Kunsill Lokali San Lawrenz — skandlu dwar skema tas-sistemi fotovoltaiċi
Question
Billi għadda żmien konsiderevoli minn meta feġġ l-iskandlu tal-allegati abbużi mill-iskemi ta’ sussidji fuq sistemi fotovoltaiċi ġewwa San Lawrenz, Għawdex li fihom kien hemm allegatament involut l-istess kunsill lokali, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija, aktar u aktar billi jidher li għadda żmien aktar minn xieraq biex il-pubbliku jiġi aġġornat dwar dan l-iskandlu li kien jinvolvi fondi pubbliċi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2005 sal-lum kemm saru żweġijiet f’pajjiżna sena b’sena? Kemm minnhom kienu purament ċivili?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru u rata ta’ żwiġijiet reġistrati li saru f’Malta u Għawdex mis-sena 2005 sa 2009 huwa kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jippubblika statistika dwar kemm kien hemm annullamenti ta’ żweġijiet tal-istat u mill-knisja f’pajjiżna mis-sena 2005 sal-lum, sena b’sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar anuullamenti ta’ żwiġijiet reġistrati hija kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qorti tal-Familja — każi ta' separazzjoni pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta’ separazzjonijiet li għadhom pendenti sal-lum kemm quddiem il-Qorti tal-Familja kif ukoll permezz ta' kawżi pendenti fil-qrati Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kawżi ta’ separazzjonijiet li għadhom pendenti sal-lum l-14 ta’ Frar 2011 quddiem il-Qrati Ċivili kemm f’Malta kif ukoll fil-Qorti t’Għawdex huwa kif imsemmi hawn taħt:
568 kawża kontenzjuża għal separazzjoni personali quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja), Malta u 37 f’Għawdex.
536 każ ta’ separazzjoni personali li qegħdin quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fi stadju ta’ Medjazzjoni, Malta u 15 fil-Qorti t’Għawdex.
61 każ ta’ separazzjoni bonarja quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fi stadju ta’ Medjazzjoni, Malta u 4 fil-Qorti t’Għawdex.
10 kawżi kontenzjużi fi stadju ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Appell.
Jista' l-Ministru:
a) jikkonferma jekk twaqqafx
steering committee
fil-Korporazzjoni Enemalta sabiex imexxi l-proġetti l-kbar fosthom il-bini tal-
power station
il-ġdida;
b) xi proġetti oħra għandu responsabilità għalihom dan il-kumitat? Jista' jqiegħed it-terms of reference tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra;
ċ) min jifforma parti minn dan il-kumitat u kemm għandhom pagi jew x'tip ta' remunerazzjoni qed jingħataw dawn il-persuni; u
d) għaliex il-proġetti ma ġewx fdati lit-top management preżenti fosthom iċ-chief executive u chief officers li taħthom taqa' r-responsabilità diretta għal dawn il-proġetti, aktar u aktar meta dawn ingħataw performance bonus tant kemm jidher li qdew tajjeb id-dmirijiet tagħhom tul is-snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li twaqqaf Project Steering Committee ġewwa l-Enemalta sabiex isegwi l-progress tal-proġetti kbar u strateġiċi tal-korporazzjoni.
Il-Kumitat għandu r-responsabiltà li jsegwi l-proġett tal-estensjoni tal-
power station
ta’ Delimara u dak tal-
interconnector
, jara li jitlestew fiż-żmien stipulat, bil- b
udget
stabbilit, u bil-kwalita stipulata, fl-aħjar interess tal-pubbliku in ġenerali.
Il-lista tal-membri tal-Project Steering Committee qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il membri tal-Kunitat ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm deċiżjonijiet tal-Ombudsman li l-Gvern għadu ma implimentax? Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan, każ b'każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li wara laqgħa li saret fit-22 ta’ Jannar 2008 ġie maqbul li l-mistoqsijiet parlamentari li jirrigwardaw l-Ombudsman u x-xogħol tiegħu, ndirizzati lill-iSpeaker jintbagħtu l-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-tweġiba u wara tintbagħat fl-Uffiċċju tal-iSpeaker biex tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba fil-mistoqsija parlamentari 20335 dwar proċeduri legali li ttieħdu mis-sena 2002-2009 wara li spetturi tal-ambjent tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabu każi ta':
a) tniġġiż;
b) ħsara jew qtil ta' speċi protetti;
ċ) twaqqigħ ta' ħitan tas-sejjieħ;
d) scrap yards illegali;
e) tħaddim ta' impjanti mhux skont ir-regoli ambjentali u rimi ta' skart?
Kemm minn dawn il-każijiet ġew deċiżi mill-Qorti u f'kemm minn dawk deċiżi l-akkużati nstabu ħatja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 20335.
monitoraġġ tas-sit tad-Dwejra waqt l-iffilmjar on site
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min kellu jieħu ħsieb il-monitoraġġ tas-sit tad-Dwejra waqt l-iffilmjar on site, l-uffiċjal/i tat-Direttorat tal-Ambjent jew tal-Ippjanar? Huwa minnu li minflok ma dan sar kif suppost minn dik tal-Ambjent sar minn dik tal-Ippjanar? Jekk iva, ix-xogħol li sar mill-persuna mid-Direttorat tal-Ippjanar x’kwalifiċi għandha fuq l-ambjent naturali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-moniteraġġ fid-Dwejra sar minn uffiċjali taż-żewġ Direttorati. Għalkemm f’dan il-każ l-issues kienu prinċiparjament ta’ natura ambjentali, seta’ kien hemm aspetti oħra li għandhom x’jaqsmu mad-direttorat ta’ l-Ippjanar (eż. policies, skedar etc.) li setgħu kienu rilevanti .
call for application għall-Public Relations Officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif il-public relations officer, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, m'għandhiex kwalifiki hekk kif mitluba fil-call for applications li kienet inħarġet fil-gazzetti? Il-call kienet titlob degree fil-communications, jista' jikkonferma kif il-public relations officer għandha biss kwalifika post-sekondarja fl-speech therapy u m'għandhiex degree fil-communications hekk kif mitlub fil-call? Jista' jgħid ukoll għalfejn l-istess call for application ma nħarġitx minn ġewwa u kienet inħarġet direttament minn barra meta normalment il-calls kollha jinħarġu minn ġewwa l-ewwel kif isir kullimkien mal-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija fil-mistoqsija parlamentari numru 12989.
amministrazzjoni ta’ Dar Malta fi Brussels — ħlas lil diversi ħaddiema
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid x’passi se jieħu l-Gvern Malti kontra min kien responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ Dar Malta fi Brussell talli għal xi żmien ħallas diversi ħaddiema bil-kuntratti definiti, pagi u kundizzjonijiet li jmorru taħt dak mitlub mil-liġi kif ukoll b’nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet viġenti ġewwa Brussels kif rappurtat fil-ġurnal Belgjan Le Soir? Il-fatt li l-Gvern Malti qal li issa l-pożizzjoni ġiet regolarizzata ma jiskolpa fl-ebda mod kull abbuż li seta' sar fl-imgħoddi min-naħa tad-diriġenti Maltin.
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-istqarrija numru 0210 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-4 ta' Frar 2011.
Jirriżulta wkoll illi fl-1997 dis-sistema ġiet approvata mid-Direttur Servizzi Finanzjarji ta' dak iż-żmien wara l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' dak iż-żmien.
Ta' min issemmi ukoll li skond il-proċeduri anke il-Ministeru tal-Finanzi kellu japprova din is-sistema fl-1997.
Ma hemm xejn li jindika li ma aġixxewx 'in good faith'.
Ta' min jinnota li s-sistema - fejn għall-fini ta' PAYE u Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali, l-allowances ma kienux suġġetti għal bolla - li ġiet introdotta fl-1997 u li bdiet tiġi phased out mill-1 ta' Jannar 2006 'il quddiem - mhux biss hija legali f'Malta imma jidher li tintuża sal-lum minn deversi Ambaxxati oħra fil-Belġju.
B'referenza għall-asfaltar tat-triq ta' quddiem il-power station tal-Marsa (Church Wharf), jista' l-Ministru jikkonferma jekk dan l-asfaltar:
a) tħallasx mill-Korporazzjoni Enemalta stess;
b) kemm ġie jiswa;
ċ) min kien il-kuntrattur li ngħata dan il-kuntratt; u
d) x'kienet ir-raġuni għaliex it-top management ħass li l-Korporazzjoni Enemalta għandha hija stess tħallas għal dan l-asfaltar tat-triq meta ovvjament dan ma jaqax fil-kompitu tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan ix-xogħol ta’ asfaltar tħallas mill-Korporazzjoni Enemalta u ġie jiswa €90,775.83c. Ix-xogħol sar mill-kuntrattur Philip Agius & Sons Ltd.
Il-Korporazzjoni ħallset għal dan ix-xogħol peress li din it-triq kienet fi stat ħażin u konsegwenza t’hekk il-vetturi tal-Korporazzjoni kienu qed iġarbu ħsarat, u peress li ma kienx fil-ħsieb ta’ Transport Malta li din it-triq issir għalissa, ittieħdet deċiżjoni li ssir mill-korporazzjoni.
Enemalta — Chief Human Resources Management - redundancies
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli saħansitra wara t-tweġiba parlamentari tal-mistoqsija parlamentari 22707 li fiha wasalt lill-Kamra allegazzjonijiet li sar diskors dwar il-possibiltà ta' redundancies fil-Korporazzjoni miċ-Chief Human Resources Manager riċentement? Skont l-informazzjoni li għandi l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jokkupa din il-kariga stqarr waqt preżentazzjoni quddiem diversi senior managers u heads of departament tal-Korporazzjoni Enemalta li apparti cost cutting kien hemm redundancies in the pipeline f'diversi waqtiet, jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma dan wara li jivverifika mal-uffiċjali għoljin tal-Korporazzjoni tal-Enemalta preżenti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 22707.
Jista' l-Prim Ministru jgħid il-legal notice dwar in-noise directive 2002/49/EC meta se tibda tiġi implimentata għalkemm it-traspożizzjoni tad-direttiva fil-liġi Maltija diġà seħħet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bħalissa Malta qegħda taħdem attivament fuq l-implimentazzjoni tal-legal notice dwar in-noise directive. Biex beda jsir dan ix-xogħol Malta kellha toħroġ tender f'Marzu 2009 u ġie iġġudikat f'Jannar 2010. Ix-xogħol ta' dan il-proġett beda f'April tal-2010 u mistenni jkun lest f'April tal-2011.
L-oġġettivi ta' dan il-proġett huma dawn:
a) Strateġija ta' moniteraġġ ta' ħsejjes f'Malta, ibbażata fuq ir-rekwiżiti tan-
noise directive
b) Speċifikazzjonijiet tekniċi għal xiri ta’ apparat u
software
ta'
noise
.
c) Kollezzjoni ta'
baseline
data għal
noise mapping
skont ir-rekwiżiti tan-
noise directive
d) Rakkomandazzjonijiet fuq azzjonijiet u miżuri biex nilħqu r-rekwiżiti tan-
noise directive
Meta jitlesta dan il-proġett, Malta tkun għad trid tagħmel xi xogħlijiet oħra relatati dwar l-azzjonijiet u miżuri li mistenni jieħdu sa Lulju. B'hekk Malta tkun laħqet il-miri tal-
legal notice
dwar in-
noise directive
għall-ewwel
round.
MEPA — rifjut ta' applikazzjoni għal wind farm fil-Marfa
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'raġunijiet kienu waslu lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tirrifjuta applikazzjoni għall-wind farm fil-Marfa xi sitt, seba' snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-applikazzjoni għall-wind farm fil-Marfa li ġġib in-numru PA 6311/03 għadha pendenti.Id-Direttorat tal-Ippjanar informa lill-applikant li minħabba s-sensitività tas-sit jeħtieġ isir Environment Impact Assessment.
B'hekk il-Bord tal-MEPA jkollu l-informazzjoni kollha fil-pussess tiegħu qabel ma jieħu deċiżjoni finali.
Issa sta għall-applikant biex jiddeċiedi jekk iridx ikompli bl-applikazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jippubblika il-public perception studies kollha li saru f'Malta dwar wind farms f'dawn l-aħħar snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħal kull proġett ieħor, parti integrali mill-proċess li jwassal għat-twettieq jew le ta' dan il-proġett, tinkludi sottomissjoni ta' 'outline application' lill-MEPA. L-istess għal dan il-proġett propost, huma meħtiega pjanijiet dettaljati u jekk il-proġett propost jkun jista’ jkollu mpatt amjentali, l-istess proċess jesiġi li jsir Environmental Impact Assessment (EIA) li għalih jitfassal Terms of Reference (TOR) mill-MEPA li jiddefinixxi il-kontenut tal-EIA. Dan il-EIA qed ikun ikkompilat skont dawn it-Terms of Reference mogħtija mill-MEPA li jesiġi (kif fil-fatt sar) proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Din il-konsultazzjoni pubblika tmur ferm oltre minn
perception study
għax kull min hu interessat mhux biss jesprimi l-perċezzjoni tiegħu imma jingħata opportunità jirreġistra l-kummenti u oġġezzjonijiet. Nemmen li l-process ta' konsultazzjoni huwa mod aktar oġġettiv u ekwu għal kif isiru l-affarijiet bis-serjeta.
nuqqas ta' provvista ta' Atimos lill-persuni li jbatu bl-ażma
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra għaliex kien hemm dewmien, f'ċerti każijiet ta' erba' xhur sħaħ, f'dik li hi provvista ta' Atimos bl-inhalers b'kollox għal każijiet ażmatiċi bil-konsegwenza li ħafna nies kellhom jixtruhom minn buthom, filwaqt li oħrajn ġew ipprovduti bi provvista minima ftit jiem ilu biss?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W 199. NInsab infurmat li din il-mediċina issa waslet u tqassmet lill-ispiżeriji tal-gvern u lill-istores tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek bejn il-31 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti fejn jidħlu separazzjonijiet f'Għawdex u kemm ilhom pendenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sal-4 ta' Frar ta' din is-sena in-numru ta' kawżi dwar separazzjoni f'Għawdex kien ta' 30 u ilhom pendenti kif jidhru fit-tabella t'hawn taħt:-
Jista' l-Ministru jgħid jekk:
a) il-Korporazzjoni Enemalta fadliliex ħażna ta' kimika magħrufa bħala
methyl mercaptan
;
b) il-Korporazzjoni qatt għamlet użu minn din il-kimika fil-passat; u
ċ) x'kien l-użu tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta m’għadiex tuża din il-kimika, wara li madwar 4 snin ilu kienet waslet konsenja li ntużat kollha. Din il-kimika kienet intużat biex titħallat mal-gass li kien bla riħa, u li seta’ jippermetti li dan jintagħraf.
Enemalta — call for application għall-manager ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
a) jekk ħarġitx internament jew esternament
call for application
għall-
manager
il-ġdid li bħalissa qed jieħu ħsieb il-
customer care
tal-Korporazzjoni Enemalta li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament;
b) x'inhi l-kariga ta' din il-persuna;
ċ) x'pakkett finanzjarju ġie offrut lil din il-persuna u kif iddaħħal fil-Korporazzjoni Enemalta;
d) għalfejn il-pożizzjonijiet ta' managers mhux qed jimtlew mill-istess inġiniera u professjonisti li diġà hemm impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta u jekk dan il-fatt huwiex jurta bil-kbir l-istess union tal-inġiniera;
e) minnu li l-customer care tal-Korporazzjoni Enemalta dalwaqt se tingħalaq jew tiġi assorbita kompletament mill-Arms Ltd.? Jekk dan huwa minnu allura dan l-individwu li sa ftit żmien ilu kien impjegat tal-Air Malta għalfejn iddaħħal jaħdem f'kariga għolja propju f'din is-sezzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-post imsemmi ġie assenjat wara li l-Korporazzjoni Enemalta ħarġet internament u esternament għall-posts ta’ Strategy Analyst u Business and Strategy Manager. L-esiġenzi tal-Korporazzjoni talbu li n-numenklatura ta’ Strategy Analyst tinbidel għal Business Manager.
Mhux possibbli li jingħataw dettalji dwar il-pakkett finanzjarju minħabba raġunijiet kunfidenzjali u minħabba d-drittijiet ta’ privatezza ta’ l-impjegati taħt il-liġijiet applikabbli għad-divoluzzjoni u ppubblikar ta’ informazzjoni.
Il-persuna riferuta ġiet magħżula wara sejħa għal applikazzjonijiet miftuħa għal kulħadd, kemm internament u esternament.