għadhom fil-fatt jaħdmu fid-Direttorat tal-Ambjent. Fil-ġranet li ġejjin, għandhu jinħatar uffiċjal ieħor filwaqt li hemm sejħa sabiex jiġu ngaġġati 6 Junior Assistant Compliance Officers. Ta’ min isemmi wkoll illi diversi ufficjali oħra tad-Direttorat jagħmlu xogħol konnes ma’ compliance li huwa kunċett aktar modern u jinkludi kemm l-infur zarreattiv kif wkoll ħidma oħra intiża sabiex tnaqqas il-ksur tal-liġi.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar l-investigazzjonijiet li saru dwar abbużi li rriżultaw fl-operat intern tad-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Car scrappage scheme — proċeduri għall-importaturi tal-karozzi
Question
Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jiġu kkjarifikati l-proċeduri għall-importaturi tal-karozzi ġodda dwar kif se taħdem il-car scrappage scheme speċjalment fejn jidħol l-element tal-VAT?
Dan għaliex it-tibdil fir-
registration tax
allegatament ħoloq kumplikazzjonijiet dwar VAT
invoicing
billi ġejt infurmat li Transport Malta qed tinsisti li l-
invoice
tkun trid tkopri l-
full retail price
bir-riżultat li tkun trid tinħareġ
credit note
fuq ir-
registration tax bid
differenza fil-VAT. Il-problema qed tkompli tikber għaliex kif ġejt infurmat dawn ma jistgħux joħorġu
credit note
fuq it-taxxa bid-differenza fil-VAT meta ir-
registration
hija VAT
exempted.
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara laqgħat li saru bejn l-Association of Car Importers (ACIM), l-Ministeru tal-Finanzi, id-Dipartiment tal-VAT kif ukoll it-Trasport Malta, ġie ikkjarifikat iżjed il-proċess ta’ kif se taħdem il-grant scheme, b’riferenza speċjali għall-element tal-VAT.
L-aġent huwa obbligat li juri kemm il-prozjon tiegħu kif ukoll il-porzjon tal-gvern tal-
grant
fl-irċevuta fiskali li tinħareġ lill-klijent.
MEPA — każ tad-Dwejra - bugħaddasa li ilmentaw fuq il-ħsara ambjentali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fatt li allegatament bugħaddasa barranin ilmentaw illi wara l-ħsara ambjentali li saret fid-Dwejra u x-xita qawwija li għamlet huma raw plumes of particles fil-baħar waqt li kienu qed jgħoddsu fis-sit protett tad-Dwejra? Waslulha rapporti simili, dan aktar u aktar meta skont rapport magħruf bħala Layman’s Report id-Dwejra hija meqjusa bħala t-tielet l-aktar post magħruf mal-għaddasa fil-Mediterran kollu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-MEPA ma waslulha l-ebda rapporti minn bugħaddasa. Kif qed jikkonferma l-istess Onorevoli Interpellant reċentement għamlet xita qawwija u għalhekk wieħed jistenna li jinżel materjal mhux konsolidat mit-triq, il-wied u mill-parkeġġ għal ġewwa d-Dwejra, kif jiġri f'kull maltempata. Jien ukoll infurmat illi l-MEPA, hekk kif saret taf li kien tqieged ramel fuq is-sit, ordnat li jittieħdu miżuri ta' konteniment biex tiżgura li materjal mill-film set ma jinżilx fil-baħar.
MEPA — każ tad-Dwejra - koja tal-permess fuq is-sit
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex kopja sħiħa tal-permess kif maħruġ mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-iffilmjar fid-Dwejra ma tpoġġiex fuq is-sit elettroniku tal-awtorità stess minnufih?
MEPA — każ tad-Dwejra - kopji tal-permit conditions u day by day reports
Question
Billi normalment meta jinħareġ permess bħal dak tal-iffilmjar fid-Dwejra apparti mill-permit conditions ikun hemm day by day reports magħmula mill-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li kienu qed jimmonitorjaw is-sit kkonċernat, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti kollha f’ordni kronoloġika?
Mepa — każ tad-Dwejra - Dwejra bħala sit ta' natura 2000
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazzjoni back dated li turi li s-sit tad-Dwejra li huwa sit ta' Natura 2000 għandu buffer zone ġo fih, aktar u aktar fid-dawl tal-provedimenti kuntrarji tal-Avviż Legali 311/06 kif ukoll tal-liġijiet oħrajn? Jikkonferma li l-unika buffer zone li hemm relatata mad-Dwejra hija marbuta biss mas-site of scientific interest u li l-buffer zone tinsab fuq in-naħa l-oħra tat-triq u mhux fuq in-naħa tal-baħar, 'il bogħod mis-sit in kwistjoni? Jekk dan jirriżulta minnu, x’passi ittieħdu jew se jittieħdu kontra min immisgwida lill-pubbliku in ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħala obbligu taħt artiklu 4.1 fid-direttiva dwar l-ambjenti naturali (il-
Habitats Directive
), Malta kellha tagħżel siti li fihom ambjenti naturali (
natural
habitats
) u/jew speċi mniżżla fl-Ewwel u t-Tieni Anness tad-Direttiva msemmija, biex dawn ikunu proposti lill-Kummissjoni Ewropea bħala siti għan-
network
Natura 2000.
Fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu, Malta ipproponiet iż-żona tad-Dwejra u l-Qawra f’Għawdex, fejn ukoll indikat, kif mitlub, liema huma u fejn huma l-ambjenti naturali huma imħarsa. Għalhekk qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-mappa ta’ l-ambjenti naturali tas-sit Natura 2000 tad-Dwejra li ntbgħatet lill-Kummissjoni Ewropea fl-2004, liema mappa turi l-ambjenti naturali li minħabba fihom ġiet dikjarat dan is-sit bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni permezz tar-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006).
Kif jidher ċar minn din il-mappa, li hija pubblika, hemm żoni mlewna li għandhom ambjenti naturali li minħabba fihom iż-żona ġiet indikata bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (
Special Areas of Conservation
, SACs) u żoni oħra li huma bojod li ma fihom l-ebda ambjent naturali ta’ importanza skont id-Direttiva u r-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali. Dawn huma il-
buffer zones
; kif wieħed jista’ jara minn din il-mappa, is-sit li fiha saret l-applikazzjoni għall-
filming
huwa fil-fatt wieħed minn dawn il-
buffer zones
jew żoni bojod.
F’dan ir-rigward, Artikolu 6.2 tad-Direttiva tal-Ambjenti Naturali msemmija aktar ’il fuq, kif ukoll Regolament 14(2) tar-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjenti Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006), jindikaw li l-provvedimenti li l-Awtorità Kompetenti (il-MEPA) għandha tieħu huma fuq l-ambjenti naturali u l-ambjenti tal-ispeċi, li minħabba fihom iż-żona ġiet indikata Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) – jiġifieri ż-żoni mlewna, mhux iż-żoni bojod.
Nixtieq ukoll niċċara kumment dwar is-
Site of Scientific Interest
li l-Onorevoli interpellant qed jirreferi għaliha. Aktarx dan huma dwar il-Qattara (sit li m’għandux x’jaqsam mas-sit fejn sar il-filming), li huwa sit “skedat” (
scheduled property
) taħt l-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 356) permezz ta’ GN 288 tal-1995. Ta’ min jinnota li l-iskedar (
scheduling
) huwa proċess differenti minn dak ta’ ħarsien kopert taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent (Kap. 435) li qed jirreferi għalih l-Onorevoli interpellant. Fil-fatt, id-dikjarazzjoni ta’ siti protetti (
protected areas
) isir taħt l-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjenti, liema Att jipprovidi għad-dikjarazzjoni ta’ siti protetti, bħalma huma iż-Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni.
Għaldaqstant, ma hemmx lok biex jittieħdu passi kontra min ta dan it-tagħrif dwar il-
buffer zones
jew żoni bojod, għaliex ma kienx qiegħed jimmisgwida lill-pubbliku in ġenerali.