Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #24438 Sitting 330 2011-03-22 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — national Emission Ceilings

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi ħadet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar meta aktar kmieni din is-sena ġiet mgħarrfa mill-Korporazzjoni Enemalta li fis-sena 2010 kienet eċċediet in-National Emission Ceilings, u dan bi ksur tal-Integrated Pollution, Prevetion Control permits għaż-żewġ power stations?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entità kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u hekk kif dan l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

Enemalta — - compliance man-National Emission Ceiling

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta l-Korporazzjoni Enemalta ssottomettiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-pjan dettaljat mitlub biex jiġu żgurat il-compliance man-National Emissions Ceiling matul din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni Enemalta ssottomettiet compliance plan lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-21 ta’ Jannar 2011.

Ventoline out of stock

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li dawk li għandhom bżonn il-Ventoline, ilhom tliet ġimgħat ma jsibu stock available fl-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kif ukoll għand l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li sa ftit ilu il-mediċina salbutamol inhaler kienet out of stock. Din il-mediċina issa waslet fl-istores tal-mediċini tal-Gvern u tqassmet lill-ispiżeriji tal-Gvern.

Statistika fuq mwiet b'għargħar

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi statistika uffiċjali għal dawn l-aħħar 30 sena, sena b'sena u lokalità b'lokalità, ta' xi każijiet li seta' kien hemm ta' nies li mietu b'għargħar, kemm f'Malta u/jew Għawdex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul dawn l-aħħar 18- il sena (1992-2009) ma kien hemm l-ebda mewt kawża t’għargħar f’residenti ta’ Malta u Ghawdex skont ir- Reġistru Nazzjonali tal-iMwiet.

interconnector ma' Sqallija — stallazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra fiex waslu t-taħdidiet mal-awtoritajiet Taljani b'mod speċjali ma' Terna dwar l-interconnector ma' Sqallija billi dan ikun jeħtieġ stallazzjonijiet ma' territorju Taljan?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-connection agreement ma’ Terna qed jiġi finalizzat u l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-interconnector ukoll. Diġà saru diskussjonijiet mall-awtoritajiet involuti.

Delimara Boilers u t-Turbini — raġunijiet ta' manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-sena li għaddiet kemm kien hemm okkażjonijiet meta id-Delimara Boilers u t-Turbini ġew mitfija għar-raġunijiet ta' manutenzjoni? Tista' tindika d-dati f'kull każ, kif ukoll kemm damu mitfija rispettivament f'kull okkażjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24432 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Powerstation ta' Delimara — IPPC permit mill-MEPA

Question

Billi huwa mifhum li l-estensjoni tal-powerstation ta' Delimara mistennija tkun operational fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla u parti minnha li tirrigwarda żewġ magni diesel se tkun diġà bdiet titħaddem sa tmiem din is-sena, jista' l-Prim Ministru jgħid meta mistennija titressaq l-Integrated Pollution, Prevention and Control Permit għall-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li bħalissa l-MEPA qed tistenna iktar informazzjoni mingħand l-Enemalta bħala parti mill-applikazzjoni tal-IPPC (Integrated Pollution Prevention and Control), biex tkun tista' tkompli tipproċessa l-applikazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tasal għand il-MEPA sa l-aħħar ta' Marzu 2011. Barra minn hekk, il-MEPA qabbdet konsulenti indipendenti biex jagħmlu studju ta' dispersion modelling biex jiġi evalwat l-impatt ta' din l-estensjoni taħt kundizzjonijiet ta' l-operat differenti. Dan l-istudju beda u huwa mistenni li jiġi konkluż f'Awissu 2011. L-applikazzjoni tal-IPPC hija mistennija tkun imressqa lejn il-Bord tal-MEPA għal deċiżjoni wara li l-informazzjoni kollha meħtieġa tiġi sottomessa u jkun sar il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika – għaldaqstant għad m'hemmx data fissa.
Leg 11 PQ #24433 Sitting 329 2011-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IPPC permits

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Integrated Pollution, Prevention and Control permits fis-seħħ bħalissa? Tista' tagħti lista sħiħa tal-proġetti jew attivitajiet ekonomiċi/industrijali li jikkonċernaw, inkluż dawk tal-privat? Kemm hemm nies fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li qed jieħdu ħsieb il-moniteraġġ kontinwu ta' dawn l-IPPC permits sabiex jiżguraw li l-kundizzjonijiet qegħdin jiġu osservati bl-aktar mod strett? Kemm kien hemm każijiet s'issa fejn instab li xi ditta, ażjenda, jew intrapriża, inkluż dawk tal-gvern, instabu li kienu qed jiksru l-kundizzjonijiet tal-IPPC permits tagħhom u x'passi ttieħdu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24338 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Environmental Permitting and Industry Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali tal-Environmental Permitting and Industry Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-ispezzjoni sussegwenti tat-2 ta' April 2009 dwar rimi ta' żjut minn kumpanija li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fis-sistema pubblika tad-drenaġġ qrib Hexagon House?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24339 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

MEPA — Investigazzjoni dwar rimi fid-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija ġietx mitluba tinvestiga u jekk iva ħarġitx akkużi kriminali fil-konfront ta' kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jew rappreżentati tagħha wara li nhar it-2 ta' April 2009 il-ħaddiema u tekniċi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Hexagon House wara rapporti li kellhom qabdu fil-fatt li din il-kumpanija kienet effettivament qed tarmi ż-żjut fis-sistema pubblika tad-drenaġġ? Din hija attività kontra l-liġijiet tal-pajjiż li toħroġ mill-Avviż Legali 8 tas-sena 1993 li huma r-regolamenti dwar il-kontroll tar-rimi fid-drenaġġ għat-tħaris tal-ambjent? Fis-6 ta' April 2009 l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hija mifhuma li avżat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma b’dan kollu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress li dawn l-investigazzjonijiet iridu jiġu inizjalati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — rimi ta' żejt fis-sistema pubblika tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet avżata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, kienet inqabdet fil-fatt tarmi ż-żjut fis-sistema pubblika tad-drenaġġ fis-sena 2009 kienx sar rapport formali lill-pulizija? Dan speċjalment meta skont diversi esperti ambjentali huwa meqjus bħala każ ċar ta' Corporate Environmental Crime?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 24337.
Leg 11 PQ #24341 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Hexagon House - rwejjaħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid ġimgħa b’ġimgħa mill-bidu ta’ Frar kemm kien hemm każijiet ta’ ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Hexagon House li għażlu li jaħdmu mid-dar minħabba l-irwejjaħ li kien hemm qrib l-uffiċini tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24342 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

MEPA — investigazzjoni fuq ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-management tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qattx sejjaħ lill-pulizija tad-distrett biex jinvestigaw lill-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Hexagon House minħabba suspett ta' sabutaġġ li allegatament seta' sar minnhom stess? Jekk iva, x’kien l-eżitu ta’ dan kollu meta l-fatti indikaw mod ieħor?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi wara li kien irrapurtat li seta' kien hemm xi sabutaġġ minn xi ħaddiem ġewwa Hexagon House, mill-indaġini li għamlet il-Pulizija mal-Water Services Corporation, irriżulta li l-irwejjaħ kienu ħerġin mis-sistema tad-drenaġġ interna ta’ Hexagon House. Irriżulta li dan kien minħabba xi nuqqasijiet li kien hemm fis-sistema. Infurmat ukoll li sussegwentement dan in-nuqqas kien irranġat.

Sptar Mater Dei — ditta privata tat-tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment jistax jikkonferma jekk id-ditta privata li tipprovdi servizz ta' tindif farmed out tal-wards lill-Isptar Mater Dei hijiex toffri kundizzjonijiet xierqa kif titlob il-liġi li fl-ebda mod ma jistgħu jiġu interpretati bħala sfruttament tal-ħaddiema konċernati? Id-dipartiment qatt irċieva xi ilmenti dwar il-kumpanija konċernata/i? Jekk iva, x'passi ħa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hija r-responsabbilità u l-obbligu tal-kumpanija li tipprovdi s-servizz ta’ tindif ġol-Isptar Mater Dei li tassigura li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema huma skont il-proviżżjonijiet tal-Liġi dwar ix-Xogħol u xi leġiżlazzjonijiet oħra li japplikaw. Però mill-informazzjoni li nġabret mill-kumpanija, jidher li l-impjegati huma imħallsa skont il-liġi u li l-maġġoranza tal-ħaddiema huma full timers u huma intitolati għall-ammont dovut skont il-liġi tal-leave u s-sick leave. Il- Management tal-Isptar qatt ma’ rċieva ilmenti formali dwar sfruttament jew kundizzjonijiet ħżiena ta’ dawn il-ħaddiema.
Leg 11 PQ #24225 Sitting 325 2011-03-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

telephone/mobile phone tapping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu awtorizzazzjonijiet ministerjali għall-wire-taps jiġifieri telephone/mobile phone tapping uffiċjali mill-bidu tas-sena 2008 sal-lum – sena b’sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Din l-informazzjoni tkun tista' tingħata fil-Kumitat tas-Sigurtà li jinkludi l-Kap tal-Oppożizzjoni, u li huwa mwaqqfa bis-saħħa tal-Art 14 tal-Att dwar is-Servizz tas-Sigurtà.

Tax refunds

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa' tax refunds għall-basis year 2009 - year of assessment 2010 x'jitħallsu? Meta mistennija jitħallsu kollha?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tax refunds dovuti għas-sena bażi 2009 (sena ta’ stima 2010) u li għad iridu jitħallsu huma €19,233,188. Huwa mistenni li dawn jitħallsu sa ftit xhur oħra.

Passi kontra kumpanija li nqabdet tarmi waste oils fl-ispralli

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 14789, billi ninsab nfurmat li hemm possibilita’ li dan il-każ jigi preskritt fil-gejjieni qarib, jista' l-Ministru jikkonferma x’passi ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fir-rigward tal-kumpanija li nqabdet tarmi waste oil u skart ieħor fl-ispralli ta' viċin Hexagon House, il-Marsa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi uffiċċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma flimkien ma’ uffiċċjali tal-MEPA kienu marru fuq il-post riferut fit-2 t’April, 2009 fejn wara spezzjoni ġew identifikati xi rregolaritajiet. Il-kumpanija msemmija mmedjatament ħadet passi biex titneħħa l-irregolarita’. Minn dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma għamlet diversi spezzjonijiet fejn ma nstabu l-ebda rregolaritajiet. Il-kumpanija msemmija minn dak il-perjodu l’hawn applikat għal-IPPC kif ukoll għall-permess li tarmi fid-drenaġġ skont LN139/02. Il-permess ingħata f’Settembru 2010. Il-permess maħruġ jipprojbixxi rimi ta’ skart industrijali. Fi Frar 2011, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet moniteraġġ għal ġimgħa sħiħa fin- network fil-post l-aktar viċin ta’ Hexagon House, fejn nstab li ma kien hemm l-ebda rimi ta’ ‘ petroleum products ’.
Leg 11 PQ #24079 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Gżira — Triq Willie Arena - rapport dwar ħażna ta' ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk garage privat fi Triq Willie Arena, Gżira li ġie rrappurtat ripetutament nhar il-Ġimgħa 25 ta' Frar 2011 wara nofsinnhar li qed jaħżen kwantità kbira ta’ ċilindri tal-liquid gas f’nofs żona residenzjali għandux il-permessi meħtieġa biex jagħmel dan? X’passi ttieħdu mill-pulizija wara li nġibditilhom l-attenzjoni dwar dan mir-residenti tal-inħawi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi nhar il-25 ta' Frar 2011 fil-5.00pm. il-Pulizija ta’ tas-Sliema waslilha rapport minn persuna, dwar ħażna ta’ madwar ħamsin (50) ċilindru tal-gass f'Garaxx li qiegħed fi Triq Willie Arena Gzira. Infurmat ukoll illi l-Pulizija mill-ewwel marret fuq il-post fejn irriżulta illi fil-garaxx kien hemm madwar sebgħin (70) ċilindru tal-10 kilogramm li kien fihom refrigerant gas 502 li normalment jintuża għal fridges u air conditioners. Il-Pulizija għamlet ukoll kuntatt mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ġie kkonfermat illi dan il-gass mhux kombustibbli u mhux velenuż. Inżid ngħid illi ġejt infurmat ukoll illi l-Pulizija se tkompli tagħmel aktar indagni ma' awtoritajiet oħra kompetenti.
Leg 11 PQ #24080 Sitting 323 2011-03-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

European Institute of Education — salarji ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti garanzija li s-salarji ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu protetti skont il-Liġi Industrijali u tal-Impjiegi Kapitlu 452, b'referenza partikulari għall-European Institute of Education, li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni, sabiex jiggarantixxi li l-impjegati u lis-staff akkademiku jiġu mħallsin regolarment fil-ħin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li uħud mill-ħaddiema ma ġewx imħallsa l-paga ta’ Jannar u li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg qed isegwi l-każ biex jiġi aċċertat li dak li ħaqqhom jieħdu l-ħaddiema jiġi mgħoti lilhom. Ma jirriżultax li l-EIE jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Msida — manutenzjoni fuq triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi immedjati biex isir xi tip ta' manutenzjoni xierqa u effettiva sabiex jiġu indirizzati ż-żewġ ħofor kbar li hemm quddiem id-dawra tat-traffic lights l-Imsida, faċċata tal-bini tal-kunsill lokali, kif ukoll qrib it-telgħa għat-triq reġjonali billi kull meta tagħmel ix-xita qawwija qed jinżammu ħafna ilmijiet fihom b’inkonvenjent kbir għar-residenti, pedestrians kif ukoll għat-traffiku qawwi li jkun għaddej regolarment minn dawk l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li rriferejt il-każ lil Transport Malta.