Legislature:
Category:
Reset
Active:

Park Tal-Majjistral — aċċess ta' karozzi u kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti li jkopru l-Park Tal-Majjistral bħalissa kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma' aċċess ta’ karrozzi kif ukoll kaċċa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-Board tal-immaniggjar tal-Park tal-Majjistral ddiskuta u qabel fuq proposti fuq kaċċa u nsib kif ukoll l-aċċess għal karozzi għall-Park. Dawn ir-regolamenti se jkunu fformulati f’avviż legali.

MEPA — mega projects konformi mal-Building Energy Performance Regulations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jieħu l-gvern biex il-mega projects li jinsabu approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jew li jinsabu taħt kostruzzjoni, ikunu kollha sa mill-bidu nett konformi mal-Building Energy Performance Regulations?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qabel toħroġ il-permess ta’ proġett kbir, il-MEPA titlob lil MRA sabiex tagħti l-kummenti tagħha fir-rigward ta’ compliance f’dak li għandu x’jaqsam ma’ energy efficiency. Il-MRA minn naħa tagħha tikkonsulta mal- Building Regulations Office li jiċċekja l-ispecifications u l-pjanti biex ikun żgurat li dawn huma konformi mar-regoli stabbiliti. Il-kummenti tal- Building Regulations Office jkunu inkorporati mar-risposta li tingħata mill- MRA lill-MEPA.

lifts f'postijiet pubbliċi adegwati għall-wheelchairs

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi regolamenti eżistenti jew kontemplati biex lifts f’postijiet pubbliċi jkollhom spazju adegwat għall-wheelchairs?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ dokumenti, linji gwida Access for All Design Guidelines u ieħor li jemenda l-linji gwida paġna 45-47 dwar il-lifts. Dawn il-linji gwida qegħdin ippublikati fuq www.knpd.org.

Park tal-Majjistral — avviżi legali

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk hemmx xi Avviżi Legali li bħalissa jkopru l-Park tal-Majjistral? Min-naħa l-oħra, hemm xi oħrajn li mistennija jinħarġu fil-ġejjieni qarib u jekk iva, xi jkopru?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Park tal-Majjistral ġie stabbilit bil-pubblikazzjoni ta’ Avviż Legali Nru 251 ta’ 2007 u emendata b’ Avviż Legali Nru 224 ta’ 2009. Ninsab infurmat li l-ligijiet oħra li jkopru siti ta’ importanza naturali jew kulturali huma: · Development Planning Act, 1992 (DPA) · Environment Protection Act, 2001 (EPA) · Malta Resources Authority Act, 2001 (MRAA) · Cultural Heritage Act, 2002 (CHA). Barraminhekk, liġijet oħra li jkopru r-rizorsi misjuba fis-sit huma: · Fertile Soil (Preservation) Act, 1973, and · Fisheries Conservation and Management Act, 2001. · Rubble Walls and Rural Structure Conservation and Maintenance (Amendment) Regulations, 2004 Nirreferi wkoll lill-Onorevolio Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23008.

Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-snin 2009 - 2010 minn fejn inxtara iż-żejt apparti mill-kumpanija Totsa tat-Total, u b'kemm-il MT u valur f'US $?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikklarifika għal liema tip ta’ żejt qed jirreferi.

Enemalta — Xiri ta' żejt

Question

Meta l-Korporazzjoni Enemalta ġiet għax-xiri taż-żejt fis-snin 2008 - 2010 u anke fil-preżent jista' l-Ministru jgħid: a) x'inhu s- supplier selection process; b) min jieħu d-deċiżjoni finali; ċ) għażliet simili għall-approvazzjoni ta' min jkunu suġġetti; d) jkun hemm konsultazzjoni mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi f'xi stadju jew ieħor; e) l-Korporazzjoni Enemalta dejjem tuża l-istess surveryors/survery organisation biex tivverifika u tikkwantifika il-cargo involut; f) l-Korporazzjoni Enemalta tagħmel spezzjonijiet hi stess fit-tankijiet tagħha, indipendentement mis-survey reports kkonċernati; g) fid-dawl taż-żieda fl-attività tal-Malta International Airport kif wieħed jispjega l-fatt li l-importazzjoni ta' Jet A1 tidher relattivament baxxa mit-tweġiba li ngħatat dwar xiri mingħand Total sakemm dan ix-xiri mhuwiex isir mingħand xi kumpanija/i oħrajn ukoll? Jekk iva, mingħand min? ġ) billi dan l-aħħar kien hemm rapporti fil-media li l-Air Malta kienet qed tiġi fuelled fil-Libja biex tgawdi minn price advantages jista' jelabora aktar dwar dan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

tneħħija ta' kotba mill-iskejjel

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li kotba klassiċi ta’ Voltaire u xi kittieba oħrajn tneħħew mil-librerija tal-iskejjel? Jekk iva, għaliex? X’wassal għal dan kif ukoll għat-tneħħija ta' xi kotba ta’Mario Azzopardi mill-i school library list ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kotba fil-libreriji tal-iskejjel huma kklassifikati skont l-età tal-qarrejja. Dwar il-ktieb ‘Vampir’ ta’ Mario Azzopardi li tneħħa minn xi libreriji fl-iskejjel sekondarji, ħtart grupp ta’ nies biex jevalwa l-ktieb u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu u dwar il-klassifikazzjoni ta’ kotba fil-libreriji tal-iskejjel. Ir-rapport li wasalli u jien ippublikajt, ikklassifika l-ktieb Vampir bħala wieħed li jista’ jinqara minn persuna ta’ 14 u 15-il sena. Il-grupp għamel ukoll rakkmandazzjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta’ kotba fil-libreriji tal-iskejjel u kif għandhom jitqassmu l-kotba fl-imsemmija libreriji biex l-istudenti jkunu ggwidati aħjar lejn kotba adattati għalihom. Diġa’ ddikjarajt li aċċettajt u se nimxi ma’ dawn ir-rakkmandazzjonijiet.
Leg 11 PQ #22809 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — officers u managers li marru 'lil hinn mill-call of duty tagħhom

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid mis-sena 2009 sal-lum, kemm kien hemm każi fejn : - l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar niediet inkjesti permezz ta’ kummissjonijiet imwaqqfin ad hoc biex tinvestiga każi fejn case officers u/jew area team managers marru 'lil hinn mill- call of duty tagħhom; - liema kienu dawn il-każijiet; - minn min kienu komposti l-kummissjonijiet konċernati; - x’kien l-eżitu tal-ħidma ta’ kull kummissjoni ad hoc li ġiet imwaqqfa; - billi kelliem għall-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dan l-aħħar qalli li fejn jirriżulta li kien hemm imġieba abbużiva mill- case officers u l- area team managers l-awtorità kienet se tieħu l-azzjoni dixxiplinari meħtieġa, kemm kien hemm każi fejn dan sar digà?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li : · Kienu twaqqfu żewġ bordijiet ta’ inkjesta ad hoc li kienu investigaw tliet każijiet fejn kien allegat li membri tad-Direttorat tal-Ippjanar kienu mxew b’mod li jmur lil hinn mid-dmirijiet tagħhom. · Il-każijiet kienu jirrelataw PA 2057/05, Pa 4472/06 u PA3437/07 · Il-Kummissjonijiet kienu komposti hekk: PA 2057/05; Inġ Joe Farrugia – MEPA Noard Member, Chair (voting) Mr Joe Tabone Jacono – MEPA Board Member, Member (voting) Mr Charles Bonnici – MEPA Board Member, Member (voting) Perit Christopher Borg, Direttur ta’ l-Ippjanar, (biex jagħti parir tekniku) Dr A Degaetano, Legal Office (biex jagħti parir legali) Ms Maryanne Bonnet Sladden, Segretarja PA 4472/06 Ing Joe Farrugia- MEPA Board Member, Chair (voting) u Mr Joe Tabone Jacono – MEPA Board Member, member (voting) PA 3437/07 Mr Charles Bonnici – MEPA Board Member, Member (voting) Perit Christopher Borg, Direttur ta’ l-Ippjanar, (biex jagħti parir tekniku) Dr Ian Stafrace, Legal Office 9Biex jagħti parir legali) Ms Marlene Attard, Segretarja Bħala riżultati ta’ dawn l-injesti, saru żewġ rapporti li kienu diskussi fil-Bord tal-MEPA. (kopji annessi) B’riżultat tal-ewwel Bord ta’ Inkjesta, ma kien hemm ebda raġuni għala jittieħdu passi dixxiplinarji. Fit-tieni każ, l-uffiċjali kkonċernati ingħataw twissija verbali skond id-direzzjoni li kienet maqbula fil-Bord tal-MEPA.
Leg 11 PQ #22812 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — allegati abbużi bejn gwadjani u priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kemm waslu rapporti għand l-awtoritajiet tal-Facilità Korrettiva ta’ Kordin ta’ allegati abbużi sesswali bejn gwardjani tal-ħabs u priġunieri? Jista' jgħid fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet u jekk l-awtoritajiet qattx nedew xi investigazzjonijiet dwar dan minn rajhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta' Kordin saru rapporti dwar l-allegati abbużi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, però saru allegazzjonijiet fil-pubbliku u fuq il-mezzi tax-xandir u fuq dawn saret inkjesta Maġisterjali mexxija mill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti.
Leg 11 PQ #22813 Sitting 312 2011-02-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — appartamenti ħdejn mega projects - problemi biex jinbiegħu jew jgħixu fihom in-nies

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar familji li jkunu xtraw appartamenti jew binjiet f’mega projects fejn ma jkunux jistgħu mhux biss jgħammru, iżda lanqas ibiegħu l-appartamenti tagħhom lil terzi minħabba li għal raġunijiet fosthom finanzjarji 'lil hinn mill-kontroll tal-iżviluppaturi dawn ma jkunux f’qagħda li saħansitra jkomplu x-xogħol fuq il-partijiet komuni ta’ dawn il-blokok bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li din hija materja ċivili li tkun regolata mill-kuntratt li jkun sar bejn ix-xerrejja u l-iżviluppaturi u jew il-liġi applikabbli.

Enemalta — redundancies

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk waqt preżentazzjoni li saret fil-11 ta' Jannar 2011 quddiem għexieren ta' managers tal-Korporazzjoni Enemalta dwar l-istrategic vision tal-istess Korporazzjoni, iċ-Chief Human Resources Officer għamilx referenza għall-redundancies fil-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jikkonferma li ċ-Chief Human Resources Officer semma r-redundancies li hemm ippjanati? Jista' jgħidilna xi pjanijiet għal redundancies jeżistu fil-Korporazzjoni Enemalta? Filwaqt li d-dokument tal-istess pjan strategic vision ittella' fuq l-intranet tal-Korporazzjoni sabiex l-impjegati kollha jkunu jistgħu jaċċessaw dan id-dokument u ntbagħtet email mingħand il-webmaster lill-impjegati kollha tħeġġiġhom sabiex jaqraw dan id-dokument, għalfejn l-għada ngħatat ordni sabiex dan id-dokument jitneħħa b'mod immedjat minn fuq l-intranet tal-Korporazzjoni? Għaliex sar dan u min ta din l-ordni? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlementari numru 22825. Qed inpoġġa kopja ta’ dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — safar taċ-Chief Corporate Services Officer

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata tas-safar kollu li sar miċ-Chief Corporate Services Officer tal-Korporazzjoni Enemalta fl-aħħar sentejn? Jista' għal kull safra jinkludi: a) id-data meta telaq minn Malta u meta ġie lura; b) id-destinazzjoni (pajjiż u belt) li żar; ċ) l-ammont li ntnefaq għal kull safra, li jinkludi l-ispejjeż tat-titjira, akkomodazzjoni u spejjeż oħra bħal konferenzi, ikliet eċċ.; u d) fil-lista' jinkludi ukoll xi allowances li l-istess Chief Corporate Services Officer tal-Korporazzjoni huwa intitolat għalihom meta dan isiefer?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa d-dover tac-Chief Officer Corporate Services tal-Korporazzjoni, li jirraprezenta l-korporazzjoni f’forums internazzjonali, f’laqgħat u konferenzi oħra fuq sigurtà u regolamentazzjoni fuq impjant u installazjonijiet strateġiċi. Dan barra li dan l-uffiċjal rapprezenta lill-Korporazzjoni f’bosta laqgħat oħra u konferenzi, anke fil-każijiet meta kien hemm uffiċjali li ma setgħux jattendu u kellu jintbagħat minflokhom. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

piż li jista' jinġarr minn axle ta' vettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-piż permessibbli li axle ta' vettura tista' ġġorr hi u għaddejja mit-toroq f'Malta? Jista' jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar l-Awtorità dwar it-Trasport kenitx mitluba minn entitajiet privati jew governattivi sabiex jiġi assessjat il-piż li jkun se jinġarr u sabiex ikun hemm konferma li dan il-piż huwa taħt il-livell massimu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta jiġi mkejjel il-piż ta’ vettura jiġu kkunsidrati żewġ fatturi; il-Gross Vehicle Weight tal-vettura u l-piż massimu li qed jinġarr mill-axles. Rigward il- gross vehicle weight il-piż massimu tal-vettura ma’ jridx jinqabeż u dan jiddependi minn numru ta’ axles li jkollha l-vettura: · Massimu għal vettura b’ żewġ axles - 18 tunnelleta · Massimu għal vettura bi tlett axles - 26 tunnelleta · Massimu għal vettura b’ erba’ axles - 32 tunnellata · Massimu għal vettura articulated - 40 tunnellata. Rigward il-piż massimu li qed jinġarr mill- axles (‘2’) dan jiġi kkalkulat skond jekk: · Il-fus li ma jmexxix ma jaqbiżx l-10 tunnellati · Il-fus li qed imexxi (driving) ma jaqbiżx il-11.5 it-tunnellata L-Awtorita’ għat- Trasport f’ Malta ma ġietx mitluba biex tagħmel spezzjonijiet rigward piżijiet żejda la minn entitajiet privati u lanqas governativi imma fl-2010 għamlet mitejn u tnejn u ħamsin spezzjoni li minnhom fallew tnejn u disgħin vettura. Dawn l-ispezzjonijiet fit-triq saru skond il-liġi.

Delimara — Power station - materjal u apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-akbar piż li ġarrew jew se jġorru l-vetturi li qed iġorru l-materjal u apparat tal-estensjoni tal-power station għal Delimara? Jista' jikkonferma jekk il-Korporazzjoni Enemalta ċċekkjatx jekk dan il-piż jaqbiżx il-massimu stabbilit bil-liġi li jista' jgħaddi mit-toroq Maltin? Jista' jippreżenta fuq il-Mejda tal-Kamra l-kalkolazzjonijiet li saru sabiex dan jiġi żgurat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-akbar piż li ser jinġarrew fuq vetturi fit-toroq pubbliċi ta’ Malta se jkunu l-exhaust gas boilers li kull wieħed jiżen 92.7 tunnellata. Il-ġarr tal-makkinarju qed isir mill-kuntrattur, li għandu obbligu jikseb il-permessi meħtieġa, filwaqt li jiżgura li l-proċess kollu jsir skont il-liġijiet.

Refunds fuq il-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu interessi fuq dewmien ta' ħlas ta' refunds fuq il-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010? Kemm kien hemm VAT registered clients jew firms involuti? Kemm kien hemm każijiet fejn l-interessi kienu ta': a) aktar minn €100,000 kull klijent jew ditta; b) aktar minn €250,000 kull klijent jew ditta; u ċ) aktar minn €500,000 kull klijent jew ditta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-interessi li tħallsu fuq dewmien ta’ ħlas ta’ refunds fuq il-VAT fis-snin 2008, 2009 u 2010 kienu kif spjegat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Swatar — Triq il-Ġostra - asfaltar tat-triq

Question

Billi kien hemm pjanijiet li tiġi asfaltata Triq il-Ġostra, Swatar, liema pjanijiet kellhom oriġinarjament jseħħu fis-sena 2008, jista' l-Ministru jindika dan ix-xogħol meta mistenni jsir minħabba l-inkonvenjent maħluq għar-residenti tal-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet inħarġu u ġew aġġudikati. Ix-xogħljiet għandhom jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 11 PQ #22633 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

każ tad-Dwejra — assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21786 u ċioe: Billi fil-każ tal-Mistra li kienet Natura 2000 site, kif ukoll fir-rapport tiegħu l-Awditur tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien stqarr li kien hemm bżonn ta' appropriate assessment, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm assessment simili fil-każ tad-Dwejra? Jekk le, min se jerfa' r-responsabbiltà diretta għal dan in-nuqqas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont id-Direttiva tal-Ambjent Naturali (il-Habitats Directive), hemm bżonn ta’ appropriate assessment biss jekk l-Awtorita kompetenti tistabbilixxi li jkun probabbli li jkun hemm impant sinifikattiv fuq is-sit Natura 2000. Fil-każ tad-Dwejra, il-filming kien kontenut għal ‘żona bajda’, ossija buffer zone, li ma fihiex l-ebda ambjent naturali importanza skont id-Direttiva msemmija aktar kmieni u r-Regolamenti tal-2006 għall-Protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjent Naturali (Avviż Legali 311 tal-2006) (ara t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 21792 għal aktar tagħrif. Minbarra dan, il-filming kellu sensiela ta’ kundizzjonijiet illi kieku osservati, kienu jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda theddida għas-sit.
Leg 11 PQ #22634 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dwejra — data ta' meta saret il-ħsara

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21787 u jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ntebħet li saret il-ħsara fid-Dwejra? Dan billi s-Sur M. Seychell qal li kien fit-28 t'Ottubru 2010 filwaqt li d-Direttur tal-Ippjanar, is-Sur Chris Borg tal-istess awtorità stqarr li dan sar fl-14 t'Ottubru 2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-data tal-14 t’Ottubru 2010 hija relatata mat-tqegħid tar-ramel bi ksur tal-kundizzjonijiet tal-konċessjoni maħruġa mill-MEPA filwaqt li d-data tat-28 t’Ottubru 2010 hija d-data ta' meta da]lu l-inġenji fil-fażijiet tal-żarmar sabiex jitneħħa r-ramel. Għalhekk iż-żewġ dati huma korretti.
Leg 11 PQ #22635 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — azzjoni dwar il-każ tad-Dwejra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21788 u jara jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tistax tikkonferma l-allegazzjoni li ma ħadet l-ebda azzjoni qabel ma dehru rapporti fil-media dwar il-każ tad-Dwejra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Awtorita ħadet azzjoni korrettiva hekk kif saret taf bi ksur fil-kundizzjonijiet tal-permess u dan qabel ma dehru l-istejjer fl-istampa. Kienu diġa ngħataw struzzjonijiet lill-operatur kemm fl-14 ta' Ottubru 2010 dwar tneħħija tar-ramel wara l-filming kif ukoll biex jitneħħew inġenji tqal minn fuq is-sit fid-29 ta' Ottubru 2010.
Leg 11 PQ #22645 Sitting 310 2011-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

informazzjoni rigward it-taħdidiet li saru mal-Kanċillier tal-Ġermanja Federali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fit-taħdidiet li saru mal-Kanċillier tal-Ġermanja Federali A. Merkel, sarx lobbying mill-Gvern Malti dwar il-post-2013 budget tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fir-rigward tal-Budget tal-Unjoni Ewropea wara l-2013 kienet punt ewlieni fuq l-aġenda ta’ taħdidiet mal-Kanċilier Ġermanja Federali li saru Kastilja fl-10 ta’ Jannar 2011.