Malta Enterprise — użu ta’ diversi postijiet storiċi u importanti tal-gvern għall-skopijiet kummerċjali
Question
Billi ċ-chairman tal-Malta Enterprise qed jippronunzja ruħu dwar l-użu ta’ diversi postijiet storiċi u importanti tal-gvern għall-skopijiet kummerċjali inkluż il-qasam tar-retail, jista' l-Ministru jgħid u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-economic viability studies kollha li saru f’kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li ċ-Chairman tal-Malta Enterprise kien ċar ħafna f’diskorsu waqt il-preżentazzjoni fuq investimenti infrastutturali intiżi biex itejjbu il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna li saret mill-Banif Bank. Huwa ddikjara li dawn il-proġetti jirrapreżentaw kunċetti li jistgħu jiġu kkunsidrati għal siti strateġiċi u li jistgħu jkunu importanti għall-ftuħ ta’ setturi ekonomiċi ġodda jew tisħiħ ta’ setturi li qed joffru opportunita għal tkabbir. Fil-fatt huwa elenka wkoll l-aspetti li jridu jiġu kkunsidrati inkluż il-metodu li bih is-sit jiġi ġestit, l-aspetti kummerċjali u l-vijabilita’ tal-proġett innifsu kif wkoll il-ħarsien ta’ aspetti ambjentali u ta’ ppjanar. Huwa spjega li filwaqt li proġetti bħal Corporate Village Malta, Safi Aviation Park u l-Life Sciences Centre huma proġetti attwali u li qed jiġu mwettqa, hemm proġetti oħrajn li huma kunċettwali u li għadhom jridu jiġu msawwra.
Madankollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li dan kollu kien ppreżentat fl-isfond għall-attrazzjoni tal-investment barrani u għaldaqstant ikun aktar ta’ interess għall-investitur li jagħmel hu stess l-istudji ta’ vijabilita’ bħalma normalment isir meta l-Gvern joffri konċessjonijiet għal proġetti simili infrastutturali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid il-provvedimenti fil-liġi ġdida dwar l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar audit trail tal-files kollha meta ġiet fis-seħħ u dan fuq emenda tal-Partit Laburista? Jekk iva, jista' jikkonferma li dan it-trail anke jinkludi l-files antiki? Jekk ma jkoprix il-files kollha sa meta huwa maħsub li l-proċess sħiħ jiġi komplut? X’passi ttieħdu minn meta għaddiet il-Liġi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ma jkomplux ‘jintilfu’ files kif allegatament spiss ġara fl-imgħoddi tul medda twila ta’snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li Art 8 (10) tal ATT Nru. X tal-2010 dwar audit trail ta' pro`essi u dokumenti ġie fis-seħħ fit 30 ta' Novembru 2010. Is-sistema kompjuterizzata tal-MEPA għandha audit trails tal- files sa mis-sena Jan 2000.
Il-MEPA diġa' bdiet proċess minn qabel ġie fis-seħħ l-Att il-ġdid biex terġa' tikkreja central registry system biex ikun hemm kontroll u monitoraġġ aħjar tal-movimenti fiżiċi ta' files. Il-MEPA bdiet tinvestiga ukoll metodi effiċjenti ta' file storage, archiving, u retrieval. Għalissa ma nistgħux nagħtu indikazzjoni ta' meta l-proċess kollu se jiġi komplut għax barra milli jrid jiġi żviluppat il-proġett, dan jiddependi ukoll mll-fondi disponibbli.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar saritilha t-talba għat-tagħrif sħiħ dwar il-każ tad-Dwejra mill-Kummissjoni Ewropea? Sakemm żmien kellu jingħata dan it-tagħrif? X’inhi r-raguni li skont rapporti f’ġurnali indipendenti kelliem tal-kummissjoni ilmenta li dan it-tagħrif kien għadu s’issa ma wasalx Brussels kif u meta mitlub? Kemm-il ittra rċeviet l-awtorità dwar l-obbligi tagħha mill-Kummissjoni Ewropea? Billi l-Unjoni Ewropea ġiet irrapurtata li qed tinsisti li bħala sit natura 2000 id-Dwejra għandha tkun koperta minn management plan jista' jgħid l-Unjoni Ewropea hiex taċċetta l-argument ripetut tal-awtorità innifisha li għandha sas-sena 2014 biex pjan bħal dan jibda jitħaddem?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riforma finanzjarja kontemplata mill-Korporazzjoni Enemalta tistax tinkludi żidiet oħrajn fit-tariffi tad-dawl f’pajjiżna – kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll għall-bżonnijiet domestici?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 22960.
Enemalta u l-Awrtorità ta' Malta għar-Riżorsi — infiq kapitali fuq investimenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ftehim li ġie rappurtat li ntlaħaq bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-Awrtorità ta' Malta għar-Riżorsi – The Times 27.1.11 – li permezz tiegħu l-korporazzjoni se tkun irkuprat l-infiq tagħha kapitali fuq investimenti fuq medda stabbilita ta’ snin?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant għamel referenza għall-artiklu li iġġib id-data ta’ 27/1/11 fejn iċ-Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta ġie kwotatt li qal li fil-passat it-tariffi ma kienux jirriflettu l-investiment qawwi li qed isir b’mod partikolari fuq l-aspett ta’ ġenerazzjoni ta’ l-Elettriku. Iċ-Chairman kien qed jirreferi għall-introduzzjoni ta’ l-element ta’ Return on Capital Employed fil-mekkaniżmu tat-tariffi. Fis-sotto missjonijiet li ingħatat MRA fl-10 ta’ Diċembru 2009 il-Korporazzjoni Enemalta tablet għal skoppijiet ta kalkolazzjoni ta’ ROCE proposta biex il-wieghted average cost of capital ikun ta’ 8.4%. Dan il-prinċipju kien il-bażi ta’ kif inħadmu t-tariffi. Id-Dokumenti li qed nirreferu għalihom qegħdin fuq il-website ta’ l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi.
Żejtun — skjedar mill-MEPA wara sejba ta' oqbra Puniċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fiex waslu l-istudji u investigazzjonijiet mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali dwar is-sejba ta’ bosta oqbra Puniċi fis-sit li fuqu qiegħed jiġi propost sptar f’tal-Ħotba limit taż-Żejtun? Jista’ jispjega għaliex wara aktar minn sena u nofs li skadiet l-Emergency Conservation Order, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għadha ma skedatx dan is-sit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-2009 waqt xogħol ta’ sorveljanza fuq żvilupp ġewwa Bulebel, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali identifikat 13-il qabar Puniku u Ruman. Is-Sovrintendenza avżat lill-MEPA dwar din is-sejba, u rrakomandat li dan is-sit arkeoloġiku ikun protett, hekk kif stabilit fl-Att Dwar il-Patrimonju Kulturali.
Minn dak iż-żmien, l-applikant għamel proposta biex jispostja l-iżvilupp ħalli jevita li jagħmel ħsara lis-sit arkeoloġiku.
Bi qbil mal-iżviluppatur, is-Sovrintendenza ser tibda investigazzjoni ġdida biex taċċerta jekk hemmx fdalijiet arkeoloġiċi oħra fil-post il-ġdid li qed jiġi propost lill-MEPA. Din l-investigazzjoni ser tibda meta l-iżviluppatur jinforma lis-Sovrintendenza li jixtieq jibda x-xogħol.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-periklu li jinqerdu l-oqbra Puniċi imsemmija ġiet sorvelata peress li l-applikant u l-perit ikkoperaw mal-MEPA u s-Sovrintendent tal-Wirt Kulturali billi waqqfu ix-xogħolijiet minnufih u daħlu f'negozjati sabiex jiġu salvagwardati l-istess oqbra. Sa dan it-tant saru wkoll diskussjonijiet biex isiru iktar investigazzjonijiet mis-Sovrintendenza fis-sit in kwistjoni sabiex jiġi konkluż jekk hemmx iktar fdalijiet arkeoloġiċi. Dan sabiex jinforma aħjar il-proċess ta' l-ippjanar kif ukoll dwar iż-żona li għandha tiġi mħarsa. Kif is-Sovrintendenza tgħaddi lill-MEPA ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet il-MEPA tkun tista' tipproċedi bil-proposta ta' skedar.
Billi nstab li f’għadd ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea qed jiġi allegat li qed jsir illegal eavesdropping, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk dan jistax japplika għall-pajjiżna wkoll?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Allegazzjonijet jibqgħu dejjem dak li huma. Il-membri tal-Korp tal-Pulizija jibqgħu viġilanti għal dak li jista' jinqala' u jieħdu l-passi kontra min jikser il-Liġi. Għalhekk jekk l-Onorevoli Membru għandu x'informazzjoni fuq dan huwa mitlub jgħaddiha għall-investigazzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li Selmun Palace se jinbiegħ mingħajr sejħa għall-offerti? U jekk iva, lil min? Jekk dan se jsir lil xi consortium jista' jagħti d-dettalji sħaħ tal-kumpaniji involuti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi r-rapporti li qed jagħmel riferenza għalihom huma kompletament foloz u nfondati.
Deċiżjoni tal-Ombudsman dwar skeda ta' eżenzjonijiet
Question
Fid-dawl tad-deċizjoni tal-Ombudsman ċara u kategorika dwar l-eżenzjonijiet, rifużjoni u anki lista ta' items li għandhom jidħlu fl-iskeda tal-eżenzjonijiet, billi ħafna minnhom mhumiex inklużi minkejja li huma suġġetti għall-eco-tax, jista' l-Ministru jgħid jekk, kif u meta se tiġi onorata d-deċiżjoni tal-Ombudsman mill-Gvern vis-à-vis il-kumpaniji konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern kiteb lill-Ombudsman sabiex jiċċara xi punti li joħorġu mid-deċiżjoni. Hekk kif il-Gvern ikollu din il-kjarifika, jevalwa l-impatt tad-deċiżjoni sabiex jiddetermina l-aħjar mod ta’ kif din tista tiġi mplimentata.
Jista' l-Ministru jippublika t-tender li nħareġ għall-Electronic Identity Cards? Jikkonferma li l-EE passports u l-E-ID Cards għandhom teknoloġiji? Dawn kienu obbligati li jiġu pubblikati mal-Unjoni Ewropea kollha abbażi tal-TED Database? Il-gvern jista' jikkjarifika l-pożizzjoni dwar:
a) it-
tender
għall-PKI Infrastructure - Class 3 għall-e-IDs;
b) it-tender għas-Smart Cards nfushom;
ċ) it-tender għall-Middleware meħtieġ; u
d) dettalji dwar il-personalisation stations?
Jista' jikkonferma li t-tendering process sar b'mod għal kollox konformi mar-regoli dwar l-European Union Funding aktar u aktar billi pajjiżi oħrajn huwa mifhum li tilfu fondi tal-Unjoni Ewropea li ġew ikkonfermati darbtejn għall-Health Cards minħabba li t-tendering ma sarx kif suppost? X'inhi r-raġuni li filwaqt li f'għadd ta' pajjiżi oħrajn dettalji dwar il-cards bħal cards infushom, il-card contents eċċ. ġew diskussi fil-pubbliku, f'pajjiżna ma jidhirx li sar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender msemmi kien dak msejjaħ ta’ NIDMS u jkopri l-passaporti wkoll. Dan kien inħareg mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern billi dan is-servizz kien dak iz-zmien jaqa’ taħt dak il Ministeru. Il-kuntrattar tal-passaporti Biometrici u L-Electronic Identity Cards sar skont il-provedimenti speċjali permessi mill-UE li jkopru Sigurta’ Nazzjonali u għalhekk kien eżenti mill-proċeduri ta’ pubblikazzjoni u notifiki fid-database msemmi. Nikkonferma li t-tendering process sar b'mod għal kollox konformi mar-regoli dwar l-European Union Funding tant li ġiet approvata talba għall parti mill-finanzjament meħtieġ għall dan il-kuntratt u żvilupp ta’ sistema ta’ ID cards Maltin ser tibbenefika minn allokazzjoni ta’ fondi taħt l-ERDF.
Il-Kuntratt ikopri l-installazzjoni ta’
PKI infrastructure, Smart Cards, Middleware
u wkoll l-apparat neċessarju sabiex jinħarġu l-passaporti u l-eID cards.
L-Electronic Identity Cards Maltin ser ikunu konformi għall-aħħar ma’
standards
relevanti internazzjonali. Dawn l-Identity Cards ħa jkollhom l-informazzjoni neċessarja biex tiddentifika persuna u ċertu ċertifikati diġitali bħala bażi biex persuna tkun tista tikkonferma l-identita’ tagħha b’mod elettroniku kif ukoll infrastruttura b’
Open Standards
li tippermetti żvilupp ta’ applikazzjonijiet innovattivi minn terzi, inkluż applikazzjoni li tippermetti l-użu bħala eWallet.
Dan ifisser li l-cards Maltin ser ikunu enablers billi jippermettu applikazzjonijiet li jisfruttaw il-poter tas-soluzzjoni mingħajr ma’ tiġi komprommessa s-sigurta`, ħaġa essenzjali f’kunsiderazzjonijiet ta’ servizzi ta’ kull tip bħal per eżempju informazzjoni fuq is-saħħa jew elementi ta’ identita` kunfidenzjali. Dan ifisser li servizz jista jkun aċċessibli permezz ta’ sigurta li tgħati il-
card
il-ġdida iżda jista ma’ jkunx neċessarju li d-data relevanti għas-servizz titqiegħed fuq il-
card
.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li jaħdmu mal-gvern u/jew aġenziji governattivi li għalqu l-età tal-irtirar u qegħdin jaħdmu fuq kuntratt definit? Jekk jeżistu impjiegi skont l-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari, liema huma dawn l-aġenziji u/jew dipartimenti konċernati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fl-Amministrazzjoni Publika hemm 216 impjegati li laħqu l-eta’ tal-irtirar u qegħdin jaħdmu b’ kuntrat definit.
Dettalji tal-Ministeri u d-dipartimenti, kif wkoll tal-aġenziji u l-kumpaniji fejn qegħdin jaħdmu dawn l-impjegati jinsabu fil-lista li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi Malta kienet obbligata li tikkonferma lill-Unjoni Ewropea li kienet għamlet it-traspożizzjoni tal-Marine Strategy Framework Directive sa nofs Lulju li għadda u sal-lum jidher li għadha ma għamlitx dan, jista' l-Prim Ministru jagħti data indikattiva meta mistenni jsir dan?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern qattx ikkunsidra li jkun hemm mekkaniżmu ta' sistema ta' trusts, kif għandhom pajjiżi oħrajn, fit-tħaddim ta' parks naturali ħalli jiġi żgurat li dawn jitmexxew b’mod indipendenti mingħajr indħil mill-gvern tal-ġurnata – ikun min ikun fil-gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern sa llum għażel li jidħol f’partnership ma' NGOs, anke għax l-art hija pubblika u għax ma jemminx li għandu jirrinunzja għat-tmexxija ta’ art pubblika li l-għan tagħha hu għall-użu pubbliku.
Belt Valletta — sit għall-bejgħ bħala mega projects
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet tal-gvern ġew identifikati bħala siti għall-bejgħ bħala mezz ta' finanzjament għal mega projects kontemplati fil-Belt b’mod li allegatament ma jmurx kontra l-kriterji ta’ Maastricht? Dan ifisser li l-fond oriġinarjament propost fil-budget tas-sena li għaddiet ġie abbandunat fil-prinċipju? Tikkonferma li dawn jinkludu, fost oħrajn, il-Pixkerija u l-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
MEPA — kwestjoni fuq it-triq ta' Ħondoq ir-Rummien
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed taħdem fuq proposti biex bl-iskuża li tiġi abbandunata l-Marina ta’ Ħondoq ir-Rummien titwitta t-triq biex jiġu approvati l-appartamenti kif oriġinarjament kien maħsub mill-promoturi tal-proġett?
Park Majjistral — laqgħat bejn is-supervisory u l-management board
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqgħu s-supervisory u l-management boards tal-Park tal-Majjistral? X’deċiżjonijiet strateġiċi u ta’ ċerta importanza ttieħdu f’dawn l-aħħar xhur? Kemm minnhom jinsabu fl-istadju tal-implimentazzjoni u fiex waslu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat li s-Supervisory and Management Board tal-Park tal-Majjistral s’issa ltaqa 14-il darba:
2009 6 darbiet
2010 8 darbiet
F’ dawn l- aħħar xhur il-Board ta’ l-immaniggjar tal-Park iddiskuta u ħa numru ta’ deċizjonijiet li taw bidu għal numru ta’ żviluppi kif muri hawn taħt:
Aċċess għall-Park
Il-Management board qabel fuq il-kriterji dwar għeluq ta' aċċess fil-Park u tfassil ta’ outline document li kien sottomess lill-MEPA li għadu għall-konsiderazzjoni tal-MEPA għad-deċiżzjoni. Kif tinħareġ risposta definittiva mill-MEPA, il-Management Board jkun jista’jissottometti l-applikazzjoni għall-permessi meħtiega.
Kaċċa u Nsib
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 23008.
Ħrug ta’ Bye Law mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li tkopri ċerti aspetti tal-immaniġġjar tal-Park
Stadju preliminari
Site Regulations.
Wara l-istudju meħtieġ, tfasslu u qegħdin jigu implimentati. Huwa kkontemplat li jinħareġ Avviz Legali f’dan ir-rigward biex tissaħħaħ l-implementazzjoni tagħhom.
Kitba u Emendi tal-Management Plan għall-Park u konsultazzjoni pubblika
Kien imfassal il-Management Plan u li l-Management Board fetaħ għal konsultazzjoni pubblika. Bħalissa il-Management Plan qiegħed ikun studjat mill-Board tal-MEPA
Użu ta’ strutturi fiz-zona tal-Barracks ta’ Għajn Tuffieħa
Il-Board tal-Management identifika l-istrutturi li ħa jintużaw bħala “visitors centre” u l-
amministrazzjoni tal-Park.
Impjieg ta’ Park Rangers
Il-Board ta’ l-immaniggjar iddeċieda li jkunu mpjegati rangers fuq bażi part-time għall-Park.
Enemalta u l-GRTU — ftehim fuq żieda lis-sidien tal-pompi tal-petrol
Question
Jista' l-Ministru jippubblika l-ftehim bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-General Retailers and Traders Union dwar iż-żidiet mogħtija lis-sidien tal-pompi tal-petrol? Ġew ikkummissjonati xi studji dwar kemm ġew jiswew dawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddej studju dettaljat biex jiġu evalwati t-talbiet li għamlu s-sidien tal-pompi tal-petrol. Għaldaqstant għad m’hemm l-ebda konklużjoni.
Refund taż-żieda li ħadu l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari
Question
Fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Gvern li l-Ministri u Segretarji Parlamentari għandhom jirrifondu biss porzjon żgħir mit-tieni paga li tahom lilhom nfushom meta żiedu mad-dħul ministerjali tagħhom il-paga ta’ membri parlamentari fuq bazi ta’ 70% ta' skala 1 u issa sempliċement se jniżżluha għal 50% ta’ skala 1 – dejjem b’żieda mal-paga ministerjali; jista' l-Ministru jgħid kif, meta u sa liema medda ta’ żmien ser jsir dan ir-refund u jekk il-ministri u segretarji parlamentari involuti humiex se jitħallew fid-diskrezzjoni tagħhom dwar kif jagħmlu dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rifużjoni tal-membri tal-kabinett se ssir billi titnaqqas mid-dħul fuq perjodu ta’ 24 xahar.
B'riferenza għall-power station il-ġdida li qed tinbena għall-Korporazzjoni Enemalta f'Delimara mill-kumpanija BWSC, jista' l-Ministru jgħid:
a) għalfejn għadu ma nbeda l-ebda taħriġ intiż għall-inġiniera u ħaddiema oħra li se jkunu qed jaħdmu fuq il-
power station
il-ġdida tal-BWSC meta s-soltu t-taħriġ jinbeda waqt li l-
power stations
ikunu qed jinbnew;
b) jekk hemmx pjanijiet sabiex din il-power station titħaddem minn kumpaniji oħra bħal, per eżempju, BWSC stess, Vassallo Group jew xi kumpaniji oħra, u jekk jistax jikkonferma li se tkun il-Korporazzjoni Enemalta stess li se topera din il-power station malli tibda topera;
ċ) jekk se tkun il-Korporazzjoni Enemalta li se tħaddem din il-power station jista' jgħid kif se jintgħażlu l-impjegati li se jkunu qed jaħdmu fuq din il-powerstation u kemm hemm bżonn nies sabiex joperaw din il-power station;
d) fil-kuntratt tagħhom il-BWSC għandhom klawsola li torbothom sabiex jagħtu taħriġ lill-ħaddiema fuq kif se titħaddem din il-power station?
Jekk le, allura l-Korporazzjoni Enemalta se jkollha tħallas extra għal dan it-taħriġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estenzjoni li qed tinbena bħalissa ġewwa Delimara qed issir sabiex tiżgura li l-power station tal-Marsa tkun tista’ tgħalaq, filwaqt li tindirizza d-domanda u l-bżonnijiet tal-pajjiż marbutin mat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. Il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li tressaq lill-inġiniera u l-ħaddiema tagħha għat-taħriġ aktar tard din is-sena, liema taħriġ se jsir mill-kumpanija BSWC, skont kif stipulat fil-kuntratt iffirmat mal-istess Korporazzjoni.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21658 fejn il-Ministru ġie mistoqsi dettalji rigward infiq fuq credit cards tal-Korporazzjoni Enemalta, jista' l-Ministru:
a) jikkonferma jekk huwiex minnu li ċ-Chief Officers tal-Korporazzjoni Enemalta ntalbu sabiex jirritornaw il-
credit cards
lura u wara ftit żmien dawn l-istess
credit cards
reġgħu ingħataw lura liċ-Chief Officers wara li dawn protestaw;
b) jispjega jekk dawn iċ-Chief Officers humiex intitolati għal dawn il-credit cards u kemm huwa l-limitu li jistgħu jonfqu fuqhom;
ċ) jgħid min bħalissa għandu credit card tal-kumpanija u huwa awtorizzat jagħmel użu minnha;
d) fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21658 il-Ministru pprezenta rapport dettaljat tal-infiq li sar b'dawn il-credit cards sal-aħħar tas-sena 2009, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-istess informazzjoni għas-sena 2010 wkoll?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-
credit cards
kienu nġabru peress li dawn kienu estenzjoni tal-
credit cards
taċ-
Chairman
, u nbidlu biex ikunu taċ-
Chief Officer
rispettivi, b’tali mod li kull
Chief
ikun responsabbli għall-infiq tal-
credit cards
tiegħu.
Sadanittant qed tiġi riveduta l-
policy
tal-Korporazzjoni għall-użu tal-
credit cards
. Il-limitu tal-
credit cards
attwalment huwa ta’ €5,000.
Iċ-
Chairman
, il-Kap Eżekuttiv u ċ-
Chief Financial Officer
attwalment għandhom użu tal-
credit card
.
L-informazzjoni għall-infiq mill-
credit cards
għas-sena 2010 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.